Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0771

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2004 tat-23 ta' April 2004 li jistabbilixxi l-miżuri transizzjonali fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi wara l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ma l-Unjoni EwropeaTest b'relevanza tal-ŻEE

    ĠU L 123, 27.4.2004, p. 7–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/771/oj

    32004R0771



    Official Journal L 123 , 27/04/2004 P. 0007 - 0010


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2004

    tat-23 ta' April 2004

    li jistabbilixxi l-miżuri transizzjonali fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi wara l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ma l-Unjoni Ewropea

    (Test b'relevanza tal-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat of Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Poland, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Poland, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], u partikolarment ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 8 [2] tagħha,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/928/KE [3], fihom dispożizzjonijiet għan-nuqqas ta' l-inklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u għall-itirar mill-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawk is-sustanzi attivi.

    (2) L-Ungerija applikat għall-miżuri transitorji għal ċerti sustanzi attivi sabiex tassigura li l-produzzjoni tista tkun imnaqqsa gradwalment jew li dossier li jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva 91/414/KEE jista jkun ippreżentat.

    (3) Xi miżuri transitorji meħtieġa sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni mir-reġim eżistenti fl-Istati Membri ġodda lejn dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli fitosanitarji għandhom ikunu illimitati għal peridjodu ta' tlett snin bħala segwiment tad-data ta' l-adeżjoni.

    (4) Diversi Stati Membri ġodda kienu informaw lill-Kummissjoni li hemm sustanzi attivi fis-suq tagħhom li ma kienux fis-suq tal-Istati Membri preżenti. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment li dawn is-sustanzi attivi jistgħu jibqgħu fis-suq sabiex ikun possibbli li dawn ikunu reveduti fir-raba' fażi tal-programm ta' reviżjoni.

    (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma b'konformità ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri speċifikati fil-kolonna B ta' l-Anness I għandhom jassiguraw li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi elenkati fil-kolonna A jkunu irtirati mill-anqas sad-data murija fil-kolonna C.

    Huma għandhom jassiguraw li l-kontinwament ta' l-użu jkun aċċettabbli biss sal-limitu li dawn ma jkollhomx xi effett ħażin fuq is-saħħa umana jew ta' l-annimali u li ma jkollhomx xi effett mhux-aċċettabbli fuq l-ambjent.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, jew jawtorizzaw mill-ġdid, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi referuti fl-Anness II sat-30 ta' April 2007, sakemm deċiżjoni ma tkunx meħudha qabel dik id-data li ma tkunx inkluża s-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 50)

    [2] ĠU L 319, tat-23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1336/2003, (ĠU L 187, tas-26.7.2003, p. 21).

    [3] ĠU L 322, tas-27.11.2002, p. 53.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Il-lista referuta fl-Artikolu 1

    Kolonna A, Sustanza attiva | Kolonna B, Stat Membru | Kolonna C, Data |

    benomyl | L-Ungerija | tal- 31.12.2005 |

    beta-cypermethrin | L-Ungerija | tal- 31.12.2005 |

    butylate | L-Ungerija | tat- 30.4.2006 |

    cycloate | L-Ungerija | tat- 30.4.2006 |

    EPTC (ethyl dipropylthiocarbamate) | L-Ungerija | tat- 30.4.2006 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    - (1R)-1,3,3-trimethyl-4,6-dioxatricyclo(3. 3.1.02,7)nonane (lineatin)

    - (3-benzyloxycarbonyl-methyl)-2-benzothiazolinone (benzolinone)

    - (E)-2-Methyl-6-methylene-2,7-octadien-1-ol (myrcenol)

    - (E)-2-Methyl-6-methylene-3,7-octadien-2-ol (isomyrcenol)

    - (E,Z)-8,10-tetradecadienyl

    - 1, 3, 5-tir-(2-hydroxyethyl)-hexa-hydro-s-triazyne

    - 1-Methoxy-4-propenylbenzene (anethole)

    - 1-Methyl-4-isopropylidenecyclohex-1-ene (terpinolene)

    - 2,6,6-Trimethylbicyclo(3.1.1)hept-2-ene (alpha-pinen)

    - 2-ethyl-1,6-dioxaspiro (4,4) nonan (chalcogran)

    - 2-hydroxyethyl butyl sulfide

    - 2-Mercaptobenzothiazole

    - 2-methoxy-5-nitrofenol sodium salt (imluħa tas-sodju)

    - 2-methoxypropan-1-ol

    - 2-methoxypropan-2-ol

    - 2-Methyl-6-methylene-2,7-octadien-4-ol (ipsdienol)

    - 2-Methyl-6-methylene-7-octen-4-ol (ipsenol)

    - 3,7,7-Trimethylbicyclo(4.1.0)hept-3-ene (3-carene)

    - 3-Methyl-3-buten-1-ol

    - 3-phenyl-2-propenal (cinnamaldehyde)

    - 4,6,6-Trimethyl-bicyclo(3.1.1)hept-3-en-ol,((S)-cis-verbenol)

    - Agrobacterium radiobacter K 84

    - asphalts (l-asfalti)

    - Bacillus subtilis strain IBE 711

    - Baculovirus GV

    - benzothiadiazole

    - biohumus

    - il-karbonat tal-kalċju

    - il-polisulfid tal-kalċju

    - il-monossidu tal-karbonju

    - il-kaseina

    - l-idroklorid ¬inin

    - estratt taċ-ċitru/estratt tat-tronġ

    - trab tal-labar tal-prinjoli

    - Kumpless tar-ramm: 8-hydroxyquinolin bl-aċidu saliċiliku

    - cumylphenol

    - di-1-p-menthene

    - aċetat dodecan-1-yl

    - ethanedial (glyoxal)

    - Ethyl 2,4-decadienoate

    - estratt minn pjanti tal-balluta ħamra, il-kaktux tal-bajtar tax-xewk, il-fragranza sunaka, il-mangrovja ħamra

    - Estratt mill-Meneta piperata

    - estratt mill-Ekwisetum

    - estratt mis-siġra tat-te

    - residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam

    - aċidi xaħmija/aċidu isobutiriku

    - aċidi xaħmija/aċidu isovareiku

    - aċidi xaħmija/aċidu lawtiku

    - aċidi xaħmija/aċidu valeriċi

    - flufenzin

    - flumetsulam

    - polpa tat-tewm

    - hexamethylene tetramine (urotropin)

    - kumpless iċotjol

    - il-pirofosfat tal-ħadid

    - l-aċidu ġasmoniku

    - lactofen

    - lanolin

    - Methyl p-hydroxybenzoate

    - l-abumina tal-ħalib

    - it-trab tal-mustarda

    - l-aċidu N-phenylphthalamic

    - olein

    - l-aċidu p-Hydroxybenzoic

    - l-aċetat polivinil

    - propisochlor

    - propolis

    - Pythium oligandrum

    - repellant (bit-togħma) ta' oriġini veġitali u mill-annimali ta' grad ta' l-ikel/aċidu fosforiku u t-tqiq mill-ħut.

    - repellant (bir-rieħa) ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/iż-żejt tad-damm

    - reżini

    --------------------------------------------------

    Top