Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0401

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 401/2004 tat-23 ta' Frar 2004 li jdaħħal, fl-okkażjoni ta' l-adeżjoni ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, miżuri speċjali tempoanji għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 67, 5.3.2004, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/401/oj

    32004R0401



    Official Journal L 067 , 05/03/2004 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 401/2004

    tat-23 ta' Frar 2004

    li jdaħħal, fl-okkażjoni ta' l-adeżjoni ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, miżuri speċjali tempoanji għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, sottomessa wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [2],

    Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Qorti tal-Verifika [3],

    Billi:

    (1) Fl-okkażjoni ta' l-adeżjoni ġejjiena ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvija, il-Lituwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakja u s-Slovenja, għandhom jiġu adottati miżuri speċjali temporanji li ma jsegwux ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ir-Regolamenti tal-Persunal).

    (2) Minħabba n-numru ta' pajjiżi li se jaderixxu u n-numru tal-persuni involuti potenzalment, dawn il-miżuri, minkejja li temporanji, għandhom jissoktaw fis-seħħ għal perjodu sostanzjali ta' żmien. Il-31 ta' Diċembru 2010 jidher li huwa l-iktar data xierqa għall-iskadenza tagħhom.

    (3) Minħabba n-natura eċċezzjonali tas-sitwazzjoni, u l-ħtiġijiet ġenerali mbassra għall-futur, għandhom jinżammu wkoll kompetizzjonijiet għar-reklutaġġ ta' l-uffiċjali li għandhom waħda mill-11-il lingwa uffiċjali bħala l-lingwa ewlenija tagħhom. Dan irid ikun skond l-ordni sabiex jiġi żġurat ir-rispett għall-prinċipji ddikjarati fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, inkluż ir-reklutaġġ fuq bażi ġeografiku l-iktar wiesa' possibbli.

    (4) Minħabba d-daqs eċċezzjonali ta' l-adeżjoni imminenti, dan ir-Regolament għandu jiġi adottat qabel id-data attwali ta' l-adeżjoni biex ikun jista' jsir ix-xogħol preparatorju kollu sabiex jippermetti r-reklutaġġ ppjanat isir malajr kemm jista' jkun wara l-adeżjoni,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tat-tieni u t-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 4, l-Artikolu 7(1), it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 27 u l-punti (a), (b) u (ċ) ta' l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, sal-31 ta' Diċembru 2010, jistgħu jimtlew il-postijiet vakanti, fil-limitu tan-numru allokat, filwaqt li jitqiesu d-diskussjonijiet dwar l-estimi finanzjarji, bil-ħatra taċ-ċittadini ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja wara d-data attwali ta' l-adeżjoni tal-pajjiżi ikkonċernati.

    2. Il-ħatriet għandhom isiru:

    (a) għll-gradi kollha, wara d-data attwali ta' l-adeżjoni;

    (b) għajr għall-gradi A1 u A2, wara l-kompetizzjonijiet fuq il-bażi kemm tal-kwalifiki u tat-testijiet organizzati kif speċifikat fl-Anness III mar-Regolamenti tal-Persunal.

    Artikolu 2

    Sal-31 ta' Diċembru 2010, għandhom isiru wkoll il-kompetizzjonijiet ġenerali għall-uffiċjali li jkollhom wad mill-11-il lingwa uffiċjali bħala l-lingwa ewlenija tagħhom; dawn il-kompetizzjonijiet għandhom ikopru b'mod simultanju dawn il-lingwi kollha.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Frar 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Cowen

    [1] Opinjoni mogħtija fi-18 ta' Novembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] Opinjoni mogħtija fit-18 ta' Lulju 2003.

    [3] Opinjoni mogħtija fid-29 ta' Lulju 2003 (ĠU C 224, tad-19.9.2003, p. 11).

    --------------------------------------------------

    Top