EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0039

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0318

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/39(1)/oj

32004R0039



Official Journal L 006 , 10/01/2004 P. 0016 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004

tad-9 ta’ Jannar 2004

li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 27(15) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru. 1260/2001 jipprovdi għal rifużjonijiet għall-esportazzjoni li jingħataw fuq ċerti prodotti msemmija f’dak ir-Regolament meta jkunu esportati fl-għamla ta’ prodotti li huma mniżżlin fl-Anness V tiegħu, b’mod partukulari ħmira ħajja li taqa’ taħt il-kodiċi ĊN 21021031 u 21021039.

(2) Taħt l-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 314/2002 ta’ l-20 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-kwota fis-settur taz-zokkor [2] mill-1 ta’ Frar 2004, kwantitajiet ta’ ġulepp użati biex tiġi magħmula ħmira ħajja huma mħollija barra mill-kalkulazzjoni tal-produzzjoni taz-zokkor għall-għanijiet ta’ l-Artikoli 13 sa 18 tar-Regolament (KE) Nru. 1260/2001. Għall-konsistenza, għandha tiġi abolita mill-istess data l-possibbilta’ li tkun mogħtija rifużjoni għall-esportazzjoni għal kwantitajiet ta’ zokkor użati għall-produzzjoni ta’ ħmira ħajja.

(3) L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru. 1260/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond hekk.

(4) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-linji li jikkorrispondu għall-kodiċi NM ex2102, 210210, 21021031 u 21021039 fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru. 1260/2001, jiġu mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mill-1 ta’ Frar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Jannar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2196/2003 (ĠU L 328, tas-17.11.2003, p. 17).

[2] ĠU L 50, tal-21.2.2002, p. 40. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 38/2004 (ara p. 13 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

Top