Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0894

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 20 ta' Diċembru 2004 li tipprovdi għal kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' ċertu żrieragħ ta' l-ispeċi Triticum aestivum; li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5028) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 375, 23.12.2004, p. 33–34 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 119–120 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/894/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    119


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-20 ta' Diċembru 2004

    li tipprovdi għal kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' ċertu żrieragħ ta' l-ispeċi Triticum aestivum; li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5028)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2004/894/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ taċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fid-Danimarka l-kwantità ta' żrieragħ ta' varjetajiet ta' qamħ tax-xitwa disponibbli (Triticum aestivum) adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi nazzjonali u li jissodisfaw il-kapaċità ta' tnibbit meħtieġa mid-Direttiva 66/402/KEE mhumiex biżżejjed u għalhekk mhux adattati li jilħqu l-bżonnijiet ta' l-Istat Membru.

    (2)

    Mhuwiex possibli li tintlaħaq it-talba għaż-żrieragħ ta' dik l-ispeċi b'mod sodisfaċenti bi żrieragħ minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, li jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha stipulati fid-Direttiva 66/402/KEE.

    (3)

    Għalhekk, id-Danimarka għandha tkun awtorizzata li tippermetti kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ ta' dik l-ispeċi suġġett għal ħtiġijiet anqas restrittivi għal perjodu li jiskadi fit-30 ta' Novembru 2004.

    (4)

    Minbarra dan, Stati Membri oħra, irrispettivament ta' jekk iż-żrieragħ kinux maħsuda fi Stat Membru jew f'pajjiż terz koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza ta' spezzjonijiet fuq il-post imwettqa f'pajjiżi terzi (2) dwar l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żrieragħ u l-ekwivalenza ta' żrieragħ prodotti f'pajjiżi terzi li qegħdin fil-qagħda li jipprovdu lid-Danimarka bi żrieragħ ta' dik is-speċi, għandhom ikunu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw din l-ispeċi ta' żrieragħ.

    (5)

    Huwa xieraq li d-Danimarka topera bħala koordinatur sabiex tiżgura li l-ammont totali ta' żrieragħ awtorizzati in segwitu għal din id-Deċiżjoni ma jaqbżux il-kwantità massima koperta minn din id-Deċiżjoni.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija dwar żrieragħ u Materjali ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Agrikoltura Forestali.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-kummerċjalizzazzjoni fil-Komunità ta' żrieragħ tal-qamħ tax-xitwa li ma tissodisfax il-minimu tal-kapaċità ta' tnibbit meħtieġa, għal perjodu li jiskadi fit-30 ta' Novembru 2004, bi qbil mat-termini stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u suġġetta għal kundizzjonijiet li ġejjin:

    a)

    il-kapaċità ta' tnibbit hija ta' l-anqas 75 % ta' żrieragħ puri,

    b)

    it-tikketta uffiċjali tindika t-tnibbit determinat fit-twettiq ta' l-eżami uffiċjali in segwitu għall-Artikoli 2(1)(F)(d) u 2(1)(G)(d) tad-Direttiva 66/402/KEE.

    c)

    iż-żrieragħ kellhom l-ewwel jitqegħdu fis-suq bi qbil ma' l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Kull fornitur ta' żrieragħ li jixtieq iqiegħed fis-suq iż-żrieragħ imsemmija fl-Artikolu 1 għandu japplika ma' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jawtorizza lill-fornitur sabiex ipoġġi dawk iż-żrieragħ fuq is-suq sakemm:

    a)

    ikun hemm evidenza biżżejjed biex tiddubita jekk il-fornitur huwiex kapaċi jpoġġi fuq is-suq l-ammont ta' żrieragħ li applika għall-awtorizzazzjoni tiegħu; jew

    b)

    il-kwantità totali awtorizzata li għandha tiġi kkumerċjalizzata in segwitu għad-deroga kkonċernata taqbeż il-kwantità massima speċifikata fl-Anness.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Id-Danimarka għandha topera bħala l-Istat Membru li jikkoordina biex jiżgura li l-ammont totali awtorizzat ma jaqbiżx il-kwantità massima speċifikata fl-Anness.

    Kull Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skond l-Artikolu 2 għandu mal-ewwel jinnotifika l-ammont kopert mill-applikazzjoni lill-Istat Membru li qed jikkoordina. L-Istat Membru li qed jikkoordina għandu mal-ewwel jinforma lill-Istat Membru li qed jinnotifika jekk l-awtorizzazzjoni tirriżultax fil-qbiż tal-kwantità massima.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom mill-ewwel jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-kwantitajiet li awtorizzaw il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom in segwitu għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fl-20 ta' Diċembru 2004

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummisjoni


    (1)  ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).

    (2)  ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 10. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2003/403/KE (ĠU L 141, tas-7.6.2003 p. 23).


    ANNESS

    Speċi

    Tip ta' varjetà

    Kwantità massima (tunnellati)

    Triticum aestivum

    Abika, Bill, Elvis, Globus, Grommit, Hattrick, Opus, Robigus, Senat, Smuggler, Solist, Tulsa, Tritex

    45 000


    Top