EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0854

2004/854/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2001/865/KE li tawtorizza r-Renju ta’ Spanja japplika miżura derogatorja mill-Artikolu 11 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq il-valur tal-bejgħ

ĠU L 369, 16.12.2004, p. 60–60 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 62–62 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/854/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

62


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Diċembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2001/865/KE li tawtorizza r-Renju ta’ Spanja japplika miżura derogatorja mill-Artikolu 11 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq il-valur tal-bejgħ

(2004/854/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2001/865/KE (2) l-Kunsill awtorizza lir-Renju ta' Spanja, permezz ta' deroga mill-Artikolu 11(A)(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, jinkludi fl-ammont taxxabbli ta' forniment ta' oġġetti jew forniment ta' servizzi l-valur ta' kwalunkwe deheb użat mill-fornitur u provdut mir-riċevent f'każijiet fejn il-forniment tad-deheb lir- riċevent huwa eżentat skond l-Artikolu 26b tad-Direttiva 77/388/KEE.

(2)

Il-mira ta' dik id-deroga kienet li jiġi evitat abbuż mill-eżenzjoni għad-deheb ta' investiment u b'hekk biex jiġu prevenuti ċerti tipi ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa.

(3)

B’ittra reġistrata għand is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fl-4 ta' Awissu 2004, il-Gvern Spanjol talab l-estensjoni tal-validità tad-Deċiżjoni 2001/865/KE, li tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004.

(4)

Skond l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra bit-talba magħmula mir-Renju ta’ Spanja b’ittra ddatata d-9 ta’ Awissu 2004. B’ittra ddatata l-10 ta’ Awissu 2004, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju ta' Spanja li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba.

(5)

Skond l-awtoritajiet Spanjoli, id-deroga awtorizzata bid-Deċiżjoni 2001/865/KE kienet effettiva fil-kisba ta' l-għanijiet iddikkjarati hawn fuq.

(6)

Id-derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE li jilqgħu kontra l-evitar tal-VAT marbuta ma' l-eżenzjoni għad-deheb ta' investiment jistgħu jiġu inklużi fi proposta futura għal Direttiva li tirrazzjonalizza xi wħud mid-derogi skond dak l-Artikolu.

(7)

Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi estiża l-validità tad-deroga mogħtija taħt id-Deċiżjoni 2001/865/KE sad-dħul fis-seħħ ta' Direttiva li tirrazzjonalizza d-derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE li jilqgħu mill-evitar jew l-evitar tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbut ma' l-eżenzjoni għad-deheb ta' investiment, jew sal-31 ta' Diċembru 2009, liema minnhom ikun l-aktar kmieni.

(8)

Id-deroga mhi ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Komunità provduti mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2001/865/KE għandhu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 1 għandha tagħlaq fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' direttiva li tirrazzjonalizza d-derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE li jilqgħu kontra l-evitar tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbut ma' l-eżenzjoni għad-deheb ta' investiment, jew fil-31 ta' Diċembru 2009, liema minnhom tkun l-aktar kmieni.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

G. ZALM


(1)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(2)  ĠU L 323, 7.12.2001, p. 24.


Top