Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0544

    2004/544/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ġunju 2004 dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali

    ĠU L 241, 13.7.2004, p. 21–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 1–1 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/544/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L NaN/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-21 ta’ Ġunju 2004

    dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali

    (2004/544/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali.

    (2)

    Soġġett għall-konklużjoni eventwali tagħha f'data aktar tard, il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali, li hija miftuħa għall-iffirmar sa mill-5 ta' Novembru 2003, għandha tiġi ffirmata,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu uniku

    Soġġett għal konklużjoni eventwali f'data aktar tard, il-President tal-Kunsill b'dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea (1), il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali, mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussel, 21 ta’ Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. WALSH


    (1)  Qed jiġu riprodotti biss il-verżjonijiet awtentiċi tal-Konvenzjoni, jiġifieri bl-Ingliż u bil-Franċiż.


    Top