Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2076

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 tal-20 ta’ Novembru 2002 li jestendi it-terminu msemmi f’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ xi sustanzi attivi f’L-Anness I ta’ dik id-Direttiva u l-irtirar ta’ awtorizzazjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanziTest b’ rilevanza ghaż-ŻEE

ĠU L 319, 23.11.2002, pp. 3–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/07/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2076/oj

32002R2076



Official Journal L 319 , 23/11/2002 P. 0003 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002

tal-20 ta’ Novembru 2002

li jestendi it-terminu msemmi f’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ xi sustanzi attivi f’L-Anness I ta’ dik id-Direttiva u l-irtirar ta’ awtorizzazjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi

(Test b’ rilevanza ghaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqeghid ta’ prodotti ghall-harsien tal-pjanti fis-suq [1], kif l-ahhar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta’ l-istess,

Filwaqt li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 tat-28 ta’ Frar 2000 li jistipula r-regoli dettaljati ghall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1490/2002 [4], u partikolarment l-Artikolu 6(7) u l-Artikolu 11(2) ta’ l-istess,

Billi:

(1) l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li Stat Membru jista’, matul terminu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati f’L-Anness I li huma diġa’ fis-suq sena wara d-data tan-notifika, ħlief fejn ittieħdet deċiżjoni beix sustanza ma tiġix inkluża f’L-Anness I.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [6], ir-Regolament (KE) Nru 451/2000 u r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel, it-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-programm huwa kontinwu u ma għadx kien possibbli li jiġi komplet il-proċess tat-teħid tad-deciżjoni dwar numru ta’ sustanzi attivi. Il-proċedura tan-notifika għas-sustanzi attivi koperti mir-Regolament (KE) Nru 1112/2002 [7] għadha ma ġietx finalizzata lanqas u għalhekk għal xi ftit minn dawn is-sustanzi attivi dan it-terminu jeħtieġ li jiġi estiż ukoll.

(3) Il-Kummissjoni preżentat ir-rapport tal-progress tagħha fis-26 ta’ Lulju 2001 [8]. Ikkonkludiet li l-progress ma kienx tajjeb daqs kemm ġie antiċipat oriġinarjament u għalhekk it-terminu għandu jiġi estiż għal dawk is-sustanzi li għadhom qed jiġu riviżitati jew li għalihom l-industrija notifikat impenn li tipprepara ulterjorment ir-rapporti meħtieġa fit-termini ta’ żmien.

(4) Għas-sustanzi attivi koperti mill-ewwel stadju, il-Kummissjoni għandha taċċerta illi jittieħdu kemm jista’ jkun deċiżjonijiet qabel Lulju 2003, iżda tirrikonoxxi li għal numru ta’ sustanzi attivi ma tistax tittieħed deċiżjoni qabel l-2005. Huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex tiġi stmata aktar l-informazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni qabel ma jista’ jiġi deċiż jekk dawn is-sustanzi attivi jissoddisfawx ir-rekwiżiti ta’ sigurtà tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-estensjoni tat-terminu tkun qasir kemm jista’ jkun.

(5) Is-sustanzi attivi li għalihom ma ġiex avżat impenn li jiġi preparat ulterjorment ir-rappport ulterjorment m’ għandhomx jiġu inklużi f’L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazjonijiet kollha għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi.

(6) Għal użi li għalihom ġiet provduta evidenza teknika ulterjuri li turi ħtieġa essenzjali għall-użu ulterjuri tas-sustanza attiva u n-nuqqas ta’ alternattiva effiċjenti, għandhom jiġu provduti miżuri temporanji biex jippermettu l-iżvilupp ta’ alternattivi. Għal numru ta’ użi tali informazzjoni ġiet ippreżentata u evalwata mill-Kummissjoni bl-esperti ta’ l-Istati Membri. Id-derogi għandhom jingħataw biss f’ każijiet li jidhru ġġustifikati u li ma jikkreawx inkwiet, u għandhom jiġu ristretti għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara, li għalihom ma teżisti l-ebda alternattiva effiċjenti.

(7) Il-miżuri maħsuba f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-terminu ta’ 12-il sena msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE huwa estiż sal-31 ta’ Diċembru 2005 għas-sustanzi attivi li huma stmati skond il-qafas tar-Regolamenti (KEE) Nru 3600/92 u t-tieni stadju taħt ir-Regolament (KE) Nru 451/2000, u sal-31 ta’ Diċembru 2008 għas-sustanzi attivi li huma stmati skond il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni qabel dik id-data li tiġi inkluża jew ma tiġix inkluża s-sustanza attiva f’L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Matul dawn it-termini l-Istati Membri jistgħu ikomplu jawtoriżżaw jew jerġgħu jawtorizzaw it-tqeghid fuq is-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi msemmija fuq skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

1. Is-sustanzi attivi elenkati f’L-Anness I ta’ dan ir-Regolament mhumiex inklużi bħala sustanzi attivi f’L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

2. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi msemmija f’L-Anness I ta’ dan ir-Regolament jiġu rtirati sal-25 ta’ Lulju 2003 ħlief kif provdut fil-paragrafu 3.

3. Rigward sustanza speċifikata fil-Kolonna A ta’ l-Anness II, kull Stat Membru msemmi fil-Kolonna B ta’ dak l-Anness rigward is-sustanza jista’ jżomm fis-seħħ awtorizzazjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza għall-użi elenkata fil-Kolonna Ċ sat-30 ta’ Ġunju 2007 sakemm huwa:

(a) jaċċerta li l-użu kontinwat jiġi aċċettat biss sa fejn m’ għandux effett dannuż fuq is-saħħa tal-bnedmin jew l-annimali u l-ebda influwenza fuq l-ambjent li mhix aċċettabbli.

(b) jaċċerta li tali għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq wara l-31 ta’ Diċembru 2003 jiġu tabellati mill-ġdid sabiex jilħqu l-kundizzjonijiet ġodda ta’ użu ristrett;

(ċ) jimponi l-miżuri kollha li jimmitigaw ir-riskju biex jitnaqqas kull riskju possibbli;

(d) jaċċerta li qegħdin jitfittxu b’ mod serju alternattivi għal tali użi

L-Istat Membru konċernat għandu javża lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u partikolarment dwar l-azzjoni meħuda rigward il-punti (a) sa (d).

Artikolu 3

Kull terminu ulterjuri moghti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u:

(a) għall-użi li għalihom l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata sal-25 ta’ Lulju 2003, għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta’ Dicembru 2003, ħlief ghan-numru limitat ta’ użi essenzjali msemmi f’L-Anness II, li għalihom l-awtorizzazzjoni tista’ tinżamm fl-iStati Membri speċifikati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(3);

(b) għall-użi li għalihom l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata sat-30 ta’ Ġunju 2007, għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-20 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 28.

[3] ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 25.

[4] ĠU L 224, tal-21.8.2002, p. 23.

[5] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.

[6] ĠU L 259, tat-13.10.2000, p. 27.

[7] ĠU L 168, tas-27.6.2002, p. 14.

[8] COM (2001) 444 finali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Lista’ sustanzi attivi li mhumiex inklużi bhala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE

1,2-Dichloropropane

1,3-Dichloropropene (cis)

1,3-Diphenyl urea

2-(dithiocyanomethylthio)-benzothiazol

2,3,6-TBA

2,4,5-T

2-Aminobutane (mahruf ukoll bhala sec-butylamine)

2-Benzyl-4-chlorophenol

4-CPA (4-chlorophenoxyaceticacid = PCPA)

4-t-Pentylphenol

Acifluorfen

Aldimorph

Alkyltrimethyl ammonium chloride

Alkyltrimethylbenzyl ammonium chloride

Allethrin

Alloxydim

Alkohol Allyl

Ametryn

Ampropylofos

Ancymidol

Anilazine

Żejt Anthracene

Azaconazole

Azametbiphos

Aziprotryne

Barban

Barium fluosilicate

Barium polysulphide

Benazolin

Bendiocarb

Benfuresate

Benodanil

Bensulide

Bensultap

Bentaluron

Benzalkonium chloride

Benzoximate

Benzoylprop

Benzthiazuron

Bioallethrin

Bioresmethrin

Bitumen

Brandol (hydroxynonyl-2,6-dinitrobenzene)

Bromacil

Bromocyclen

Bromofenoxim

Bromophos

Bromophos-ethyl

Bromopropiylate

Bronopol

Butachlor

Butocarboxim

Butoxycarboxim

Butylate

Karbonat tal-kalcju (mahruf ukoll bhala gibs)

Idrossidu tal-kalcju (mahruf ukoll bhala slake lime)

Ossidu tal-kalcju (quick lime)

Carbon disulfide

Carbophenothion

Cartap

Cetrimide

Chinomethionat (mahruf ukoll bhala quinomethionate)

Chlomethoxyfen

Chloral-bis-acylal

Chloral-semi-acetal

Chloramben

Chlorbromuron

Chlorbufam

Chloretazate

Chlorfenprop

Chlorfenson (mahruf ukoll bhala chlorfenizon)

Chlorfenvinpbos

Chlorfluazuron

Chlormephos

Chlorobenzilate

Chloropropylate

Chloroxuron

Chlorphonium chloride

Chlorthiamid

Chlortbiophos

Cufraneb

Cyanazine

Cycloate

Cycluron

Cyprofuram

DADZ (zinc-dietbylditbiocarbamate)

Dalapon

delta-endotoxin of Bacillus thuringiensis

Demeton-S-methyl

Demeton-S-methyl sulphone

Desmetryne

Diafenthiuron

Dialifos

Di-allate

Diammonium phosphate

Dichlofenthion

Dichlofluanid

Dichlone

Dichlorprop

Diclobutrazol

Dicrotophos

Dicyclopentadiene

Dienochlor

Diethatyl (-ethyl)

Difenoxuron

Difenzoquat

Dikegulac

Dimefox

Dimefuron

Dimepiperate

Dimethirimol

Dimexano

Dinitramine

Dinobuton

Dioxacarb

Dioxathion

Diphenamid (mahruf ukoll bhala difenamide)

Disodju octaborate tetrahydrate

Disulfoton

Ditalimfos

Drazoxolon

Endothal

EPTC (ethyl dipropylthiocarbamate)

Etacelasil

Ethidimuron (mahruf ukoll bhala sulfodiazol)

Ethiofencarb

Ethion (mahruf ukoll bhala diethion)

Ethirimol

Ethoate-methyl

Etrimfos

Fenaminosulf

Fenazaflor

Fenfuram

Fenoprop

Fenothiocarb

Fenoxaprop

Fenpiclonil

Fenpropathrin

Fenridazon

Fenson (mahruf ukoll bhala fenizon)

Fenthiosulf

Fenuron

Flamprop

Fluazifop

Flubenzimine

Flucycloxuron

Flucythrinate

Flumequine

Flumethralin

Fluorodifen

Fluoroglycofene

Flupoxam

Fluridone

Fomesafen

Fonofos

Formothion

Fosamine

Fosthietan

Furalaxyl

Furathiocarb

Furconazole

Furfural

Furmecyclox

Gentian violet

Halfenprox (mahruf ukoll bhala brofenprox)

Haloxyfop

Heptenophos

Hexachlorophene

Hexazinone

Hydramethylnon

Hydroxy-MCPA

Hydroxyphenyl-salicylamide

Imazapyr

Imazethabenz

Iminoctadine

Iodofenphos

Isazofos

Isocarbamide

Isofenphos

Isolan

Isopropalin

Isoprothiolane

Isoxathion

Karbutilate

Kinoprene

Mancopper

Mecarbam

Mefenacet

Mephospholan

Mepronil

Merphos (mahruf ukoll bhala tributylphosphorotrithioite)

Methacrifos

Methazole

Methfuroxam

Methoprene

Methoprothryne

Methoxychlor

Methylenebisthiocyanate

Methylisothiocyanate

Methylnaphthylacetamide

Methylnaphthylacetic acid

Metobromuron

Metolachlor

Metoxuron

Metsulfovax

Mevinphos

Monalide

Monocrotophos

Monuron

MAA (ctu metiliku arsoniku)

Nabam

Naptalam

Naphtylacetic acid hydrazide

Neburon

Nitralin

Nitrothal

Nonylphenol ether polyoxyethyleneglycol

Nonylphenol ethoxylate

Norflurazon

Noruron

Octhilinone

Ofurace

Omethoate

Orbencarb

Oxadixyl

Oxine-ramm

Oxycarboxin

Oxytetracycline

Paraformaldehyde

p-Chloronitrobenzene

Pebulate

Pentachlorophenol

Pentanocblor

Perfluidone

Phenols

Phenothrin

Phenthoate

Phorate

Phosametine

Phosphamidon

Pirimiphos-ethyl

Potassium silicate

Profenofos

Promecarb

Prometryne

Propazine

Propetamphos

Propoxur

Propyl-3-t-butylphenoxyacetate

Prothiocarb

Prothiofos

Prothoate

Pyraclofos

Pyrazoxyfen

Pyridafenthion

Pyrifenox

Pyroquilone

Quinalphos

Quizalofop

Resmethrin

Trab tal-blat

Secbumeton

Seconal (mahruf ukoll bhala 5-allyl-5-(l’-methylbutyl) actu barbituriku)

Sethoxydim

Siduron

Silikati

Silver nitrate

Sodju arsenite

Sodju diacetoneketogulonate

Sodju dichlorophenate

Sodju dimethyldithiocarbamate

Sodju dioctyl sulfosuccinate

Sodju fluosilicate

Sodju monochloroacetate

Sodju pentaborate

Sodju p-t-amylphenate

Sodju silicate

Sodju silver thiosulphate

Sodju tetratbiocarbamate

Sodju thiocyanate

Sulfotep

Sulprofos

Acidi Tar

TCA

TCMTB

Tebutam (mahruf ukoll bhala butam)

Tebuthiuron

Temephos

Terbacil

Terbufos

Terbumeton

Terbutryn

Tetrachlorvinphos

Tetradifon

Tetramethrin

Tetrasul

Thiazafluron

Thiazopyr

Thiocyclam

Thiofanox

Thiometon

Thionazin

Thiophanate

Tiocarbazil

Tolylphtalam

Tralomethrin

Triapenthenol

Triazbutyl

Triazophos

Tribufos (s,s,s-tributyl-phosphorotrithioate)

Tributyltinoxyde

Trichloronate

Tridiphane

Trietazine

Trifenmorph

Triforine

Trioxymethylen

Validamycin

Vamidothion

Vernolate

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Lista ta’ awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)

Kolonna A | Kolonna B | Kolonna Ċ |

Sustanza Attiva | Stat Membru | Użu |

2-aminobutane | Renju Unit | Żerriegħa tal-patata maħżuna |

Irlanda | Żerriegħa tal-patata maħżuna |

1,3-dichloropropene (cis) | L-Olanda | Għeruq tal-fjuri, frawli, ħaxix, ħsad ta’ fejn jitkabbru s-sigar, perennjali użrigħ mill-ġdid ta’ msaġar |

4-CPA (4-chlorophenoxyacetic acid) | Grecja | Għeneb (bla żerriegħa) |

Spanja | Tadam, brunġiel |

Acifluorfen | Italja | Żerriegħa tas-Sojja |

Azaconazole | Belgju | Bżar ħelu, tadam, arborikultura |

L-Olanda | Tadam |

Renju Unit | Ornamentali |

Benfuresat | Spanja | Qoton |

Bromacil | Franza | Lavanda, lavandin |

Bromopropylate | Belgju | Fażola |

Spanja | Lumi, tadam, rummien, dwieli |

Cartap | Italja | Rummien, frott bl-għadam, tadam, brunġiel, bżar, bettieħ, qarabali, ornamentali |

Chinomethionate | Grecja | Bettieħ, dulliegħ |

Spanja | Cucurbitaceae |

Chlorfenvinfos | Danimarka | Kaboċċi |

Germanja | Ravanell żgħir, ravanell, karrotti, basal, karfus, kaboċċi, ħjar |

Irlanda | Karrotti, zunnarija bajda, kaboċċi, Swede |

Franza | Faqqiegħ, sprag, kress, ravanell, spinaċi, salad tal-maiż, ħjara żgħira, cetrijolin,ukkini,żukkini, basal, skalunju, karrotti, krafes, kurrat, karfus, tursin, tewm, kaboċċi, brassika, |

L-Olanda | Kaboċċi, basal, karrotti, ħaxix tal-brassika, Swede, brassika, rapa, ravanell, ravanell iswed, żukkini, krafi |

Spanja | Brassiki |

Cyanazine | Renju Unit | Piżelli, fażola, brassika, narċiż, oilseed rape, Allium, forestiera |

Irlanda | Basal |

Ethion | Franza | Karrotti, tursin, karfus, krafi, tewm, skalunju, basal, zukkini, kaboċċi |

Dikegulac | Germanja | Ornamentali (taħt il-ħġieġ) |

Dinobuton | Spanja | Rummien |

Ethyl dipropylthiocarbamate (EPTC) | Portugal | Patata |

Fenpropathrin | Renju Unit | Frott artab (ribes) |

Fenuron | Renju Unit | Piżelli, fażola, spinaċi |

Fomesafen | Renju Unit | Piżelli, fażola, lupini |

Franza | Żerriegħa tas-sojja, fażola |

Italja | Żerriegħa tas-sojja, fażola, piżelli |

Furalaxyl | Irlanda | Ornamentali |

Furathiocarb | Belgju | Zukkini |

Haloxyfop | Danimarka | Għelieqi ta’ ħaxix taż-żerriegħa ta’ bakketti ħomor, sodod ta’ żrieragħ ta’ ornamentali |

Heptenophos | Irlanda | Ornamentali, ħjar, tadam, ħass |

Hexazinone | Awstrija | Koniferi |

Franza | Koniferi, lavanda, lavandin, salvja klari, likwirizja, lucern, kanna taz-zokkor |

Irlanda | Koniferi |

Spanja | Koniferi, luċern |

Imazapyr | Irlanda | Forestiera |

Mepronil | Awstrija | Ħass |

Metobromuron | Belgju | Ħass tal-ħrief, fażola, patata |

Germanja | Ħass tal-ħrief, fażola, patata |

Metoxuron | Belgju | Karrotti, patata |

Franza | Karrotti |

Irlanda | Karrotti |

Lussemburgu | Karrotti, patata |

L-Olanda | Karrotti, patata, iris, gladjoli |

Renju Unit | Karrotti |

Naptalam | Spanja | Bettieħ, dulliegħ |

Franza | Bettieħ |

Omethoate | Awstrija | Ornamentali |

Orbencarb | Awstrija | Lupin |

Oxadixyl | Belgju | Trattament taż-żerriegħ tal-piżelli |

Oxycarboxin | Renju Unit | Ornamentali |

Awstrija | Ornamentali |

Grecja | Ornamentali, fjuri |

Spanja | Ornamentali |

Irlanda | Ħaxix tat-turf |

Pebulate | Grecja | Tabakk |

Pentanochlor | Renju Unit | Umbelliferi, erbis |

Prometryn | Renju Unit | Umbelliferi, Allium, erbi |

Spanja | Qoton |

Grecja | Qoton |

Irlanda | Karrotti, tursin, karfus, zunnarija bajda |

Franza | Karfus, krafes, għaddas, zukkini |

Pyridafenthion | Spanja | Dielji, meadow, lumi |

Resmethrin | Renju Unit | Faqqiegħ |

Sethoxydim | Awstrija | Frawli |

Belgju | Zukkini, fażola, kabocci |

Italja | Ħaxix |

Silver nitrate | L-Olanda | Ħjar u ħjar zgħir imkabbar għaż-żerriegħa |

Sodium monochloracetate | Renju Unit | Brassica, Allium, frott artab, hop |

Irlanda | Kaboċċi, Brussels sprouts, kale |

Sodium silver thiosulphate | Danimarka | Fjuri maqtugħin, qsari |

Terbacil | Spanja | Minta |

Franza | Arnika, ribbed melilot, balzmu, nagħniegħ, riegnu, pensier selvaġġ, rożmarin,sarjetta tax-xitwa, salvja, sagħtar |

Grecja | Pjanti aromatici |

Renju Unit | Pjanti aromatiċi u farmaċwetiċi |

Terbufos | Germanja | Sugar beet, fodder beet |

Terbutryn | Renju Unit | Piżelli, fażola, lupini |

Tetradifon | Spanja | Ċitru, tadam Cucurbitaceae,gheneb |

Irlanda | Tadam, ħjar, stokk ta’ fejn jitkabbru l-ornamentali |

Triazophos | Irlanda | Karrotti |

Triforine | Austria | Fażola, ħjar, ornamentali li qed jikber, ward |

Danimarka | Tuffieħ, lanġas, ribes, ribes aħmar, ċawsli |

Vamidothion | Belgju | Tuffieħ, arborikultura |

Spanja | Rummien |

Italja | Rummien |

Portugall | Tuffieħ, lanġas |

--------------------------------------------------

Top