Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0042

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/42/KE tas-17 ta' Mejju 2002 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta' l-istabbiliment tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi (bentazone u pyridate) ġewwa u fuq iċ-ċereali, l-oġġetti ta' l-ikel ta' oriġini annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjexTest b’relevanza ŻEE

    ĠU L 134, 22.5.2002, p. 29–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/42/oj

    32002L0042



    Official Journal L 134 , 22/05/2002 P. 0029 - 0036


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/42/KE

    tas-17 ta' Mejju 2002

    li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta' l-istabbiliment tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi (bentazone u pyridate) ġewwa u fuq iċ-ċereali, l-oġġetti ta' l-ikel ta' oriġini annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex

    (Test b’relevanza ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta' Lulju 2002 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/23/KE [2], u b'mod partikolari bl-Artikolu 10 (1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta' Lulju 2002 fuq l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq l-oġġetti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/23/KE, u b'mod partikolari bl-Artikolu 10 (1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti ta' oriġini mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/23/KE, u b'mod partikolari bl-Artikolu 7 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tpoġġija fuq is-suq tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/37/KE [6], u b'mod partikolari bl-Artikolu 4 (1)(f) tagħha,

    Billi:

    (1) Is-sustanzi attivi eżistenti bentazone u pyridate kienu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttivi tal-Kummissjoni 2000/68/KE [7] u 2001/21/KE [8], għall-użu bħala erbiċida fuq ċereali, ħxejjex u għalf tal-bhejjem.

    (2) L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati kienet ibbażata fuq l-assessjar ta' l-informazzjoni sottomessa li tikkonċerna l-użu propost. L-informazzjoni rrelatata ma' dan l-użu kienet sottomessa minn ċerti Stati Membri bi qbil ma’ l-Artikolu 4 (1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli kienet riveduta u kienet biżżejjed biex tippermetti li jkunu fissati ċerti livelli massimi ta' residwu (MRLs).

    (3) Meta l-ebda MRL tal-Komunita jew MRL proviżorju ma jeżisti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu MRL proviżorju bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jiġu awtorizzati.

    (4) Fir-rigward ta’ l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, l-evalwazzjoni teknika u xjentifika rrelatata kienet iffinalizzati fl-għamla ta' rapporti ta' l-analiżi tal-Kummissjoni. Ir-rapporti kienu ffinalizzati fit-13 ta' Lulju 2000, fil-każ tal-bentazone u fit-12 ta' Diċembru 2000 fil-każ tal-pyridate. Dawn stabbilew id-dħul aċċettabbli ta' kull ġurnata (ADI) għall-bentazone fi 0,1 mg/kg bw/jum u għall-pyridate fi 0,036 mg/kg bw/jum. L-espożizzjoni tul il-ħajja tal-konsumaturi ta' prodotti ta’ l-ikel trattati bis-sustanzi attivi kkonċernati ġiet assessjata u evalwata bi qbil mal-proċeduri tal-Komunità. Ġew ikkunsidrati wkoll il-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [1] Linji ta' gwida biex ibassru d-dħul dietetiku tar-residwi pestiċidi (riveduti), ippreparati mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel f'kolllaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7). u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti [2] L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, fir-rigward ta' mistoqsijiet irrelatati għall-emenda ta' l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (L-Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, 14 ta' Lulju 1998) dwar il-metodoloġija użata. Kien konkluż li l-MRL proposti mhux se jwasslu biex dawk l-ADI jkunu misbuqa.

    (5) L-ebda effetti tossiċi akuti li jeħtieġu l-issettjar ta' doża ta' referenza akuta ma ġew innutati waqt l-evalwazzjoni u d-diskussjonijiet li ppreċedew l-inklużjoni tal-pyridate fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-doża ta' referenza akuta għall-bentazone kienet stabbilita fi 0,25 mg/kg bw/jum. Skond l-assessjar tal-espożizzjoni l-MRL proposti mhux se jwasslu għal espożizzjoni inaċċettabbli għal konsumaturi.

    (6) Biex ikun assigurat li l-konsumatur ikun adekwatament protett mill-espożizzjoni tar-residwi fi, jew fuq prodotti li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni, huwa prudenti li jkunu stabbiliti MRL proviżorji fl-inqas limitu ta' determinazzjoni analitika għal kull prodott bħal dan kopert mid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE.

    (7) L-istabbilar fil-livell tal-Komunità ta' MRL proviżorji bħal dawn ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRL proviżorji għall-bentazone u pyridate bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Huwa kkunsidrat li perijodu ta' erba' snin huwa biżżejjed biex jippermetti l-aktar użu mbiegħed tas-sustanzi attivi kkonċernati. L-MRL proviżorju għandu mbagħad isir definittiv.

    (8) L-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

    (9) Il-Kummissjoni nnotifikat din id-Direttiva fl-għamla ta' abbozz lejn l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-ebda kummenti ma kienu waslu. Il-possibbiltà li jkunu stabbiliti tollerranzi ta' l-importazzjoni MRL għall-għaqdiet speċifiċi ta' pestiċidi/żrieragħ sejrin ikunu eżaminati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dettalji aċċettabbli ppreżentati.

    (10) Din id-Direttiva hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi segwenti huma miżjuda mal-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE:

    "Residwu ta' pestiċidi | Livell massimu fi mg/kg |

    | |

    Bentazone (is-somma tal-bentazone u l-għaqda tal-bentazone 6-OH u 8-OH- espress bħala bentazone) | 0,1 | Ċereali |

    Pyridate (is-somma tal-pyridate, il-prodott idrolisi tiegħu CL 9673 (6-chloro-4-hydroxy-3-phenylpyridazin) u l-għaqda idrolizzabbli ta' CL 9673 espress bħala pyridate) | 0,05 | Ċereali |

    Artikolu 2

    Il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi segwenti huma miżjuda mal-Parti B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE:

    "Residwu ta' pestiċidi | Livell massimu (mg/kg) |

    Tal-laħam, inkluż ix-xaħam, it-taħlit ta' laħam, ir-raċanċ u s-sonża ta' l-annimali kif elenkat fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM 0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 | Għall-ħalib u prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I fil-kodiċi NM 0401, 0402, 040500 u 0406 | Ta' bajd frisk mingħajr il-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM 040700 u 0408 |

    Bentazone | 0,05 | 0,02 | 0,05 |

    Pyridate (is-somma tal-pyridate u l-prodott idrolisi tiegħu CL 9673 (6-chloro-4-hydroxy-3-phenylpyri-dazin) espress bħala pyridate) | Kliewi għajr tat-tjur 0,4 | 0,05 | 0,05 |

    Prodotti oħra |

    Artikolu 3

    Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi għall-bentazone u għall-pyridate kif murija fl-Anness ta' din id-Direttiva huma miżjuda ma’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002. Għandhom jinfurmaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

    Għandhom japplikaw dawn il-provvedimenti b'effett mill-1 ta' Jannar 2003.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-referenza għandha ssir.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 17 ta' Mejju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

    [2] ĠU L 64, tas-7.3.2002, p. 13.

    [3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

    [4] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71.

    [5] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [6] ĠU L 117, ta’ l-4.5.2002, p. 10.

    [7] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 41.

    [8] ĠU L 69, ta’ l-10.3.2001, p. 17.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li japplikaw għall-MRL | Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg) |

    Bentazone (somma tal bentazone u l-għaqda tal-bentazone 6-OH- u 8-OH-espress bħala bentazone | Pyridate (is-somma tal-pyridate, il-prodott idrolisi tiegħu CL 9673 (6-chloro-4-hydroxy-3-phenylpridazin) u għaqda idrolizzabbli ta' CL 9673 espress bħala pyridate) |

    1)Frott, frisk, imqadded jew mhux imsajjar, ippreservat bil-friża, li ma fihx zokkor miżjud: lewż | 0,1 | 0,05 |

    (i)FROTT TAĊ-ĊITRU

    Graprefruit (tronġa) | | |

    Lumi | | |

    Xkomp | | |

    Mandolina (inklużi l-klementini u l-ibridi oħra) | | |

    Larinġ | | |

    Pomelos | | |

    Oħrajn | | |

    (ii)SIĠAR TAL-LEWŻ (bil-qoxra jew mingħajr qoxra)

    Lewż | | |

    ġewż tal-Brażil | | |

    Ġewż tal-cashew | | |

    Qastan | | |

    Ġewż tal-Indi | | |

    Ġellewż | | |

    Macadamia | | |

    Ġewż Amerikana | | |

    Ġewż tal-arżnu | | |

    Pistaċċi | | |

    Ġewż | | |

    Oħrajn | | |

    (iii)FROTT POME

    Tuffieħ | | |

    Lanġas | | |

    Sfarġel | | |

    Oħrajn | | |

    (iv)FROTT BL-GĦADMA

    Berquq | | |

    Ċirasa | | |

    Ħawħ (inkluż nuċiprisk u ibridi simili) | | |

    Għanbaqar | | |

    Oħrajn | | |

    (v)KUKKI U FROTT ŻGĦIR

    (a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

    Għeneb tal-mejda | | |

    Għeneb ta' l-inbid | | |

    (b)Frawli (li mhux selvaġġ) | | |

    (ċ)Frott tal-kannamieli (li mhux selvaġġ)

    Ċawsli | | |

    Dewberries | | |

    Loganberries | | |

    Lampone | | |

    Oħrajn | | |

    (d)Frott żgħir ieħor u kukku (li mhux selvaġġ)

    Bilberries | | |

    Cranberries | | |

    Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | |

    Ribes | | |

    Oħrajn | | |

    (e)Kukku salvaġġ u frott selvaġġ | | |

    (vi)MIXXELLANJI

    Avokado | | |

    Banana | | |

    Tamal | | |

    Tin | | |

    Kiwi | | |

    Kumquats | | |

    Litchis | | |

    Mangu | | |

    Żebbuġ | | |

    Frott tal-passjoni | | |

    Ananas | | |

    Rummien | | |

    Oħrajn | | |

    2)Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew imqadded

    (i)ĦAXIX TA' L-GĦERUQ U TUBERI | 0,1 | 0,05 |

    Pitravi | | |

    Karrotti | | |

    Krafes ħoxnin | | |

    Għerq tal-mustarda | | |

    Artiċokk | | |

    Zfunnarija (bajda fl-isfar) | | |

    Għeruq tat-tursin | | |

    Ravanell abjad | | |

    Salsafja | | |

    Patata ħelwa | | |

    Lift (nevew) | | |

    Nevew | | |

    Jam | | |

    Oħrajn | | |

    (ii)BASAL TAL-ĦXEJJEX | 0,1 | 0,05 |

    Tewm | | |

    Basal | | |

    Basal abjad | | |

    Basal li jittiekel nej tar-rebbiegħa) | | |

    Oħrajn | | |

    (iii)ĦXEJJEX TAL-FROTT | 0,1 | 0,05 |

    (a)Solanacea

    Tadam | | |

    Bżar | | |

    Brunġiel | | |

    Oħrajn | | |

    (b)Qara tal-fliexken - qoxra li tittiekel

    Ħjar | | |

    Ħjar żgħir | | |

    Zukkini | | |

    Oħrajn | | |

    (ċ)Qara tal-fliexken - qoxra li ma tittiekilx

    Bettieħ | | |

    Qara' xitwi (bil-lbieba) | | |

    Dulliegħ | | |

    Oħrajn | | |

    (d)Qamħirrum ħelu | | |

    (iv)ĦAXIX BRASSIKA | 0,1 | |

    (a)Fjoritura tal-brassika | | 0,05 |

    Brokkli | | |

    Pastard | | |

    Oħrajn | | |

    (b)Ras il-brassika | | 0,05 |

    Kaboċċi żgħar | | |

    Ras il-kaboċċa | | |

    Oħrajn | | |

    (ċ)Brassika bil-weraq

    Kaboċċi Ċiniżi | | |

    Kabboċċa (kale) | | 0,2 |

    Oħrajn | | 0,05 |

    (d)Ġidra (Kohlrabi) | | 0,05 |

    (v)ĦAXIX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI | | 0,05 |

    (a)Ħass u simili | 0,1 | |

    Krexxuni | | |

    Ħass tal-ħaruf | | |

    Ħass | | |

    Scarole | | |

    Oħrajn | | |

    (b)Spinaċi u simili | 0,1 | |

    Spinaċi | | |

    Weraq tax-xitel tal-pitravi (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) | | |

    Oħrajn | | |

    (ċ)Krexxuni ta' l-ilma | 0,1 | |

    (d)Witloof | 0,1 | |

    (e)Ħwawar | 0,1 | |

    Maxxita | | |

    Kurrat selvaġġ | | |

    Tursin | | |

    Weraq tal-krafes | | |

    Oħrajn | | |

    (vi)ĦAXIX TAL-LEGUMI (frisk) | | 0,05 |

    Fażola (bil-miżwed) | | |

    Beans (mingħajr il-miżwed) | | |

    Piżelli (bil-miżwed) | 0,5 | |

    Piżelli (mingħajr il-miżwed) | 0,2 | |

    Oħrajn | 0,1 | |

    (vii)ĦAXIX TAZ-ZOKK (frisk) | 0,1 | |

    Aspargu | | |

    Kardun | | |

    Krafes | | |

    Bużbież | | |

    Qaqoċċ | | |

    Kurrat | | 1 |

    Rabarbru | | |

    Oħrajn | | 0,05 |

    (viii)FUNGI (Faqqieħ) | 0,1 | 0,05 |

    (a)Faqqiegħ ikkultivat | | |

    (b)Faqqiegħ selvaġġ | | |

    3)Ħaxix bl-imwieżed | 0,1 | 0,05 |

    Fażola | | |

    Għads | | |

    Piżelli | | |

    Oħrajn | | |

    4)Żrieragħ taż-żjut | | 0,05 |

    Żerriegħa tal-kittien | | |

    Karawett | | |

    Żerriegħa tal-peprin | | |

    Żerriegħa tal-ġulġlien | | |

    Żerriegħa tal-ġirasol | | |

    Żerriegħa tal-kolza | | |

    Fażola tas-sojja | 0,1 | |

    Żerriegħa tal-mustarda | | |

    Żerriegħa tal-qoton | | |

    Oħrajn | 0,1 | |

    5)Patata | 0,1 | 0,05 |

    Patata bikrija | | |

    Patata għal ħażna | | |

    6)Tè (weraq u zkuk, niexfa, ffermentati jew mod ieħor, ta' Camellia sinensis) | 0,1 | 0,1 |

    7)Ħops (niexef), inkluż pritkuni tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat | 0,1 | 0,1 |

    --------------------------------------------------

    Top