This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002L0006
Directive 2002/6/EC of the European Parliament and of the Council of 18 February 2002 on reporting formalities for ships arriving in and/or departing from ports of the Member States of the Community (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-KomunitàTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-KomunitàTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 67, 9.3.2002, p. 31–45
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 18/05/2012; Imħassar b' 32010L0065
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32008R1137 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 11/12/2008 | |
Modified by | 32008R1137 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 11/12/2008 | |
Repealed by | 32010L0065 |
Official Journal L 067 , 09/03/2002 P. 0031 - 0045
Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, Waqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) Il-Komunità għandha politika stabbilita sabiex jiġi nkoraġġit trasport sostenibbli, bħalma huwa trasport bil-baħar u, b'mod partikolari, sabiex jippromwovu trasport bil-baħar għal distanza żgħira. (2) It-tħaffif tat-trasport bil-baħar huwa għan essenzjali tal-Komunità biex tissaħħaħ dejjem aktar il-pożizzjoni tat-trasport bil-baħar fis-sistema tat-trasport bħala alternattiva u kumpliment għal modi oħra ta' trasport fil-katina tat-trasport bieb b'bieb. (3) Il-proċeduri dokumentarji meħtieġa fit-trasport bil-baħar ikkawżaw tħassib u kienu ġew meqjusa li jżommu lura l-iżvilupp ta' dan il-metodu milli jilħaq il-potenżjal sħiħ tiegħu. (4) Il-Konvenzjoni dwar it-Tħaffif tat-Traffiku Internazzjonali Marittimu ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima adottata mill-Konferenza Internazzjonali għat-Tħaffif ta' Safar u Trasport Marittimi fid-9 ta' April 1965, kif emendat iktar tard (minn issa 'l quddiem " Il-Konvenzjoni FAL ta' l-IMO"), ipprovda sett ta' mudelli ta' formoli standardizzati għat-tħaffif għal bastimenti biex jilħqu ċerti formalitajiet tar-rappurtar meta jaslu jew jitilqu minn port. (5) Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri jużaw dawn il-formoli għat-tħaffif imma ma japplikawx b'mod uniformi l-mudelli pprovduti bis-saħħa ta' l-IMO. (6) L-uniformità fil-format tal-formoli meħtieġa għal bastiment li qiegħed jasal jew jitlaq minn port għandha tħaffef il-proċeduri dokumentarji għas-sejħijiet fil-port u għandha tkun ta' ġid għall-iżvilupp tat-trasport bil-baħar tal-Komunità. (7) Għalhekk, huwa ta' siwi li jiddaħħal l-għarfien tal-formoli għat-tħaffif ta' l-IMO (minn hawn 'il quddiem "formoli FAL ta' l-IMO") fuq il-livell tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jagħrfu l-formoli FAL ta' l-IMO u l-kategoriji tat-tagħrif ġewwa fihom bħala prova biżżejjed li bastiment wettaq il-formalitajiet tar-rappurtar li dawn il-formoli kienu maħsuba għalihom. (8) Madanakollu, l-għarfien ta' ċerti formoli FAL ta' l-IMO, b'mod partikolari d-dikjarazzjoni tal-merkanzija u - għal bastimenti tal-passiġġieri - il-lista tal-passiġġieri, jiżdied mal-komplessità tal-formalitajiet tar-rappurtar minħabba li l-formoli ma jistgħux ikollom ġewwa fihom it-tagħrif kollu meħtieġ jew minħabba li prattiċi tat-tħaffif imwaqfa b'mod sod diġà jeżistu. Għalhekk, l-għarfien obbligatorju ta' dawn il-formoli m'għandux jiddaħħal. (9) Trasport bil-baħar huwa attività globali u d-dħul tal-formoli FAL ta' l-IMO fil-Komunità jista' jgħin fil-passi lejn l-applikazzjoni intensifikata madwar id-dinja. (10) Ġaladarba l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri t-tħaffif tat-trasport bil-baħar, ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif mfisser fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif mfassal f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tistax tkun iżjed milli dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet (11) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tniżżel l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [4], ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Iskop L-iskop ta' din id-Direttiva huwa biex tħaffef it-trasport bil-baħar billi tipprovdi għall-istandardizzazzjoni tal-formalitajiet tar-rappurtar. L-Artikolu 2 Il-kamp ta' applikazzjoni Din id-Direttiva għandha tapplika għal formalitajiet tar-rappurtar mal-wasla u/jew mat-tluq mill-portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità, kif msemmi fl-Anness I, Parti A, li għandu x'jaqsam ma' bastiment, mal-ħażniet tiegħu, mal-ħwejjeġ ta' l-ekwipaġġ tiegħu, mal-lista ta' l-ekwipaġġ tiegħu u, fil-każ ta' bastiment li huwa ċċertifikat li jġorr 12-il passiġġier jew inqas, mal-lista tal-passiġġieri. L-Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "Il-Konvenzjoni FAL ta' l-IMO" tfisser il-Konvenzjoni dwar it-Tħaffif tat-Traffiku Internazzjonali Marittimu ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima adottata mill-Konferenza Internazzjonali tat-Tħaffif ta' Safar u Trasport Marittimi fid-9 ta' April 1965; (b) "Il-formoli FAL ta' l-IMO" tfisser il-mudell standardizzat tal-formoli tat-tħaffif ta' l-IMO bid-daqs A4 pprovdut mill-Konvenzjoni FAL ta' l-IMO; (ċ) "formalità tar-rappurtar" tfisser it-tagħrif li meta huwa meħtieġ minn Stat Membru, għandu jkun ipprovdut għal-għanijiet amministrattivi u proċedurali meta jasal jew jitlaq bastiment minn port; (d) "bastiment" tfisser bastiment ta' kull tip li jbaħħar u li jaħdem fl-ambjent tal-baħar; (e) "ħażniet fil-bastiment" tfisser prodotti għall-użu fil-bastiment, li jinkludu prodotti li jkunu kkunsmati, prodotti li jinġarru għall-bejħ lill-passiġġieri jew għall-membri ta' l-ekwipaġġ, karburanti u lubrifikanti imma bl-esklużjoni tat-tagħmir u l-ispare parts tal-bastiment; (f) "tagħmir tal-bastiment" tfisser oġġetti ħlief għall-ispare parts tal-bastiment, li huma abbord bastiment għall-użu fuqu u li jistgħu jitneħħew imma li mhumiex ta' natura li jkunu ikkunsmati, inklużi aċċessorji, bħalma huma d-dgħajjes tas-salvataġġ, it-tagħmir għas-salvataġġ tal-ħajja, l-għamara, l-ħwejjeġ tal-bastiment u oġġetti simili; (g) "l-ispare parts tal-bastiment" ifisser oġġetti ta' natura ta' tiswija jew ta' tibdil għall-inkorporazzjoni fil-bastiment li fih jinġarru; (h) "il-ħwejjeġ ta' l-ekwipaġġ" ifisser ilbies, oġġetti ta' kull jum u oġġetti oħra, li jistgħu jinkludu flus, li huma ta' l-ekwipaġġ u li jinġarru fuq il-bastiment; (i) "membru ta' l-ekwipaġġ" ifisser kull persuna impjegata għal dmirijiet abbord waqt vjaġġ fil-ħidma jew servizz ta' bastiment u inkluża fil-lista ta' l-ekwipaġġ. L-Artikolu 4 Aċċettazzjoni tal-formoli L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li l-formalitajiet tar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 2 huma mwettqa meta t-tagħrif mogħti jkun bi qbil ma: (a) l-ispeċifikazzjonijiet rispettivi mniżżla fl-Anness I, Parti B u Ċ, u (b) il-mudelli tal-formoli li jikkorrispondu mfassla fl-Anness II bil-kategoriji tagħhom ta' l-informazzjoni. L-Artikolu 5 Proċedura għall-emenda Kull emenda ta' l-Annessi I u II ta' din id-Direttiva u referenzi ta' l-istrumenti ta' l-IMO biex jinġiebu f'konformità mal-miżuri tal-Komunità jew ta' l-IMO li daħlu fis-seħħ għandhom ikunu addottati bi qbil mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2), safejn u sakemm dawn l-emendi ma jwessgħux l-għan ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 6 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [5]. 2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 li jinsab fiha. Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. L-Artikolu 7 Implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mid-9 ta' Settembru 2003. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. L-Artikolu 8 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 9 Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2002. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President J. Piqué i Camps [1] ĠU Ċ 180 E, 25.1.2000, p. 85. [2] ĠU Ċ 221, 9.4.1999, p. 149. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2001 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2002. [4] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [5] ĠU L 247, 5.10.1993, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/74/KE (ĠU L 276, tat-13.10.1998, p. 7). -------------------------------------------------- ANNESS I PARTI A Lista ta' formalitajiet tar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 2 rigward bastimenti li jkunu waslu u/jew ikunu qed jitilqu mill-portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità 1. Formula FAL 1 ta' l-IMO, dikjarazzjoni ġenerali Id-dikjarazzjoni ġenerali għandha tkun id-dokument bażiku mal-wasla u mat-tluq li jipprovdi tagħrif meħtieġ mill-awtoritajiet ta' Stat Membru dwar il-bastiment. 2. Formula FAL 3 ta' l-IMO, dikjarazzjoni tal-ħażniet tal-bastiment Id-dikjarazzjoni tal-ħażniet tal-bastiment għandha tkun id-dokument bażiku mal-wasla u mat-tluq li jipprovdi tagħrif meħtieġ mill-awtoritajiet ta' Stat Membru dwar il-ħażniet tal-bastiment. 3. Formula FAL 4 ta' l-IMO, dikjarazzjoni tal-ħwejjeġ ta' l-ekwipaġġ Id-dikjarazzjoni tal-ħwejjeġ ta' l-ekwipaġġ għandha tkun id-dokument bażiku li jipprovdi tagħrif meħtieġ mill-awtoritajiet ta' Stat Membru dwar il-ħwejjeġ ta' l-ekwipaġġ. Ma għandhiex tkun meħtieġa mat-tluq. 4. Formula FAL 5 ta' l-IMO, lista ta' l-ekwipaġġ Il-lista ta' l-ekwipaġġ għandha tkun id-dokument bażiku li jipprovdi lill-awtoritajiet ta' Stat Membru bit-tagħrif dwar in-numru u l-komposizzjoni ta' l-ekwipaġġ mal-wasla u mat-tluq tal-bastiment. Fejn l-awtoritajiet jeħtieġu tagħrif dwar l-ekwipaġġ ta' bastiment mat-tluq tiegħu, kopja tal-lista ta' l-ekwipaġġ, li ġiet ippreżentata mal-wasla, għandha tkun aċċettata mat-tluq jekk hija ffirmata darb' oħra u endorsjata biex tindika kull bidla fin-numru jew komposizzjoni ta' l-ekwipaġġ jew biex tindika li ma saret l-ebda bidla. 5. Formula FAL 6 ta' l-IMO, lista tal-passiġġieri Għal bastimenti ċertifikati biex iġorru 12-il passiġieri jew inqas, il-lista ta' passiġġieri għandha tkun id-dokument bażiku li jipprovdi lill-awtoritajiet ta' Stat Membru bit-tagħrif dwar il-passiġġieri mal-wasla u mat-tluq ta' bastiment. PARTI B Firmatarji 1. Formula FAL 1 ta' l-IMO, dikjarazzjoni ġenerali L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru għandhom jaċċettaw dikjarazzjoni ġenerali jew li hija ffirmata u mogħtija data mill-kaptan, mill-aġent tal-bastiment jew minn persuna awtorizzata kif mistħoqq mill-kaptan, jew awtentikata b'mod aċċettabbli għall-awtorità interessata. 2. Formula FAL 3 ta' l-IMO, dikjarazzjoni tal-ħażniet tal-bastiment L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru għandhom jaċċettaw dikjarazzjoni tal-ħażniet tal-bastiment jew li hija ffirmata u mogħtija data mill-kaptan jew minn uffiċjal ieħor awtorizzat kif mistħoqq mill-kaptan u li għandu tagħrif personali tal-fatti dwar il-ħażniet tal-bastiment, jew awtentikata b'mod aċċettabbli għall-awtorità interessata. 3. Formula FAL 4 ta' l-IMO, dikjarazzjoni tal-ħwejjeġ ta' l-ekwipaġġ L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru għandhom jaċċettaw dikjarazzjoni tal-ħwejjeġ ta' l-ekwipaġġ jew li hija ffirmata u mogħtija data mill-kaptan jew minn uffiċjal ieħor tal-bastiment awtorizzat kif mistħoqq mill-kaptan, jew awtentikata b'mod aċċettabbli għall-awtorità interessata. L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru jistgħu jeħtieġu wkoll li kull membru ta' l-ekwipaġġ jpoġġi l-firma tiegħu, jew jekk ma jistax jiffirma, il-marka tiegħu, mad-dikjarazzjoni dwar il-ħwejjeġ tiegħu. 4. Formula FAL 5 ta' l-IMO, lista ta' l-ekwipaġġ L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru għandhom jaċċettaw lista ta' l-ekwipaġġ jew li hija ffirmata u mogħtija data mill-kaptan jew minn uffiċjal ieħor tal-bastiment awtorizzat kif mistħoqq mill-kaptan, jew awtentikata b'mod aċċettabbli għall-awtorità interessata. 5. Formula FAL 6 ta' l-IMO, lista tal-passiġġieri Għal bastimenti ċertifikati biex iġorru 12-il passiġieri jew inqas, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru għandhom jaċċettaw lista tal-passiġġieri jew li hija ffirmata u mogħtija data mill-kaptan, mill-aġent tal-bastiment jew minn persuna awtorizzata kif mistħoqq mill-kaptan, jew awtentikata b'mod aċċettabbli għall-awtorità interessata. PARTI Ċ Speċifikazzjonijiet tekniċi 1. Il-format tal-formoli FAL ta' l-IMO għandhom isegwu kemm jista' jkun teknikament possibbli l-istess proporzjonijiet tal-mudelli murija fl-Anness II. Għandhom ikunu stampati fuq folji tal-karta separati A4 (210mm × 297mm) b'orjentazzjoni wieqfa. Mill-inqas terz mill-parti tal-wiċċ tal-formoli għandu jkun irriservat għall-użu uffiċjali mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. Għall-għanijiet ta' l-għarfien tal-formoli FAL ta' l-IMO, il-format u t-tqegħid tal-formoli standardizzati għat-tħaffif rakkomandati u riprodotti mill-IMO msejsa fuq il-Konvenzjoni FAL ta' l-IMO kif hija fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1997 għandhom jiġu meqjusa bħala ewkivalenti għal format riprodotti fl-Anness II. 2. L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru għandhom jaċċettaw it-tagħrif mogħtija b'kull mezz leġibbli u li jinftiehmu, inklużi formoli mimlija bil-linka jew bil-lapes li ma jitħassarx jew prodotti bit-tekniki ta' l-ipproċessar awtomatiku ta' l-informazzjoni. 3. Mingħajr preġudizzju għall-metodi ta' trasmissjoni tat-tagħrif b'mezzi elettroniċi, meta Stat Membru jaċċetta l-għotji tat-tagħrif tar-rappurtar fil-forma elettronika, għandu jaċċetta t-trasmissjoni ta' dan it-tagħrif meta huwa magħmul bit-tekniki ta' l-ipproċessar jew ta' skambju tat-tagħrif elettroniku li jħarsu l-istandard internazzjonali, sakemm huwa f'forma leġibbli u li jinftiehem u li fih jinsab it-tagħrif meħtieġ. L-Istati Membri iktar 'il quddiem jistgħu jipproċessaw it-tagħrif miksub f'kull format li jidhirlhom xieraq. -------------------------------------------------- ANNESS II Mudelli tal-formoli FAL ta' l-IMO msemmija fl-Artikolu 4 u fl-Anness I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------