This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002L0004
Commission Directive 2002/4/EC of 30 January 2002 on the registration of establishments keeping laying hens, covered by Council Directive 1999/74/EC
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta' Jannar 2002 fuq ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta' Jannar 2002 fuq ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE
ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32002L0004R(01) | (PL) | |||
Modified by | 12003TN02/06/B1 | Emenda | anness | 01/05/2004 | |
Modified by | 32006L0083 | Emenda | anness | 01/01/2007 |
Official Journal L 030 , 31/01/2002 P. 0044 - 0046
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta' Jannar 2002 fuq ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li waqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ li jbidu [1], u b'mod partikolari Artikolu 7 tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 1999/74/KE tistabbilixxi standards speċifiċi għall-protezzjoni tat-tiġieġ li jbidu f'sistemi differenti ta' trobbija u tawtorizza lill-Istati Membri biex jagħżlu l-aħjar sistema jew sistemi. (2) Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/74/KE jesiġi li kull impriża stabbilita li taqa' taħt din id-Direttiva għandha tkun reġistrata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru u mogħtija numru distintiv, li jippermetti li jiġu traċċati l-bajd imdaħħla fis-suq għall-konsum uman. (3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1907/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 fuq ċerti standards għall-marketing tal-bajd [2], kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 5/2001 [3], jagħmilha obbligatorja li jsir l-ittimbrar tal-bajd b'kodiċi li jindika n-numru distintiv tal-produttur u li jippermetti l-identifikazzjoni tal-metodu tat-trobbija. (4) Il-metodi tat-trobbija huma definiti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 1274/91 tal-15 ta' Mejju 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1907/90 fuq ċerti standards għall-marketing tal-bajd [4], kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1651/2001 [5], u wkoll bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 fuq il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha fuq il-prodotti agrikoli u l-affarijiet ta' l-ikel [6], kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2491/2001 [7], safejn il-produzzjoni organika hija konċernata. (5) Ir-reġistrazzjoni ta' l-impriżi stabbiliti taħt numri distintivi hija kundizzjoni biex ikunu traċċati l-bajd imdaħħal fis-suq għall-konsum uman. (6) Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. L-Istati Membri: (a) għandhom jistabbilixxu sistema għar-reġistrazzjoni ta' kull sit ta' produzzjoni (minn issa ' l quddiem impriża) koperta mill-iskop tad-Direttiva 1999/74/KE u jallokawlha numru distintiv in konformità ma' l-Anness għal din id-Direttiva; (b) għandhom jassiguraw li għal kull impriża stabbilita ta' dan it-tip għall-inqas l-informazzjoni preżentata f'punt 1 ta' l-Anness tingħata lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, sad-data magħżula mill-Istat Membru; din id-data għandha tkun b'tali mod li tagħti biżżejjed żmien għar-reġistrazzjoni ta' dawk l-impriżi stabbiliti skond punt (ċ); (c) għandhom jassiguraw li kull impriża li għaliha l-informazzjoni meħtieġa hija mogħtija sad-data magħżula skond punt (b) hija reġistrata u allokata numru distintiv sal-31 ta' Mejju 2003. 2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw li, mill-1 ta' Ġunju 2003 (a) l-ebda impriża stabbilita li għaliha l-informazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1 (b) ma ngħatatx sad-data magħżula f'punt (b) ma tkun tista' tkompli tiġi użata; (b) l-ebda impriża ġdida ma tkun tista' tintuża qabel ma titlesta r-reġistrazzjoni u ma tirċievi n-numru distintiv. 3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li r-reġistru tan-negozji stabbiliti stabbilit skond paragrafu 1 huwa aċċessibbli għall-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru biex jiġu traċċjati il-bajd imdaħħal fis-suq għall-konsum uman. 4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li bidliet li jikkonċernaw l-informazzjoni reġistrata jkunu mgħarrfa lill-awtorità kompetenti bla dewmien u li r-reġistru jkun aġġornat mill-ewwel malli tasal din l-informazzjoni. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispisizzjonijiet amministrattivi biex ikun hemm qbil ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Marzu 2003. Dawn għandhom jikkomunikaw mill-ewwel it-test ta' dawk il-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċidu kif għandha ssir din ir-referenza. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Jannar 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 53. [2] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5. [3] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 1. [4] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p. 11. [5] ĠU L 220, tal-15.8.2001, p. 5. [6] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. [7] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 9. -------------------------------------------------- ANNESS Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/74/KE għandhom japplikaw fejn ikun hemm bżonn. 1. INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAR-REĠISTRAZZJONI Għal kull impriża għall-inqas l-informazzjoni li ġejja għandhom tkun reġistrata: - Impriża: - l-isem ta' l-impriża, - l-indirizz, - persuna responsabbli mit-tiġieġ li jbidu (minn issa ' l qudiem: "il-gwardjan"): - l-isem, - l-indirizz, - in-numru(i) ta' reġistrazzjoni ta' impriża(i) oħra li jaqgħu taħt id-Direttiva 1999/74/KE mmexxija mill-gwardjan jew proprjetà tiegħu, - sid ta' l-impriża, jekk ma jkunx il-gwardjan: - l-isem, - l-indirizz, - in-numru(i) ta' reġistrazzjoni ta' impriża(i) oħra li jaqgħu taħt id-Direttiva 1999/74/KE mmexxija mis-sid jew proprjetà tiegħu, - informazzjoni oħra dwar l-impriża: - il-metodu(i) tat-trobbija skond id-definizzjonijiet imsemmija f'punt 2.1, - il-kobor massimu ta' l-impriża stabbilit f'numru ta' tjur preżenti fl-istess ħin; jekk metodi differenti tat-trobbija huma użati, indika n-numru massimu ta' tjur preżenti fl-istess ħin għal kull metodu tat-trobbija. 2. NUMRU DISTINTIV In-numru distintiv għandu jkun magħmul minn numru li jindika x'inhu l-metodu tat-trobbija ddeterminat skond punt 2.1 segwit mill-kodiċi ta' l-Istat Membru skond punt 2.2 u minn numru ta' identifikazzjoni ddefinit mill-Istat Membru li fih tinsab l-impriża. 2.1. Kodiċi għall-metodu tat-trobbija Il-metodi tat-trobbija kif iddefiniti fir-Regolament (KEE) Nru. 1274/91 kif ġie emendat użati fl-impriża għandhom ikunu indikati bil-kodiċi li ġej: 1 | fil-beraħ | 2 | f'razzett | 3 | fil-gaġeġ | Il-metodu tat-trobbija użat f' impriżi li jipproduċu skond il-kundizzjonijiet speċifikati fir-Regolament (KEE) Nru. 2092/91 għandu jkun indikat kif ġej: 0 | Produzzjoni organika | 2.2. Kodiċi għall-Istat Membru tar-reġistrazzjoni AT | l-Awstrija | BE | il-Belġju | DE | il-Ġermanja | DK | id-Danimarka | ES | Spanja | FI | il-Fillandja | FR | Franza | GR | il-Greċja | IE | l-Irlanda | IT | l-Italja | LU | il-Lussumburgu | NL | l-Olanda | PT | il-Portugall | SE | l-Isvezja | UK | ir-Renju Unit | 2.3. Identifikazzjoni ta' l-impriża Kull Stat Membru għandu jimplimenta sistema biex jattribwixxi numru uniku lil kull impriża li għandha tiġi rreġistrata, li jista' jintuża ukoll għal finijiet oħra minbarra għal dawk ta' din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li l-identifikazzjoni ta' l-impriża tkun żgurata. L-Istati Membri jistgħu jżidu ittri, numri jew simboli oħra man-numru ta' identifikazzjoni, biex tkun tista' tiġi identifikata kull qatgħa miżmuma f'bini differenti ta' l-istess impriża. --------------------------------------------------