This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002E0402
Council Common Position of 27 May 2002 concerning restrictive measures against Usama bin Laden, members of the Al-Qaida organisation and the Taliban and other individuals, groups, undertakings and entities associated with them and repealing Common Positions 96/746/CFSP, 1999/727/CFSP, 2001/154/CFSP and 2001/771/CFSP
Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas-27 ta' Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra Usama bin Laden, membri ta' l-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Talibani u individwi oħrajn, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u jħassar il-Posizzjonijiet Komuni 96/746/PESK, 1999/727/PESK, 2001/154/PESK u 2001/771/PESK
Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas-27 ta' Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra Usama bin Laden, membri ta' l-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Talibani u individwi oħrajn, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u jħassar il-Posizzjonijiet Komuni 96/746/PESK, 1999/727/PESK, 2001/154/PESK u 2001/771/PESK
ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/09/2016; Imħassar b' 32016D1693
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31996E0746 | 27/05/2002 | |||
Repeal | 31999E0727 | 27/05/2002 | |||
Repeal | 32001E0154 | 27/05/2002 | |||
Repeal | 32001E0771 | 27/05/2002 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32011D0487 | Sostituzzjoni | titolu | 01/08/2011 | |
Modified by | 32011D0487 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/08/2011 | |
Modified by | 32016D0368 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 16/03/2016 | |
Modified by | 32016D0368 | Żieda | premessa 9 | 16/03/2016 | |
Modified by | 32016D0368 | Sostituzzjoni | Test | 16/03/2016 | |
Modified by | 32016D0368 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 16/03/2016 | |
Modified by | 32016D0368 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 16/03/2016 | |
Modified by | 32016D0368 | Emenda | premessa 10 | 16/03/2016 | |
Repealed by | 32016D1693 | 22/09/2016 |
Official Journal L 139 , 29/05/2002 P. 0004 - 0005
Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas-27 ta' Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra Usama bin Laden, membri ta' l-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Talibani u individwi oħrajn, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u jħassar il-Posizzjonijiet Komuni 96/746/PESK, 1999/727/PESK, 2001/154/PESK u 2001/771/PESK (2002/402/PESK) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) Fid-19 ta'Ottubru 2001, il-Kunsill Ewropew iddikjara li hu ddeterminat li jiġġieled it-terroriżmu taħt kull forma madwar id-dinja u li se jkompli l-ħidmiet tiegħu biex isaħħaħ il-koalizzjoni tal-komunità internazzjonali biex tiġġieled it-terroriżmu f'kull għamla. (2) Fis-16 ta' Jannar 2002 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Resoluzzjoni 1390(2002) minn hawn 'il quddiem imsejħa "UNSCR 1390(2002)," li tpoġġi miżuri li għandhom ikunu imposti fuq Usama bin Laden, membri ta' l-organizzazzjoni ta' l-Al-Qaida u t-Talibani u individwi oħrajn, gruppi impriżi u entitajiet assoċjati magħhom. (3) UNSCR 1390(2002) tirranġa l-iskop tas-sanzjonijiet dwar l-iffriżar ta' fondi, il-projbizzjoni ta' viżi, u l-embargo fuq il-fornitura, bejgħ jew trasferiment ta' armi kif ukoll parir tekniċi, għajnuna jew taħriġ li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet militari imposti mill-UNSCR (1257(1999) u 1333(2000). (4) skond il-Paragrafu 3 tal-UNSCR 1390(2002), il-miżuri msemmija jkunu riveduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan- NU 12-il xahar wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni u fl-aħħar ta' dan iż-żmien il-Kunsill tas-Sigurtà jew ikompli l-miżuri jew jiddeċiedi li jirranġahom. (5) il-UNSCR 1390(2002) jimponi projbizzjoni ta' ivvjaġar fuq Usama bin Laden, membri ta'l-organizzazzjoni ta' l-Al-Qaida u t-Taliban u individwi oħrajn li għandhom x'jaqsmu magħhom. (6) Is-sanzjonijiet dwar il-projbizzjoni tat-titjir u l-embargo impost fuq bejgħ ta' anidride aċetiku minn UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) m'għadhomx jgħoddu skond il-paragrafu 23 ta' l-UNSCR 1333(2002) u l-paragrafu 1 ta' l-UNSCR. Barra minn hekk, il-miżuri restrittivi kontra l-Ariana Afghan Airlines kienu mitmumin bil-UNSCR 1388(2002) tal-15 ta' Jannar 2002. (7) Għalhekk l-Unjoni Ewropea adottat miżuri restrittivi skond il-UNSCR u l-1333(2000) għandu jkun irranġat skond il-UNSCR 1390(2002). (8) Għal raġuni ta' ċarezza u ta' trasparenza dawk il-miżuri restrittivi mill-Unjoni Ewropea msemmija fil-Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill għandhom jinġabru fi strument legali wieħed u għalhekk il-Pożizzjonijet Komuni 96/746/PESK [1], 1999/727/PESK [2], 2001/154/PESK [3] u 2001/771/PESK [4] ikunu mħassra. (9) Jiħtieġ li l-Komunità tieħu passi biex iddaħħal ċerti miżuri, ADOTTAT DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 Din il-Pożizzjoni Komuni tgħodd għal Usama bin Laden, membri ta' l-organizzazzjoni ta' l-Al-Qaida u t-Taliban u individwi oħrajn, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, kif imsemmi fil-lista konformi ma' UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) għandhom ikunu aġġornati mill-Kumitat stabbilit skond il-UNSCR (1267)1999. Artikolu 2 1. Il-fornitura diretta jew indiretta, bejgħ u trasferiment, dirett jew indirett, ta' armamenti u affarijiet relatati ta' kull tip, li jinkludi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' bdil għall-imsemmi, mit-territorji ta' l-Istati Membri, jew jużaw il-bastimenti jew l-ajruplani ewlenin, jew minn ċittadini ta' l-Istati Membri barra t-territorji tagħhom, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-UNSCR 1390(2002), ikun ipprojbit. 2. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Istati Membri li jħaddmu l-awtorità pubblika, il-Komunità Ewropea, taġixxi fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha bit-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, ma tħallix/se timpedixxi l-fornitura diretta jew indiretta, bejgħ u trasferiment lill-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu I ta' pariri tekniċi, għajnuna, jew tagħmir li għandu x'jaqsam ma' attivita militari minn territorji ta' l-Istati Membri, jew jużaw il-bastimenti jew l-ajruplani ewlenin, jew minn ċittadini ta' l-Istati Membri minn barra t-territorji tagħhom, taħt il-kondizzjonijiet stabbilti fil-UNSCR 1390(2002). Artikolu 3 il-Komunità Ewropea, taġixxi fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea: - tordna l-iffriżar tal-fondi u l-assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi ta' l-individwi, gruppi impriżi u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1, - se tiżgura li l-fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi ma jkunux disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta' l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1. Artikolu 4 L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux dħul fit-territorji jew passaġġ mit-territorji tagħhom ta' l-individwi msemmijin fl-Artikolu 1, skond il-kondizzjonijiet f'Paragrafu 2(b) ta' l-UNSCR 1390(2002). Artikolu 5 Pożizzjonijiet Komuni 96/746/PESK, 1999/727/PESK, 2001/154/PESK u 2001/771/PESK huma hawnhekk imħassrin. Artikolu 6 Din il-Pożizzjoni Komuni tidħol fis-seħħ fid-data li tkun adottata. Din il-Pożizzjoni Komuni se tibqa' tkun riveduta kontinwament. Artikolu 7 Din il-Pożizzjoni Komuni se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Offiċjali. Magħmula fi Brussell, fis-27 ta' Mejju 2002. Għall-Kunsill Il-President M. Arias Cañete [1] ĠU L 342, tal-31.12.1996, p. 1. [2] ĠU L 294, tas-16.11.1999, p. 1. [3] ĠU L 57, tas-27.2.2001, p. 1. [4] ĠU L 289, tas-6.11.2001, p. 36. --------------------------------------------------