EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1347

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

ĠU L 182, 5.7.2001, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1347/oj

32001R1347



Official Journal L 182 , 05/07/2001 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001

tat-28 ta’ Ġunju 2001

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 17 (2) tiegħu,

Billi:

(1) Ġie mitlub tagħrif addizzjonali dwar isem innotifikat mill-Ġermanja skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 sabiex jiġi żgurat illi jħares l-Artikoli 2 u 4 ta' dan ir-Regolament. Dan it-tagħrif addizzjonali juri illi l-isem iħares l-Artikoli msemmija. Għandu għalhekk jiġi rreġistrat u miżjud fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 [2].

(2) Wara n-notifka ta' l-applikazzjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex jirreġistraw l-isem "Bayerisches Bier" bħala indikazzjoni ġeografika protetta, l-awtoritajiet Olandiżi u Daniżi għarrfu lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta' marki tal-fabbrika użati għall-birra u li jinkludu dan l-isem.

(3) It-tagħrif ipprovdut jikkonferma l-eżistenza ta' l-isem "Bavaria" bħala isem tal-fabbrika validu. Minħabba l-fatti u t-tagħrif disponibbli, madankollu ġie meqjus illi r-reġistrazzjoni ta' l-isem "Bayerisches Bier" x'aktarx li ma kienx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott. B'konsegwenza ta' dan, l-indikazzjoni ġeografika "Bayerisches Bier" u l-marka tal-fabbrika "Bavaria" m'humiex fis-sitwazzjoni riferita fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

(4) L-użu ta' ċerti marki tal-fabbrika per eżempju, il-marka tal-fabbrika Olandiża "Bavaria" u l-marka tal-fabbrika Daniża "Høker Bajer", jistgħu jissoktaw minkejja r-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjoni ġeografika "Bayerisches Bier" sakemm iwettqu l-kondizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

(5) Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, in-natura ġenerika ta' isem li tfixkel ir-reġistrazzjoni tiegħu għandha tiġi stmata rigward is-sitwazzjoni fil-Komunità kollha. F'dan il-każ partikolari, minkejja provi fis-sens illi t-termini "bajersk" u "bajer", traduzzjonijiet Daniżi ta' l-isem "Bayerisches", qegħdin isiru sinonimi mat-terminu "birra" u għalhekk isem komuni, in-natura ġenerika ta' l-isem "Bayerisches" jew it-traduzzjonijiet tiegħu f'ilsna u fi Stati Membri oħra ma ġietx murija.

(6) Il-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma bagħatx opinjoni fit-terminu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandu jiġi miżjud fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 Ġunju 2001.

Għall-Kunsill

B. Rosengren

Il-President

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 (ĠU L 324, tal-21.12.2000, p. 26).

[2] ĠU L 148, tal-21.6.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 913/2001 (ĠU L 129, tal-11.5.2001, p. 8).

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-Birra

IL-ĠERMANJA

Bayerisches Bier (IĠP)

--------------------------------------------------

Top