This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1148
Commission Regulation (EC) No 1148/2001 of 12 June 2001 on checks on conformity to the marketing standards applicable to fresh fruit and vegetables
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta' Ġunju 2001 dwar verifiki fuq il-konformità ta' marketing standards applikabbli għal frott frisk u ħaxix ta' l-ikel
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta' Ġunju 2001 dwar verifiki fuq il-konformità ta' marketing standards applikabbli għal frott frisk u ħaxix ta' l-ikel
ĠU L 156, 13.6.2001, p. 9–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32007R1580
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31992R2251 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32001R1148R(01) | (LT) | |||
Modified by | 32001R2379 | Sostituzzjoni | anness 3 | 13/12/2001 | |
Modified by | 32001R2379 | Emenda | artikolu 7.2 | 13/12/2001 | |
Modified by | 32001R2379 | Żieda | artikolu 7.8 | 13/12/2001 | |
Modified by | 32001R2379 | Tlestija | artikolu 7.3 | 13/12/2001 | |
Modified by | 32001R2379 | Żieda | artikolu 7.5 BI | 13/12/2001 | |
Modified by | 32001R2379 | Sostituzzjoni | artikolu 7.4 | 13/12/2001 | |
Derogated in | 32001R2540 | Deroga | artikolu 6.4 | 31/12/2002 | |
Derogated in | 32001R2590 | Deroga | artikolu 7.1 | 18/01/2002 | |
Derogated in | 32002R0168 | 31/12/2002 | |||
Modified by | 32003R0408 | Sostituzzjoni | anness 4 | 09/03/2003 | |
Modified by | 32003R0408 | Tlestija | artikolu 5.2 | 09/03/2003 | |
Modified by | 32003R0408 | Tlestija | artikolu 7.5 | 09/03/2003 | |
Modified by | 32003R0408 | Żieda | artikolu 5.1 BI | 09/03/2003 | |
Modified by | 32003R0408 | Emenda | artikolu 5.1 | 09/03/2003 | |
Modified by | 32003R0408 | Żieda | artikolu 6.4 BI | 09/03/2003 | |
Modified by | 32003R0408 | Sostituzzjoni | artikolu 6.4 | 09/03/2003 | |
Modified by | 32003R0408 | Tlestija | artikolu 9.3 | 09/03/2003 | |
Modified by | 32003R0408 | DATE artikolu 11.2 | |||
Repealed by | 32007R1580 |
Official Journal L 156 , 13/06/2001 P. 0009 - 0022
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta' Ġunju 2001 dwar verifiki fuq il-konformità ta' marketing standards applikabbli għal frott frisk u ħaxix ta' l-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 911/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2251/92 tad-29 ta' Lulju 1992 dwar l-ispezzjoni għall-kwalità tal-frott u l-ħaxix ta' l-ikel frisk [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 766/97 [4], għandu jkun emendat f'numru ta' postijiet biex jitqies l-iżvilupp ta' u l-professjonalità mtejba fil-kummerċ ta' frott frisk u l-ħaxix ta' l-ikel u ta' bdil fl-organizzazzjoni komuni fis-swieq f'dan is-settur, u biex ikun kjarifikat numru ta' ambigwitajiet f'dak ir-Regolament. Fl-interess ta' simplifikazzjoni u ċarezza mtejba, ir-regoli għandhom ikunu kompletament riformulati u għandu jitħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2251/92. (2) L-Istati Membri għandhom jindikaw il-korpi ta' spezzjoni li huma responsabbli għat-twettiq tal-verifiki fuq konformità f'kull stadju tal-marketing. Minħabba ċ-ċirkostanzi diversi ħafna fl-Istati Membri, korp wieħed jew iżjed f'kull Stat Membru għandu jkun reponsabbli għall-kuntratti u l-koordinazzjoni bejn il-korpi maħtura kollha. (3) Għandhom isiru verifiki ta' konformità bil-kampjuni u għandhom jikkonċentraw fuq negozjanti li aktarx ikollhom oġġetti li ma jikkonformawx ma' l-istandards. Skond il-karatterisitiċi tas-suq nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu regoli li jipprijorittizzaw il-verifiki fuq kategoriji partikolari ta' negozjanti. Biex tkun żgurata t-trasparenza, dawn ir-regoli għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni. Billi l-għarfien tan-negozjanti u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom huwa għodda indispensabbli fl-analiżi ta' l-Istati Membri, jeħtieġ li titwaqqaf database fuq negozjanti fil-frott frisk u ħaxix f'kull Stat Membru, u jkun segwit ir-reġistru magħmul skond ir-Regolament (KEE) Nru 2251/92. (4) L-esportazzjoni ta' frott u ħaxix lil terzi pajjiżi trid tħares l-istandards. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huwa l-każ u jiċċertifikaw il-konformità, skond il-Protokoll ta' Ġinevra fuq l-istandardizzazzjoni ta' frott frisk u ħaxix u frott niexef u mnixxef konkluż fi ħdan il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u l-iskema ta' l-OECD għall-applikazzjoni ta' standards internazzjonali fuq frott u ħaxix. Importazzjonijiet ta' frott frisk u ħaxix minn pajjiżi terzi jridu jħarsu marketing standards jew standards li huma ta' lanqas ekwivalenti għalihom. Verifiki fuq il-konformità għandhom għalhekk jitwettqu qabel dawn l-oġġetti jidħlu fit-territorju doganali Komunitarju, ħlief fil-każ ta' lottijiet żgħar li l-awtoritajiet ta' l-ispezzjoni jikkunsidraw bħala riskju żgħir. F'ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu garanziji sodisfaċenti ta' konformità, jistgħu jsiru verifiki mill-korpi ta' spezzjoni ta' dawn il-pajjiżi terzi. Meta tkun applikata din l-għażla, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw regolarment il-validità tal-verifiki magħmulin mill-korpi ta' spezzjoni tal-pajjiż terz u jinfurmaw il-Kummissjoni bir-riżultati ta' dawn il-verifiki. (5) Prodotti maħsub għall-ipproċessar mhumiex meħtieġa li jikkonformaw ma' dawn l-istandards, għalhekk għandu jkun żgurat li ma jinbiegħux fis-suq bħala prodotti friski. Dawn il-prodotti għandhom ikunu tikkettjati kif xieraq u, f'ċerti każijiet, akkumpanjati b'ċertifikat ta' proċessar li jgħid l-użu aħħari u jippermetti li jsiru verifiki. (6) Frott u ħaxix verifikati għal konformità għall-marketing standards għandhom ikunu suġġetti għall-istess tip ta' verifika fl-istadji kollha tal-marketing. Il-linji ta' gwida ta' spezzjoni rakkomandati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, huma nfushom skond ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti ta' l-OECD, għandhom ikunu adottati għal dan l-iskop. Arranġamenti speċifiċi għandhom iżda jkunu provduti għall-verifiki fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut. (7) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott Frisk u l-Ħaxix ta' l-Ikel, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki fl-istadji kollha ta' marketing fuq il-konformità għall-marketing standards provduti fl-Artikoli 7, 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 skond dan ir-Regolament. Artikolu 2 Korpi kompetenti 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħdanija kompetenti responsabbli għal koordinazzjoni u kuntatti fl-arji koperti f'dan ir-Regolament, minn hawn 'il quddiem msejħa "l-awtorità koordinatriċi". 2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni: - l-isem u l-indirizz postali u ta' l-e-mail ta' l-awtorità koordinatriċi li ħatru fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, - l-isem u l-indirizz postali u ta' l-e-mail tal-korpi ta' spezzjoni li appuntaw fl-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, minn hawn 'il quddiem msejħa "korpi ta' spezzjoni"' u - deskrizzjoni eżatta ta' l-isferi rispettivi ta' attività tal-korpi ta' spezzjoni li ħatru. 3. L-awtorità koordinatriċi tista' tkun ta' korp ta' spezzjoni jew wieħed mill-korpi ta' spezzjoni jew xi korp ieħor maħtur skond il-paragrafu 1. 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' awtoritajiet koordinatriċi maħtura mill-Istati Membri fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Database ta' negozjanti 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu database fuq negozjanti fil-frott u ħaxix, li għandhom jelenkaw, taħt il-kondizzjonijiet mfissra f'dan l-Artikolu, negozjanti involuti fil-marketing ta' frott frisk u ħaxix għal liema jkunu ġew provduti standards fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. B'"negozjant" huwa mfisser kull persuna naturali jew legali li jżomm frott frisk u ħaxix soġġetti għall-marketing standards biex juru jew joffru għall-bejgħ, il-bejgħ jew marketing tagħhom f'xi mod ieħor għalih innifsu jew f'isem terz fit-territorju Komunitarju u/jew l-esportazzjoni ta' pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet taħt liema n-negozjanti li ġejjin huma inklużi jew le fid-database: - negozjanti li l-attivitajiet tagħhom huma eżentati mill-obbligu li jikkonformaw ma' marketing standards bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, - persuni naturali jew legali li l-attivitajiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħaxix huma limitati jew għat-trasport ta' oġġetti, jew għall-bejgħ ta' kwantitajiet żgħar fl-istadju ta' l-imnut. 2. Fejn id-database hija komposta minn diversi elementi separati, l-awtorità koordinatriċi għandha tiżgura li d-database, l-elementi tagħha u l-aġġornament tagħhom huma uniformi. L-aġġornament isir partikolarment mill-korpi ta' spezzjoni li jużaw l-informazzjoni miġbura matul il-verifiki magħmula fl-istadji kollha tal-marketing. 3. Din id-database għandu jkollha, għal kull negozjant, in-numru ta' reġistrazzjoni, l-isem, l-indirizz, l-informazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni tagħha f'waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, partikolarment, il-pożizzjoni fil-katina tal-marketing, l-informazzjoni dwar l-importanza tad-ditta, l-informazzjoni dwar ir-riżultanzi magħmula matul verifiki ta' qabel ta' kull negozjant, kif ukoll kull informazzjoni oħra mitqiesa meħtieġa għall-verifiki. 4. In-negozjanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni li l-Istati Membri jqisu meħtieġa biex jistabbilixxu u jaġġornaw d-database. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet taħt liema n-negozjanti mhux stabbiliti fit-territorju tagħhom imma li jinnegozjaw fuqha għandhom ikunu elenkati fid-database tagħhom: Artikolu 4 Verifiki ta' konformità fis-suq intern 1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta' verifiki ta' kampjuni fuq il-konformità ta' marketing standards tal-prodotti miżmuma minn negozjanti f'kull stadju tal-marketing. Taħt din is-sistema l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-frekwenza, bażata fuq analiżi tar-riskju ta' negozju li jbiegħ oġġetti mhux f'konformità ma' marketing standards, ma' liema l-verifiki jistgħu jsiru mill-korpi ta' spezzjoni, li għandhom ikunu suffiċjenti biex jiżgura konformità mar-regoli Komunitarji, għal kull kategorija ta' negozjanti li jkunu fissru l-ewwel. Din l-analizi tar-riskju għandha tirrelata, partikolarment, mad-daqs tad-ditti, il-pożizzjoni fil-katina tal-marketing, riżultanzi magħmula matul il-verifiki ta' qabel u parametri oħra possibbli li għandhom ikunu definiti mill-Istati Membri. Negozjanti involuti fil-preparazzjoni u l-ippakkjar tal-frott u l-ħaxix, partikolarment fir-reġjun tal-produzzjoni, għandhom ikunu soġġetti għal rata ogħla ta' verifiki minn kategoriji oħra ta' negozjant. Jistgħu jsiru wkoll verifiki matul it-trasport. Fejn il-verifiki juru irregolaritajiet sinifikanti, il-korpi ta' spezzjoni għandhom jżidu l-frekwenza ta' verifiki fuq in-negozjanti konċernati. 2. In-negozjanti għandhom jipprovdu korpi ta' spezzjoni bl-informazzjoni kollha dawk il-korpi jiġġudikaw meħtieġa għall-organizzazzjoni u t-twettieq tal-verifiki. 3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw in-negozjanti fl-istadju li jibagħtu biex jiggarantixxu rata ta' konformità uniformi u għolja ta' frott u ħaxix bla ħsara għall-marketing standards li jibagħtu biex jintuża l-kampjun fl-Anness 3 fit-tikketta ta' kull pakkett. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għall-perjodu ta' tliet snin u għandha tiġġedded. Kif ukoll, negozjanti li jibbenefikaw minn din il-possibbiltà għandhom: - ikollhom personal li rċieva taħriġ approvat mill-Istat Membru, - ikollu tagħmir xieraq għall-preparazzjoni u ppakkjar tal-prodotti, - jikkommettu ruħhom biex jipproċedu għall-verifika ta' konformità ta' l-oġġetti li jibagħtu u jkollhom reġistru li jirrikordja l-operazzjonijiet kollha ta' verifiki mwettqa. Meta n-negozjanti ma jistgħux jiggarantixxu iżjed rata ta' konformità għolja u uniformi, jew meta waħda mill-kondizzjonijiet msemmija hawn fuq ma tkunx aktar imħarsa, l-Istat Membru għandu jirtira l-awtorizzazzjoni għan-negozjant biex ikun użat il-kampjun fl-Anness III fl-ittikkettjar ta' kull pakkett. 4. L-awtorità koordinattriċi għandha tikkomunika d-disposizzjonijiet tas-sistema ta' spezzjoni kif msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-komunikazzjoni għandha tinkludi l-kategoriji tan-negozjanti li kienu identifikati u l-frekwenza tal-verifiki speċifikata għal kull wieħed minnhom, kif ukoll, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet dettaljati ta' l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, il-kondizzjonijiet dettaljati ta' l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1), inkluż il-proporzjonijiet minimi tal-verifiki għad-diversi kummerċjanti konċernati. Għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni b'kull emenda sussegwenti lil dik is-sistema. Artikolu 5 Verifiki ta' konformità fil-punt ta' esportazzjoni 1. Il-korp ta' spezzjoni kompetenti fl-istadju ta' l-esportazzjoni għandu jiżgura li verifika ta' konformità li l-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lill-pajjiżi terzi jħallu biss it-territorju doganali tal-Komunità jekk jikkonformaw ma' marketing standards. L-esportaturi għandhom jipprovdu korpi ta' spezzjoni bl-informazzjoni kollha dawk il-korpi jiġġudikaw meħtieġa għall-organizzazzjoni u t-twettieq tal-verifiki. Għan-negozjanti li jħarsu l-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4(3), l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw, għal kull kategorija ta' negozjant konċernat u bbażat fuq analiżi tar-riskju, il-proporzjon minimu tal-konsenji u l-kwantitajiet soġġetti għall-verifiki ta' konformità mill-korp ta' spezzjoni kompetenti fl-istadju ta' esportazzjoni. Dan il-proporzjon għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-Komunità. Fejn il-verifiki juru irregolaritajiet sinifikanti, il-korpi ta' spezzjoni għandhom iżidu l-proporzjon ta' konsenji verifikati fuq in-negozjanti konċernati. 2. Il-korp ta' spezzjoni għandu joħroġ ċertifikat ta' konformità kif msemmi fl-Anness I għal kull lott maħsub għall-esportazzjoni u li jikkonsidraw li jħares marketing standards, wara t-tmiem ta' l-operazzjonijiet ta' verifiki msemmija fil-paragrafu 1. Fejn il-kunsinna ta' esportazzjoni tikkonsisti minn diversi lottijiet, il-konformità ta' dawn il-lottijiet jistgħu jkunu ċertifikati fuq ċertifikat waħdieni li b'mod ċar jelenka d-diversi lottijiet li jikkostitwixxu dik il-kunsinna. 3. Id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni tista' tkun aċċettata mill-awtorità doganali kompetenti biss jekk: - l-oġġetti huma akkumpanjati jew minn ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2 jew ċertifikat msemmi fl-Artikolu 8(2), jew jekk - l-awtorità ta' spezzjoni kompetenti tkun infurmat l-awtorità doganali, b'mezzi xierqa, li l-lottijiet rilevanti kienu soġġetti għall-ħarġa ta' wieħed minn dawk iż-żewġ ċertifikati. Artikolu 6 Verifiki ta' konformità fil-punt ta' importazzjoni 1. Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, prodotti minn pajjiżi terzi għandhom ikunu verifikati għall-konformità ma' marketing standards. L-importaturi għandhom jipprovdu korpi ta' spezzjoni bl-informazzjoni kollha li dawk il-korpi jiġġudikaw meħtieġa għall-organizzazzjoni u t-twettieq tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u Artikolu 7(5). 2. Bla ħsara għall-Artikolu 7, il-korp ta' spezzjoni uffiċjali fil-punt ta' importazzjoni għandu jagħmel verifika ta' konformità għal kull lott importat, fejn dawk il-prodotti jħarsu l-istandards meħtieġa, għandu joħroġ ċertifikat ta' konformità kif provdut fl-Anness I. Fejn l-kunsinna ta' importazzjoni tikkonsisti minn diversi lottijiet, il-konformità ta' dawn il-lottijiet jistgħu jkunu ċertifikati fuq ċertifikat waħdieni li b'mod ċar jelenka d-diversi lottijiet li jikkostitwixxu dik il-Kunsinna. 3. L-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk: - l-oġġetti huma akkumpanjati b'ċertifikat msemmi fil-paragrafu 2, iċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 7(3), jew iċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 8(2), jew jekk - l-awtorità ta' spezzjoni kompetenti tinforma l-awtorità doganali, b'mezzi xierqa, li l-lottijiet rilevanti kienu soġġetti għall-ħarġa ta' wieħed minn dawk iċ-ċertifikati. 4. Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, fejn il-korp ta' spezzjoni kompetenti fil-punt ta' importazzjoni jikkonsidra li hemm riskju baxx li ċerti lottijiet ta' piż anqas minn jew daqs 500 kilogramma li ma jħarsux marketing standards, jistgħu jagħżlu li ma jikkontrollawx dawk il-lottijiet. Għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet ta' dwana dikjarazzjoni stampata għal dan l-għan biex jinfurmaw dik l-awtorità b'mod ieħor li tista' twettaq il-proċeduri ta' rilaxx. Artikolu 7 Approvazzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' verifika mwettqa minn pajjiżi terzi qabel l-importazzjoni fil-Komunità. 1. Fuq talba ta' pajjiż terz, il-Kummissjoni tista' tapprova, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, operazzjonijiet ta' verifika ta' konformità mwettqa minn dan il-pajjiż terz qabel l-importazzjoni fil-Komunità. 2. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata lill-pajjiżi terzi li hekk jitolbu u li fit-territorju tagħhom marketing standards tal-Komunità, jew standards għall-inqas ekwivalenti, jintlaħqu għall-prodotti esportati lill-Komunità. L-approvazzjoni tispeċifika l-awtorità uffiċjali f'pajjiż terz taħt ir-responsabbiltà ta' liema jitwettqu l-operazzjonijiet ta' verifika msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità għandha tkun responsabbli għall-kuntatti mal-Komunità. L-approvazzjoni tispeċifika wkoll il-korpi ta' spezzjoni li jagħmlu l-verifiki xierqa, minn hawn 'il quddiem msejħa "korpi ta' spezzjoni tal-pajjiż terz". L-approvazzjoni għandha tapplika biss għall-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż terz konċernat u tista' tkun limitata għal ċerti prodotti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-pajjiżi terzi taħt il-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli preżenti fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 3. Il-korpi ta' spezzjoni tal-pajjiż terz għandhom ikunu korpi uffiċjali jew uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 2 li jipprovdu garanziji sodisfaċenti u li tiddisponi mill-persunal, tagħmir u faċilitajiet meħtieġa biex jitwettqu l-verifiki meħtieġa skond il-metodi msemmija fl-Artikolu 9(1) jew metodi ekwivalenti. Il-korpi ta' spezzjoni tal-pajjiż terz għandhom jagħmlu, għal kull lott verifikat qabel d-dħul tiegħu fit-territorju doganali tal-Komunità, jew iċ-ċertifikat ta' konformità provdut fl-Anness I, jew kull forma oħra miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż terz. Fejn il-Kunsinna ta' importazzjoni tikkonsisti minn diversi lottijiet, il-konformità ta' dawn il-lottijiet jistgħu jkunu ċertifikati fuq ċertifikat waħdieni li jelenka b'mod ċar id-diversi lottijiet li jikkostitwixxu dik il-Kunsinna. 4. Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-approvazzjoni jekk jinstab li, f'numru sinnifikanti ta' lottijiet u/jew kwantitajiet, l-oġġetti ma jikkorrispondux għall-informazzjoni fiċ-ċertifikati ta' konformità maħruġa mill-korpi ta' spezzjoni ta' pajjiż terz. 5. L-Istati Membri jistgħu jwettqu verifiki fil-punt ta' importazzjoni fuq prodotti importati taħt il-kondizzjonijiet provduti fl-Artikolu preżenti għat-tħaris ta' l-istandards billi jitwettqu verifiki ta' konformità għal kull pajjiż terz konċernat fuq proporzjon sinifikattiv tal-konsenji u kwantitajiet importati taħt dawn il-kondizzjonijiet. Dan il-proporzjon għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-Komunità mill-korpi ta' spezzjoni ta' pajjiż terz. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri provduti fl-Artikolu 9(3) huma applikati lil-lottijiet verifikati, fejn dawk il-lottijiet ma jħarsux marketing standards. Fejn il-verifiki juru irregolaritajiet sinifikanti, l-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u l-korpi ta' spezzjoni għandhom iżidu l-proporzjon ta' konsenji u l-kwantitajiet verifikati skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. 6. L-awtorità koordinatriċi għandha tikkomunika lill-Kummissjoni kull tliet xhur, sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tliet xhur wara dawk it-tliet xhur, għal kull pajjiż terz jew prodott konċernat, in-numru ta' lottijiet u l-kwantitajiet totali importati skond il-paragrafu 1, in-numru tal-lottijiet u l-kwantitajiet li kienu verifikati għall-konformità kif imsemmi fil-paragrafu 5 u, minn dawk il-lottijiet, dawk li l-korpi ta' spezzjoni sabu li ma jikkonformawx mad-data msemmija fiċ-ċertifikati ta' konformità maħruġa mill-korp ta' spezzjoni tat-tielet pajjiż, u jispeċifikaw il-kwantitajiet għal kull wieħed minn dawk il-lottijiet u t-tip ta' difetti li jwasslu għal dik ir-riżultanza. 7. L-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu l-awtorità koordinatriċi u/jew il-korpi ta' spezzjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu preżenti. Artikolu 8 Prodotti maħsuba għall-ipproċessar 1. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, prodotti maħsuba għall-ipproċessar huma frott frisk u ħaxix soġġetti għall-marketing standards trasportati bil-baħar lill-impjanti ta' l-ipproċessar fejn huma proċessati f'prodotti klassifikati f'posizzjoni NM differenti minn dik tal-prodott frisk inizjali. 2. Il-korpi ta' spezzjoni kompetenti għandhom joħorġu ċertifikati ta' proċessar kif provdut fl-Anness II għal prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u prodotti importati fil-Komunità fejn dawk il-prodotti huma maħsuba għall-ipproċessar u huma, għalhekk, skond l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, mhux suġġetti għal konformità ma' marketing standards. Għandhom jiżguraw li d-disposizzjonijiet speċjali ta' l-ittikkettjar provduti fil-paragrafu 3 jitħarsu. 3. Fil-każ ta' importazzjonijiet, wara li jkun ħareġ xi ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2, il-korp ta' spezzjoni kompetenti għandu jibgħat minnufih lill-awtorità koordinatriċi ta' l-Istat Membru fejn ikun ser isir l-ipproċessar kopja taċ-ċertifikat u kull informazzjoni meħtieġa għall-verifika possibbli ta' l-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar. Wara l-ipproċessar, l-impriża ta' l-ipproċessar għandha tibgħat lura ċ-ċertifikat lill-korp ta' spezzjoni kompetenti, li għandu jiżgura li l-prodotti jkunu fil-fatt ġew proċessati. 4. L-ippakkjar tal-prodotti maħsuba għall-ipproċessar għandu jkun immarkat b'mod ċar mill-pakkett bil-kliem "maħsub għall-ipproċessar" jew kliem ieħor ekwivalenti. Fil-każ ta' oġġetti trasportati bil-baħar in bulk, mgħobbija direttament fuq mezz ta' trasport, din l-indikazzjoni għandha tingħata f'dokument li jakkumpanja l-oġġetti murija fuq avviż impoġġi f'posizzjoni ovvja ġewwa l-mezzi ta' trasport. 5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha li jiġġudikaw meħtieġa, partikolarment dawk relatati għall-kooperazzjoni ma' l-Istati Membri oħra konċernati, biex ikun evitat li kull oġġett intiż għas-suq frisk ikun trasportat bil-baħar barra r-reġjun ta' produzzjoni ta' l-oġġetti intiżi għall-ipproċessar. Artikolu 9 Metodi ta' spezzjoni 1. Il-verifiki ta' konformità provduti f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk fil-punt tal-bejgħ bl-imnut għall-konsumatur aħħari, għandhom jitwettqu, ħlief kif diversament provdut taħt dan ir-Regolament, skond il-metodi fl-Anness IV. L-Istati Membri għandhom jiffissaw arranġamenti speċifiċi għall-verifika tal-konformità fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari. 2. Meta spetturi jsibu li l-oġġetti jħarsu marketing standards, il-korp ta' spezzjoni jista' joħroġ ċertifikat ta' konformità kif provdut fl-Anness I. Dan iċ-ċertifikat għandu f'kull każ jinħareġ fil-punt ta' importazzjoni jew esportazzjoni. 3. Fejn l-oġġetti ma jikkonformawx ma' l-istandards, il-korp ta' spezzjoni għandu joħrog riżultanza ta' non-konformità għall-attenzjoni tan-negozjant jew ir-rapprezentanti tagħhom. Oġġetti fejn riżultanza ta' non-konformità tkun inħarġet ma jistgħux jiċċaqalqu mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-korp ta' spezzjoni li jkun ħareġ dik ir-riżultanza. Din l-awtorizzazzjoni tista' tkun suġġetta għat-tħaris tad-disposizzjonijiet provduti mill-korp ta' spezzjoni. Negozjanti jistgħu jiddeċiedu li jġibu l-oġġetti kollha jew uħud minnhom f'konformità. Oġġetti miġjuba f'konformità ma' jistgħux jinbiegħu qabel ma l-korp ta' spezzjoni kompetenti jkun zgura bil-mezzi kollha xierqa li l-oġġetti jkunu fil-fatt inġabu f'konformità. Għandu joħroġ, fejn applikabbli, ċertifikat ta' konformità kif provdut fl-Anness I għal-lott jew parti minnu biss ladarba l-oġġetti jkunu inġabu f'konformità. Artikolu 10 Disposizzjonijiet finali 1. Il-korpi ta' spezzjoni ta' Stat Membru li fit-territorju tiegħu lott ta' oġġetti minn Stat Membru ieħor jinstab li ma jikkonformax ma' l-istandards minħabba difetti jew deterjorazzjoni li setgħu nkixfu fil-ħin ta' l-ippakkjar għandhom jinnotifikaw minnufih dawn il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità skoperti sa l-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa, inkluż f'ċentri ta' distribuzzjoni, lill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra li x'aktarx ikunu konċernati. 2. Fejn, fuq l-importazzjoni ta' pajjiż terz, lott ta' oġġetti jinstabu li ma jikkonformawx ma' l-istandards, l-awtorità koordinatriċi ta' l-Istat Membru konċernat għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet li jikkoordinaw ta' l-Istati Membri l-oħra li x'aktarx ikunu konċernati, li imbagħad jgħaddu din l-informazzjoni kif meħtieġ fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tkun notifikata via sistema elettronika indikata mill-Kummissjoni. 3. Għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta' prodotti li għalihom marketing standards kienu adottati, il-fatturi u d-dokumenti li jakkumpanjaw għandhom jindikaw il-klassi tal-kwalità, il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti u, fejn xieraq, il-fatt li huwa maħsub għall-ipproċessar. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari. Artikolu 11 1. Regolamenti (KEE) Nru 2251/92 huwa hawnhekk mħassar. 2. Negozjanti eżentati mill-ispezzjoni ta' l-oġġetti fil-ħin tal-kunsinna taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2251/92 jistgħu jużaw l-ippakkjar mwaħħal bit-tikketta provduta fl-Anness III ta' dak ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2002. 3. Ċertifikati ta' spezzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3(9) tar-Regolament (KEE) Nru 2251/92 huma validi sakemm tiskadi d-data ta' validità fil-kaxxa 12 taċ-ċertifikati konċernati. Ċertifikati ta' l-ipproċessar maħruġa skond l-Artikolu 10 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2251/92 huma validi sal-31 ta' Jannar 2002. Artikolu 12 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 12 ta' Ġunju 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU 297, tal- 21.11.1996, p. 1. [2] ĠU 129, tal- 11.5.2001, p. 3. [3] ĠU L 219, ta’ l-4.8.1992, p. 9. [4] ĠU 112, tad- 29.4.1997, p. 10. -------------------------------------------------- ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS IV METODI TA' SPEZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1) Nota: Il-metodi li ġejjin ta' spezzjoni huma bbażati fuq id-disposizzjonijiet tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-kontroll tal-kwalità ta' frott frisk u ħaxix adottati mill-Kumitat tax-xogħol KEE/ĠM (Kummissjoni Ekonomika għal Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti) għall-istandardizzazzjoni ta' oġġetti deperibbli u t-titjib tal-kwalità. 1. Tifsiriet (a) Verifika ta' konformità Spezzjoni mwettqa biex tkun verifikata l-konformità tal-frott u l-ħaxix ma' marketing standards provduti mir-Regolament (KE) Nru 2200/96. (b) Spettur Il-persuna awtorizzata mill-korp ta' spezzjoni kompetenti li jkollha taħriġ xieraq u regolari li tippermettilhom li jagħmlu spezzjoni ta' konformità. (ċ) Kunsinna Kwantità ta' prodott li għandha tinbiegħ minn negozjant partikolari misjub fiż-żmien tal-kontroll u mfisser b'dokument. Il-kunsinna tista' tikkonsisti f'tip wieħed jew iżjed ta' prodott: tista' jkollha lott wieħed jew iżjed ta' frott frisk u ħaxix. (d) Lott Kwantità ta' prodott li, fi żmien tal-kontroll f'post wieħed, għandha karatteristiċi simili fir-rigward ta': - min jippakkja u/jew min jibgħat, - pajjiż ta' oriġini, - natura ta' prodotti, - klassi ta' prodotti, - daqs (jekk il-prodott huwa gradat skond id-daqs), - varjetà jew tip kummerċjali (skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta' l-istandard), - tip ta' pakkjar u preżentazzjoni. Iżda, jekk matul l-ispezzjoni ta' konsenji, mhux possibbli li jkun hemm distinzjoni bejn il-lottijiet differenti u/jew il-preżentazzjoni ta' lottijiet individwali mhux possibbli, il-lottijiet kollha ta' kunsinna speċifika tista' tkun trattata bħala lott wieħed jekk huma simili fir-rigward tat-tip tal-prodott, min jibgħat, pajjiż ta' oriġini, klassi u varjetà jew tip kummerċjali, jekk dan huwa provdut fl-istandard. (e) Kampjuni Kampjun kollettiv meħud temporanjament minn lott matul il-verifika ta' spezzjoni ta' konformità. (f) Kampjun primarju Pakkett meħud mil-lott, jew, fil-każ ta' prodott bulk, kwantità meħuda mill-punt fil-lott. (g) Kampjun bulk Diversi kampjuni primarji rappreżentattivi meħuda mil-lott li l-kwantità tagħhom hija biżżejjed biex tħalli l-istima tal-lott fir-rigward tal-kriterji kollha. (h) Kampjuni ridotti Kwantità rappreżentattiva tal-prodott meħud mill-kampjun bulk li d-daqs tiegħu huwa biżżejjed biex iħalli l-istima ta' ċerti kriterji individwali. Diversi kampjuni ridotti jistgħu jittieħdu mill-kampjun bulk. 2. Implimentazzjoni tal-verifika ta' konformità (a) Rimarka ġenerali Verifika ta' konformità għandha ssir billi jkunu stmati kampjuni bulk meħuda każwalment minn punti differenti fil-lott li jkun kontrollat. Hija bażata fuq il-prinċipju ta' preżunzjoni li l-lott jikkonforma mal-kampjun bulk. (b) Preżentazzjoni tal-prodott L-ispettur jiddeċiedi liema pakketti għandhom ikunu kontrollati. Il-preżentazzjoni għandha ssir mill-persuna awtorizzata li tagħmel hekk jew ir-rappreżentant tiegħu. Il-proċedura għandha tinkludi l-preżentazzjoni ta' kampjun bulk kif ukoll il-provista ta' l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-konsenji jew lottijiet. Jekk kampjuni mnaqqsa huma meħtieġa, dawn huma identifikati mill-ispettur innifsu mill-kampjun bulk. (ċ) Identifikazzjoni tal-lottijiet u/jew iġibu l-impressjoni ġenerali tal-kunsinna L-identifikazzjoni tal-lottijiet għandhom jitwettqu fuq il-bażi ta' l-immarkar tagħhom jew kriterji oħra, bħall-indikazzjonijiet provduti taħt id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE [1]. Għall-konsenji li huma magħmula minn diversi lottijiet jeħtieġ li l-ispettur ikollu impressjoni ġenerali tal-kunsinna bl-għajnuna ta' dokumenti li jakkumpanjaw jew dikjarazzjonijiet dwar il-konsenji. Huwa mbagħad jiddetermina kemm il-lottijiet preżentati jikkonformaw ma' l-informazzjoni f'dawn id-dokumenti. Jekk il-prodott għandu, jew kien mgħobbi fuq mezz ta' trasport, in-numru ta' reġistrazzjoni ta' dan ta' l-aħħar għandu jintuża għall-identifikazzjoni tal-kunsinna. (d) Verifika tal-lott - stima ta' l-ippakkjar u l-preżentazzjoni fuq il-bażi ta' kampjuni primarji: l-ippakkjar, inkluż il-materjal użat fil-pakkett, għandu jkun kontrollat għall-idonjetà u ndafa skond id-disposizzjonijiet ta' marketing standards. Jekk huma permessi biss ċerti tipi ta' pakkjar, il-verifiki ta' l-ispettur jekk dawn qed jintużaw. Jekk l-istandard individwali jinkludi disposizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni, il-konformità tagħhom għandha tkun verifikata wkoll, - verifika ta' l-immarkar fuq il-bażi ta' kampjuni primarji: l-ewwel, huwa aċċertat jekk il-prodott huwa mmarkat skond il-marketing standards. Matul il-kontroll issir verifika fuq l-preċiżjoni ta' l-immarkar u/jew kemm hemm bżonn ta' emenda, - verifika tal-konformità tal-prodott: l-ispettur għandu jiddetermina d-daqs tal-kampjun bulk fl-istess mod biex ikun jista' jistima l-lottijiet. Għandu jagħzel każwalment il-pakketti li għandhom ikunu spezzjonati jew fil-każ ta' prodott bulk il-punti tal-lott li minnu jittieħdu kampjuni individwali. Pakketti mħassra m'għandhomx jintużaw bħala parti mill-kampjun bulk. Għandhom jitwarrbu u jistgħu, jekk meħtieġ, ikunu soġġetti għall-eżami separat u rapport. Il-kampjun bulk għandu jikkomprendi l-kwantitajiet li ġejjin kull meta hija dikjarata mhux sodisfaċenti kunsinna: Prodott ippakkjat Numru ta' pakketti fil-lott | Numri ta' pakketti li għandhom jittieħdu (kampjuni primarji) | Sa 100 | 5 | Minn 101 sa 300 | 7 | Minn 301 sa 500 | 9 | Minn 501 sa 1 000 | 10 | Iżjed minn 1 000 | 15 (minimu) | Prodott bulk Kwantità tal-lott fi kg jew numri ta' soror fil-lott | Kwantità ta' kampjuni primarji f'kg jew numru tas-soror | Sa 200 | 10 | Minn 201 sa 500 | 20 | Minn 501 sa 1 000 | 30 | Minn 1 001 sa 5 000 | 60 | Iżjed minn 5 000 | 100 (minimu) | Fil-każ ta' frott u ħaxix voluminużi ('il fuq minn 2 kg kull unità), il-kampjuni primarji għandhom ikunu magħmula minn ta' lanqas ħames unitajiet. Jekk l-ispettur jiskopri, wara spezzjoni, dik id-deċiżjoni ma tistax tintlaħaq, jista' jwettaq spezzjoni oħra u jesprimi r-riżultat globali bħala medja taż-żewġ verifiki. Ċerti kriterji bħal preżenza jew in-nuqqas ta' difetti interni jistgħu jkunu verifikati fuq il-bażi ta' kampjuni ridotti; dan japplika partikolarment għal kontroll li jeqred il-valur kummerċjali tal-prodott. Id-daqs tal-kampjun imnaqqas għandu jkun ristrett għall-kwantità minima assolutament meħtieġa għall-istima tal-lott; jekk, iżda, ikunu aċċertati jew suspettati difetti d-daqs tal-kampjun imnaqqas m'għandux jeċċedi 10 % tad-daqs tal-kampjun bulk meħud fil-bidu għall-ispezzjoni. (e) Kontroll tal-prodott Il-prodott għandu jitneħħa kollu kemm hu mill-ippakkjar tiegħu għall-kontroll; l-ispettur jista' ma jagħmilx dan, jekk it-tip ta' l-ippakkjar u l-forma ta' preżentazzjoni jħalli din l-ispezzjoni mingħajr ma jitneħħa mill-pakkett il-prodott. L-ispezzjoni ta' l-uniformità, ħtiġiet minimi, il-klassijiet ta' kwalità u d-daqs għandha titwettaq fuq il-bażi ta' kampjun bulk. Meta jinstabu d-difetti, l-ispettur għandu jaċċerta ruħu mill-perċentwali ta' dak il-prodott li ma jħarisx il-konformità ma' l-istandards bin-numru jew piż. (f) Rapport ta' riżultati ta' kontroll Dokumenti msemmija fl-Artikolu 9(2) u (3) jinħarġu meta xieraq. Jekk jinstabu difetti, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu infurmati bir-raġunijiet ta' l-ilment. Jekk il-konformità tal-prodott ma' l-istandard huwa possibbli b'bidla fl-immarkar, in-negozjant jew ir-rapprezentant tiegħu għandu jkun informat b'dan. Jekk jinstabu difetti f'prodott, għand jkun indikat il-perċentwali misjub li mhux konformi ma' l-istandard. Dan mhux meħtieġ jekk huwa possibbli li tintlaħaq il-konformità tal-prodott ma' l-istandard b'bidla fl-immarkar tal-prodott. (g) Tnaqqis fil-valur b'verifika ta' konformità Wara l-kontroll, il-kampjun tal-bulk jitqiegħed għad-disposizzjoni tan-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu. Il-korp ta' spezzjoni mhux marbut li jagħti lura l-elementi tal-kampjun bulk meqrud matul il-kontroll. Meta l-verifika ta' konformità tkun limitata għall-minimu meħtieġ, l-ebda kumpens ma jista' jintalab mill-korp ta' spezzjoni konċernat jekk il-valur kummerċjali tal-prodott ikun sofra telf. [1] ĠU L 86, tat-30.6.1989, p. 21. --------------------------------------------------