Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1524

    Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1524/2000 l-10 Lulju 2000 li jimponi dazju definttiv kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1524/oj

    32000R1524



    Official Journal L 175 , 14/07/2000 P. 0039 - 0052


    Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1524/2000

    l-10 Lulju 2000

    li jimponi dazju definttiv kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Il-Kunsill ta l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet iddampjati (li jifqgħu s-suq) minn pajjiżi mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 11 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta ssottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA

    1. Miżuri suġġetti għal reviżjoni li jinvolvu r-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    (1) F'Ottubru 1991, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu [2] ta' investigazzjoni kontra l-iddampjar (l-investigazzjoni oriġinali) dwar importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (Ċina).

    (2) F'Settembru 1993, il-Kunsill impona dazju definttiv kontra l-iddampjar ta' 30,6 % fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina (Regolament (KEE) Nru 2474/93 [3].

    (3) F'April 1996, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni dwar il-ħrib minn dan id-dazju (Regolament (KE) Nru 703/96 [4], li b'riżultat tagħha d-dazju kien estiż sa l-1997 għal importazzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 [5].

    2. Miżuri fis-seħħ li jinvolvu pajjiżi oħra

    (4) F'Marzu 1998, il-Kunsill impona dazju definttiv kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja u t-Tajlandja (Regolament (KE) Nru 648/96 [6].

    (5) Fi Frar 1999, il-Kunsill impona dazju definttiv kontra l-iddampjar fuq roti li joriġinaw fit-Tajwan (Regolament (KE) Nru 397/99 [7].

    3. Talba għal reviżjoni

    (6) Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri kontra ta' l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina [8], il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ir-Regolament Bażiku) rigward il-miżuri.

    (7) It-talba kienet ippreżentata f'Ġunju 1998 mill-Assoċjazzjoni ta' Manifatturi Ewropej tar-Roti (AMER), filwaqt li taġixxi f'isem il-produtturi Komunitarji tar-roti li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi proporzjon kbir tat-total tal-produzzjoni Komunitarja (il-produtturi Komunitarji applikanti).

    (8) L-AMER argumentat li l-iskadenza tal-miżuri aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dampjar u ħsara lill-industrija Komunitarja. Waqt li ddetermina, wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv, li x-xhieda (evidenza) kienet suffiċjenti, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni [9] skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    4. Investigazzjoni

    (9) Il-Kummissjoni uffiċjalment innotifikat lill-produtturi Komunitarji applikanti, produtturi li jesportaw, importaturi u konsumaturi, kif ukoll lir-rappreżentanti ta' pajjiżi esportaturi, bil-bidu tar-reviżjoni u tat lil-partijiet direttament ikkonċernati l-opportunita li jgħarrfu l-veduti tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ (seduta).

    (10) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-partijiet magħrufa li kienu kkonċernati u rċeviet tweġibiet minn għaxar produtturi Komunitarji applikanti li kienu pparteċipaw fl-investigazzjoni oriġinali (il-kampjun) u 14-il produttur esportatur fiċ-Ċina. Minn dawn ta' l-aħħar, il-11-il kumpanija li ġejjin kienu esportaw roti lejn il-Komunità matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni:

    - Catic Bicycle Co., Ltd

    - Giant (China)

    - Huiyang Kenton Bicycle Group Ltd

    - Liyang Machinery (SZ)

    - Merida Bicycles (China)

    - Ming Cycle

    - Phoenix Co.

    - Shenzhen Overlord

    - Shenzhen Bao An Bike

    - Shun Lu Bicycle Co.

    - Universal Cycle Corporation (China).

    (11) Investigazzjonijiet twettqu fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a) Produtturi fil-pajjiż analogu (il-Messiku):

    - Biciclo SA de CV, San Luis Potosi

    - Bicileyca SA de CV, Apizaco

    - Mercurio SA de CV, San Luis Potosi;

    (b) Produtturi Komunitarji applikanti (il-kampjun):

    - Batavus BV, Heerenveen, l-Olanda

    - BH SA, Vitoria, Spanja

    - Cycleurope international SA, Romilly/Seine, Franza

    - Dawes Cycles Ltd, Birmingham, ir-Renju Unit

    - Derby Cycles Werke GmbH, Cloppenburg, il-Ġermanja

    - Hercules Fahrrad GmbH & Co. KG, Nürnberg, il-Ġermanja

    - Koninklijke Gazelle BV, Dieren, l-Olanda

    - Kynast AG, Quakenbrück, il-Ġermanja

    - Micmo Gitane SA, Machecoul, Franza

    - Raleigh Industries Ltd, Nottingham, ir-Renju Unit.

    (12) L-investigazzjoni tal-probabilita ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dampjar jew ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Settembru 1997 sal-31 ta' Awwissu 1998 (il-perjodu ta' investigazzjoni). Tendenzi bejn l-1995 u l-31 ta' Awwissu 1998 (il-perjodu kkunsidrat) kienu eżaminati biex tkun iddeterminata l-probabilita tal-kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-ħsara.

    (13) Ir-reviżjoni ma setgħetx tintemm fil-perjodu normali ta' 12-il xahar li jipprovdi għaliha l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, minħabba l-komplessita ta' l-investigazzjoni.

    (14) Billi l-Kummissjoni fettxet u vverifikat kull informazzjoni meqjusa meħtieġa biex tiddetermina l-probabilita tal-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dampjar u ħsara, u l-interess tal-Komunità.

    (15) Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzali li fuqhom kienu bbażati l-konklużjonijiet ta' din ir-reviżjoni u ngħataw perjodu biex fih jagħmlu rappreżentazzjonijiet. Ir-rappreżentazzjonijiet irċevuti kienu kkusidrati b'attenzjoni u fejn xieraq ir-riżultati nbidlu skond il-każ.

    B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT BĦALU

    (16) Il-prodott ikkonċernat hawn huwa l-istess bħal dak kopert mill-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri roti u roti (cycles) oħra (inclużi triċikletti ta' kunsinna), mhux bil-mutur, li jaqgħu fil-kodiċijiet tan-NM 87120010, 87120030 u 87120080.

    (17) Fl-investigazzjoni oriġinali, ir-roti kienu kklassifikati fil-kategoriji li ġejjin:

    (A) roti tal-muntanja jew RTMi

    (B) roti tal-ġiri, tal-vjaġġi u tal-belt

    (Ċ) roti ta' azzjoni (logħob?) tat-tfal

    (D) roti oħra ta' sport u tiġrijiet.

    (18) L-investigazzjoni preżenti użat l-istess kategorizzazzjoni. Madankollu, għandu jkun innotat li mhemmx linji ċari ta' diviżjoni bejn il-kategoriji, u s-segmenti differenti tal-prodott jitrikkbu. Numru ta' mudelli jistgħu jkunu kklassifikati f'iktar minn kategorija waħda.

    (19) L-investigazzjoni kkonfermat li roti kollha jinbiegħu permezz ta' kanali ta' distribuzzjoni simili fis-suq Komunitarju. Billi l-applikazzjoni bażika u l-użu tar-roti huma identiċi, huma fil-biċċa l-kbira jiskambjaw ruħhom u mudelli minn kategoriji differenti għalhekk jikkompetu ma' xulxin. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-kategoriji kollha jifformaw prodott wieħed uniku.

    (20) L-investigazzjoni wriet ukoll li roti prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju, dawk prodotti u mibjugħa minn produtturi Messikani fis-suq Messikan u dawk importati lejn is-suq Komunitarju li joriġinaw fiċ-Ċina huma bħal xulxin u għalhekk huma prodotti jixxiebħu fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament Bażiku.

    C. PROBABILITA TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DAMPJAR

    1. Osservazzjonijiet preliminari

    (21) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku, l-għan ta' reviżjoni ta' dan it-tip huwa, rigward aspetti ta' dampjar, li jiddetermina jekk sarx iddampjar matul il-perjodu ta' investigazzjoni u jekk l-iskadenza tal-miżuri iwasslux għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ddampjar (ara l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku). Ir-riżultati miġbura dwar l-iddampjar għandhom jitqiesu fid-dawl tal-fatt li importazzjonijiet Komunitarji tal-prodott ikkonċernat niżlu minn quċċata ta' 2,5 miljun unita fl-1991 għal inqas minn 14000 unita matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barrminhekk, il-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw fl-investigazzjoni preżenti kienu jirrappreżentaw biss 30 % ta' dawn l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

    2. Kontinwazzjoni ta' dampjar u l-probabilta tiegħu

    (a) Pajjiż analogu

    (22) Il-miżuri eżistenti jipprovdu għal rata ta' dazju unika fuq ir-roti kollha importati li joriġinaw fiċ-Ċina. Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija bħall-investigazzjoni oriġinali, hekk il-valur normali kien iddeterminat fuq il-bażi ta' informazzjoni miksuba f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (il-pajjiż analogu).

    (23) Taiwan kien ittieħed bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, l-użu tiegħu fl-investigazzjoni preżenti ma tqesitx xierqa minħabba l-kontra dampjarkonkurrenti dwar l-esportazzjonijiet ta' roti tiegħu u l-fatt li ebda parti interessata ma pproponietu.

    (24) Il-produtturi Komunitarji applikanti ipproponew lill-Messiku bħala pajjiż analogu adatt. L-avviż ta' bidu stieden lill-partijiet interessati jikkommentaw dwar il-proprjeta ta' din l-għażla. Produtturi esportaturi Ċiniżi diversi kklejmjaw li l-produtturi Komunitarji applikanti ma pprovdewx data suffiċjenti li juru li l-Messiku kien iktar xieraq minn kull pajjiż analogu potenzali ieħor, imma huma stess ma pprovdewx xhieda (evidenza) suffiċjenti b'appoġġ għal kull alternattiva.

    (25) Xi produtturi esportaturi Ċiniżi ipproponew l-Indja bħala pajjiż analogu. Madankollu, l-Indja nstabet li ma kenitx xierqa, għal żewġ raġunijiet prinċipali:

    - ir-roti mibjugħa fl-Indja (roti rustiċi mibjugħa lill-bejjiegħa bl-imnut fl-għamla ta' sett ta' partijiet (kit):) mhumiex komparabbli ma' dawk esportati mill-manifatturi Ċiniżi lill-Komunità, u

    - is-suq Indjan huwa protett ħafna (rati ta' dazju għoljin, sistema ta' liċenzi għall-importazzjoni, sussiedji għall-produtturi).

    (26) Minħabba dan ta' hawn iktar ‘il fuq, il-fatti u konsiderazzjonijiet li ġejjin influwenzaw l-istima ta' jekk il-Messiku kienx il-pajjiż analogu xieraq:

    - ir-roti prodotti fil-Messiku għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħal dawk prodotti fiċ-Ċina u esportati lejn il-Komunità,

    - il-Messiku jista' jitqies suq miftuħ u rappreżentattiv. Importazzjonijiet ta' roti jirrappreżentaw 13 % tal-bejgħ annwali. L-ambjent legali u kummerċjali tiegħu huwa favorevoli għall-kummerċ liberu u kompetizzjoni. Ir-rata tad-dazju doganali (20 %) huwa komparabbli ma' ta' l-Unjoni Ewropea (15,4 %). Mhemm ebda restrizzjonijiet kwantitattivi jew ta' liċenzi. Il-produtturi Messikani huma liberi jakkwistaw komponenti u materjali kemm mis-suq domestiku (fejn hemm numru kbir ta' fornituri ta' kanen, folji ta' metall, plastik, tyres, sruġ, eċċ.), kif ukoll minn barra (għal partijiet bħalma huma xfar ta' roti (rims), buttuni, brejkijiet u derailleurs). Il-fatt li l-Messiku impona dazju kontra l-iddampjar fuq roti Ċiniżi fl-1997 mhux meqjus relevanti f'dan il-kuntest,

    - il-volumi ta' bejgħ domestiku tal-produtturi Messikani huma komparabbli mal-volumi ta' esportazzjoni taċ-Ċina,

    - tliet produtturi kbar tar-roti kkoperaw fl-investigazzjoni (Mercurio SA de CV, Biciclo SA de CV u Bicileyca SA de CV) li fl-1998 kienu jirrappreżentaw 50 % tal-bejgħ fis-suq domestiku, fejn ikkompetew ma' għall-inqas sitt produtturi prinċipali oħra. Il-kumpaniji huma kompetittivi, b'faċilitajiet moderni ta' manifattura inklużi tqattigħ awtomatizzat jew parzjalment awtomatizzat ta' kanen ta' l-azzar, issaldar b'gass inerti ta' tungstenu għal frejmijiet (oqsfa) u frieket, żebgħa bbażata fuq trab u petroleum, u mmuntar permezz ta' linji (ċineg) li jittrasportaw. Fid-dawl ta' dan u skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku, il-Messiku tqies pajjiż analogu xieraq biex ikun stabbilit il-valur normali tal-prodott ikkonċernat.

    (27) Xi produtturi esportaturi ikklejmjaw (ilmentaw?) li l-istabbiliment ta' valur normali f'pajjiż analogu ma kienx iktar xieraq u jgħawweġ kull tbassir għal iddampjar futur. Huma argumentaw li issa kienu qegħdin joperaw taħt kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, kif iddefinita fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku, u li dan jikkostitwixxi bidla ta' ċirkostanzi li tiġġustifika l-użu ta' metodoloġija differenti minn dik użata fl-investigazzjoni oriġinali (ara l-Artikolu 11(9)).

    Ħawn għandu jkun enfasizzat li kull produttur jista' tassew jikklejmja li kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq jipprevalu (ara l-Artikolu 2(7)(b) u (c)), jekk jista' juri bidla ta' ċirkostanzi tali. In-natura ta' bidla tali hi dik li hi, huwa kkunsidrat xieraq li din tkun eżaminata fil-kuntest ta' reviżjoni interim taħt l-Artikolu 11(3). Madankollu, l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma pprovda xhieda (evidenza) suffiċjenti biex il-Kummissjoni tiftaħ reviżjoni parallela taħt l-Artikolu 11(3) sa meta nbdiet ir-reviżjoni ta' l-iskadenza preżenti.

    (28) Skondl-Artikolu 11(9), għalhekk, ir-reviżjoni preżenti kellha tindirizza l-aspetti ta' ddampjar billi tuża l-istess metodoloġija bħall-investigazzjoni oriġinali, i.e., inter alia, billi tiddetermina l-valur normali f'pajjiż analogu.

    (b) Valur normali

    (29) L-ewwel, kien stabbilit, b'mod ġenerali u mudell b'mudell, li l-bejgħ domestiku tal-produtturi Messikani kien ekwivalenti għal għall-inqas 5 % ta' l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina f'termini ta' volum, i.e. kienu rappreżentattivi fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku.

    (30) Instab ukoll li l-bejgħ domestiku relevanti kollu tal-produtturi Messikani li kkoperaw lil konsumaturi indipendenti seta' jitqies li kien sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ. (Il-prezz tal-bejgħ medju peżat tal-bejgħ kollu matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni kien ogħla mill-prezz ta' produzzjoni medju peżat għal kull unita, u l-volum ta' transazzjonijiet ta' bejgħ individwali taħt il-prezz ta' produzzjoni kien inqas minn 20 % tal-bejgħ li ntuża biex ikun iddeterminat il-valur normali).

    (31) Il-valur normali kien għalhekk iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew għandu jitħallas, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti domestiċi indipendenti tal-produtturi Messikani li kkoperaw matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni.

    (ċ) Prezz ta' esportazzjoni

    (i) Produtturi esportaturi li kkoperaw

    (32) Data komprenziva kienu rċevuti dwar prezzijiet ta' esportazzjoni minn għaxar produtturi esportaturi Ċiniżi. Skond iċ-ċifri ta' l-Eurostat, madankollu, dawn id-data jirrappreżentaw biss 30 % ta' l-esportazzjonijiet ta' roti Ċiniżi lejn il-Komunità matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni (i.e. madwar 4200 unita).

    (33) Il-prezzijiet ta' esportazzjoni għal dawn il-kumpaniji kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku.

    (ii) Produtturi li ma kkoperawx

    (34) Għas-70 % ta' importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina li jibqgħu, li għalihom ma kien hemm ebda koperazzjoni, ir-riżultati kellhom ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Bażiku. Prezz medju ta' esportazzjoni għat-transazzjonijiet kollha kien għalhekk iddeterminat fuq il-bażi taċ-ċifri ta' l-Eurostat wara t-tnaqqis ta' esportazzjonijiet mill-produtturi li kkoperaw. Iċ-ċifri ta' l-Eurostat normalment ma jitqisux għajn adatta ta' informazzjoni fejn il-koperazzjoni tkopri biss 30 % ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati. Huma intużaw hawn, madankollu, għax minħabba l-kwantitajiet żgħar importati matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, il-focus prinċipali ta' l-analiżi huwa l-kwestjoni ta' jekk iddampjar fi kwantitajiet sinifikattivi hux probabbli jerġa' jitfaċċa milli li jkun żgurat li esportaturi ma jkunux ippremjati għan-nuqqas ta' koperazzjoni tagħhom. Barramindan, ladarba reviżjoni ta' skadenza tista' twassal biss biex il-miżuri jew jinżammu jew ikunu rrevokati, imma mhux immodifikati, mhux meħtieġ hawn li jkun ikkalkolat il-marġini ta' dampjar bi preċiżjoni assoluta.

    (d) Paragun

    (35) Għandu jkun innotat li f'xi każi nstabu differenti bejn ir-roti importati li joriġinaw fiċ-Ċina u dawk prodotti u mibjugħa fil-Messiku – ġeneralment għax il-mudelli Ċiniżi kienu iktar sofistikati. F'investigazzjoni mibdija skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, dan kien ikun jirrikjedi aġġustament ‘il fuq tal-valur normali (f'dan il-każ, ibbażat fuq il-prezzijiet ta' bejgħ domestiku Messikan) biex jirrifletti d-differenza, li mbagħad kienet iżżid il-livell ta' l-iddampjar misjub. Madankollu, aġġustament tali ma kienx meqjus meħtieġ hawn minħabba l-impatt ġenerali żgħir fuq il-livell ta' ddampjar u l-fatt li miżuri ma jistgħux ikunu mmodifikati wara r-reviżjoni ta' skadenza.

    (36) Għall-għan ta' paragun fier (ġust), u skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, aġġustamenti saru biex jagħmlu tajjeb għad-differenzi kklejmjati rigward trasport, assigurazzjoni, kreddtu, tqandil u spejjeż anċillari li nstabu li jaffettwaw (jolqtu) il-prezzijiet u l-komparabilita tal-prezzijiet.

    (e) Marġini ta' dampjar

    (37) Skond l-Artikolu 2 [10] tat-Regolament bażiku, il-valur normali medju peżat fuq bażi ta' fob (frank abbord) f'konfini Messikana kienet ipparagunata mal-prezz ta' esportazzjoni medju peżat (ta' produtturi kemm li kkoperaw kif ukoll li ma kkoperawx) fuq bażi ta' fob (frank abbord) f'konfini Ċiniża, fl-istess livell ta' kummerċ.

    (38) Il-paragun ta' hawn iktar ‘il fuq wera l-eżistenza ta' dampjar sinifikanti ħafna, bil-marġini ta' ddampjar ikun ugwali għall-ammont li bih il-valur normali eċċeda l-prezz ta' esportazzjoni. Il-marġini ta' dampjar misjub kien ogħla minn dak misjub fl-investigazzjoni oriġinali.

    (39) L-investigazzjoni ma wriet ebda raġuni għaliex dan l-iddampjar kien jieqaf kieku l-miżuri kellhom ikunu rrevokati. Huwa għalhekk konkluż li hemm probabilita ta' kontinwazzjoni ta' dampjar.

    (40) Xi produtturi esportaturi Ċiniżi ikkljemjaw li kien impossibbli jintlaħqu konklużjonijiet validi dwar iddampjar preżenti jew futur fuq il-bażi ta' kwantita hekk żgħira ta' importazzjonijiet. Filwaqt li hawn huwa aċċettat li l-konklużjoni li dampjar jeżisti ma tistax fiha infisha tiġġustifika li l-miżuri jinżammu, madankollu hija fattur li jaffettwa (jolqot) d-deċiżjoni jekk għandhomx ikunu rrevokati jew miżmuma.

    3. Probabilita ta' rikorrenza ta' dampjar

    (41) Il-fatturi li ġejjin instabu li huma pertinenti fl-eżaminar ta' jekk dampjar hux probabbli li jerġa' jiġri: l-eżistenza ta' dampjar, l-isfond tal-ħrib, tendenzi ta' produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċita fiċ-Ċina, u tendenzi fin-numru ta' roti Ċiniżi li jkunu esportati mad-dinja kollha bi prezzijiet iddampjati.

    (a) Eżistenza ta' dampjar u sfond ta' ħrib

    (42) Filwaqt li l-marġini ta' dampjar stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kien għoli (30,6 %), l-investigazzjoni preżenti turi li iktar milli jkun eleminat, dampjar kompla żdied.

    (43) Barraminhekk, saru attentati numerużi biex jinħarbu l-miżuri kontra l-iddampjar imposti. Mill-1993, numru kbir ta' montaturi ta' roti bdew joperaw fil-Komunità u l-importazzjonijiet ta' partijiet ta' roti żdied b'mod drammatiku. Dan l-iżvilupp, reazzjoni għal-miżuri oriġinali, kien enfasizzat fir-riżultati ta' l-investigazzjoni kontra l-ħrib ta' l-1996.

    (44) Dik l-investigazzjoni wriet ukoll li, hekk kif miżuri kontra l-iddampjar kienu imposti fl-1993, produtturi esportaturi Ċiniżi kkollaboraw ma' importaturi Komunitarji biex jevadu d-dazju billi jittrasportaw ir-roti f'għamla sfuża:. Partijiet iddestinati għall-istess montatur tqassmu f'kontenituri differenti, kienu ttrasportati f'dati differenti u kultant maħtuta f'portijiet Komunitarji differenti.

    (45) Għamla oħra ta' ħrib kienet it-trasport lejn il-Komunità ta' roti Ċiniżi b'ċertifikati ta' oriġini, li aktar tard kienu rtirati, li juru li kienu magħmulin fil-Vjetnam (523000 rota mill-1992 sa l-1995).

    (46) L-investigazzjoni li wasslet għall-estensjoni tal-miżuri wriet ukoll, rigward il-partijiet essenzali ta' rota kkonċernati, li kien hemm xhieda (evidenza) ta' dampjar in relazzjoni mal-valuri normali stabbiliti qabel.

    (47) Xi kumpaniji nnegaw li l-ħrib tal-miżuri oriġinali permezz ta' operazzjonijiet ta' mmuntar fil-Komunità kkostitwixxew fattur li għandu jitqies fl-istima tal-probabilita tar-rikorrenza ta' dampjar. Madankollu, dan l-argument ma jistax ikun aċċettat. L-investigazzjoni kontra l-ħrib miftuħa fl-1996 uriet li l-ħrib tal-miżuri kien akkompanjat minn dampjar u li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri kienu qed jiddgħajfu.

    (48) Barramindan, ir-riżultati ta' l-investigazzjoni kontra l-ħrib kif ukoll il-livell baxx preżenti ta' importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina wrew li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għamlu ftit attentati biex jikkompetu fis-suq Komunitarju f'livelli ta' prezzijiet mhux iddampjati.

    (b) Produzzjoni u tendenzi ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċita fiċ-Ċina

    (i) Industrija in ġenerali

    (49) Skond l-informazzjoni disponibbli (l-ilment), il-kapaċita tal-produzzjoni fiċ-Ċina hija għolja ħafna (stmata ta' madwar 70 miljun unita). Fl-aħħar ftit snin, kien hemm investiment konsiderevoli f'intrapriżi konġunti, b'mod partikolari minn kumpaniji Tajwaniżi, u tnaqqis minn taxxi u dazji għolja ngħata lill-produtturi orjentati lejn l-esportazzjoni.

    (50) Mill-1995 sal-perjodu ta' investigazzjoni, il-produzzjoni totali ta' roti naqset, il-konsum domestiku varja bejn il-25 u t-30 miljun unita, u l-esportazzjonijiet telgħu u niżlu bejn it-8 u s-16-il miljun rota. Ir-rata ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċita hija hekk aktarx baxxa, kemm kemm ‘il fuq minn 50 %.

    (51) Minħabba l-kapaċita iktar minn meħtieġa (surplus) enormi, il-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom grad għoli ħafna ta' slack kemm fil-proċess ta' l-iffabbrikar u tal-varjeta tal-prodotti. Dawn il-produtturi jkunu jistgħu għalhekk iżidu l-produzzjoni fi żmien qasir u jidderiġuha għal kull suq ta' esportazzjoni inkluż, kieku l-miżuri kellhom ikunu rrevokati, dak tal-Komunità.

    (52) Is-sitwazzjoni hija aggravata bil-fatt li, minkejja li kienet koperta mill-miżuri sa minn l-1997, l-importazzjonijiet ta' partijiet essenzali ta' roti ssoktaw jikbru, hekk kif il-montaturi jistgħu jiksbu eżenzjoni mid-dazju jekk ikunu jistgħu juru li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fi jew ġejjin miċ-Ċina huwa inqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tal-prodott immuntat, jew li l-valur miżjud mal-partijiet importati matul l-operazzjoni ta' l-immuntar jew tal-kompletazzjoni hija ikbar minn 25 % tas-siwi ta' l-iffabbrikar (ara l-Artikolu 13(2)(b) tat-Regolament bażiku).

    Iż-żieda fl-importazzjonijiet ta' partijiet ta' roti tista' tidher mit-tabella ta' hawn iktar ‘l isfel.

    Għajn:

    Eurosat

    Imparazzjonijiet Pardjier rid li joriginaw fi ċ-Ċins | 1991 | 1992 | 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | IP |

    Opfsa (frejms) | 122579 | 359396 | 1049657 | 1169226 | 1456691 | 1893237 | 1926896 | 2445528 | 2272651 |

    indiĊi | 100 | 293 | 856 | 954 | 1188 | 1545 | 1572 | 1995 | 1854 |

    Prieket | 37321 | 644926 | 1352814 | 1672070 | 3283292 | 3507635 | 3600818 | 3494433 | 3529895 |

    indiĊi | 100 | 1728 | 3625 | 4480 | 8797 | 9399 | 9648 | 9363 | 9458 |

    (53) Dawn il-partijiet huma prodotti minn kumpaniji li għandhom ukoll il-kapaċita jipporduċu roti kompleti. Kieku l-miżuri kellhom ikunu rrevokati, aktarx li l-importazzjonijiet ta' roti kompleti li joriġinaw fiċ-Ċina jerġgħu jibdew b'mod rapidu ħafna, filwaqt li jissostitwixxu l-importazzjonijiet ta' partijiet ta' roti.

    (ii) Produtturi li jikkoperaw

    (54) Billi ċ-ċifri ta' produzzjoni għall-1995 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni huma relattivament stabbli, it-tbassir għall-1999 mill-kumpaniji Ċiniżi li jikkoperaw jirrifletti intenzjoni li tiżdied il-produzzjoni b'16 % sa 10,6 miljun unita.

    (55) Barraminhekk, id-data ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċita juru kapaċita mhix meħtieġa (surplus) sinifikanti bejn l-1995 u t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni. Barramindan, iż-żieda fil-produzzjoni prevista għall-1999 tibqa' tħalli kapaċita suffiċjenti għal 5,8 miljun unita oħra.

    (56) Xi kumpaniji lmentaw li l-konklużjonjiet tal-Kummissjoni dwar il-kapaċita ta' produzzjoni u l-utilizzazzjoni tagħha fiċ-Ċina ma kinux sostnuti b'xhieda (evidenza) ta' min joqgħod fuqha. F'dan il-kuntest, huma rreferew għar-riżultati (konklużjonijiet) tal-Kummissjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' l-iSU. Dan ma setgħax ikun aċċettat. L-ewwelnett, dawn ir-riżultati (konklużjonijiet) għandhom x'jaqsmu ma' perjodu differenti mill-IP (Investigation Period?). Għandu jkun innotat ukoll li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u l-Kunsill huma bbażati fuq data ssottomessi mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw stess. Barramindan, l-eżistenza ta' kapaċitajiet ta' produzzjoni kbar issuġġerita mir-rata ta' utilizzazzjoni baxxa ta' madwar 50 % misjuba għall-kumpaniji li kkoperaw hija kkonfermata bl-informazzjoni dwar is-settur tal-produzzjoni ta' roti Ċiniż kif miġjub fl-ilment. F'dan il-kuntest, id-dikjarazzjoni sempliċi magħmula mill-kumpaniji li kkoperaw li għandha ssir distinzjoni bejn il-kapaċita ta' produzzjoni għall-bejgħ f'esportazzjoni u kapaċita ta' produzzjoni għall-bejgħ fis-suq domestiku Ċiniż ma nstabetx li kienet komviċneti. Ebda xhieda (evidenza) ma ġiet issottomessa bħala appoġġ ta' dan. Finalment, għandu jinżamm fil-moħħ li, jekk il-konklużjoni tal-Kummissjoni tkun ikkunsidrata li saret fuq bażi dejqa ħafna, dan kien dovut għal kollox għar-riluttanza konsiderevoli tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li jikkoperaw.

    (ċ) Tendenzi f'esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi

    (i) Żieda ġenerali

    (57) Iċ-ċifri Comext, li kellha ssir dipendenza fuqhom minħabba l-livell baxx ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, urew li l-esportazzjonijiet Ċiniżi mad-dinja kollha żdiedu minn 12,8 miljuni ta' unita fl-1995 għal 14,6 miljuni ta' unita fl-1997(+ 14 %). Fl-ewwel nofs ta' l-1998, l-esportazzjonijiet ammontaw għal 8,0 miljuni ta' unita - żieda ta' 22 % fuq l-istess perjodu fl-1997.

    (58) Din it-tendenza hija ċċarata bis-sitwazzjoni fl-Istati Uniti, fejn roti li joriġinaw fiċ-Ċina ma kinux suġġetti għal miżuri kontra l-iddampjar. Dawn l-importazzjonijiet żdiedu minn 4 miljun unita fl-1995 għal 8,4 miljun unita fl-1998. Dettalji jingħataw fit-tabella hawn iktar ‘l isfel.

    Fonti:

    Kuntest

    Esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | IP |

    Kwantità | Prezz medju għal kull unità (USD) | Kwantità | Prezz medju għal kull unità (USD) | Kwantità | Prezz medju għal kull unità (USD) | Kwantità | Prezz medju għal kull unità (USD) | Kwantità | Prezz medju għal kull unità (USD) |

    Id-Dinja | 12822722 | 42 | 12239224 | 38 | 14617906 | 35 | — | — | — | — |

    L-Istati Uniti ta' l-Amerka | 4074554 | 52 | 3902483 | 39 | 5734027 | 38 | 8400000 | — | 7511342 | — |

    (59) Barraminhekk, ġiet osservata waqgħa sinifikanti fil-prezzijiet. Bejn l-1995 u l-1997, il-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniżi mad-dinja kollha tbaxxew (waqgħu) b'medja ta' 17 % għal kull unita u, għall-esportazzjonijiet għall-Istati Uniti, ta' 27 %.

    (ii) Tagħwiġ ta' direzzjoni possibbli ta' esportazzjonijiet Ċiniżi dovut għall-introduzzjoni ta' miżuri kontra l-iddampjar u restrizzjonijiet kwantitattivi f'pajjiżi terzi

    (60) Skond l-informazzjoni disponibbli, pajjiżi diversi adottaw reċentement miżuri kummerċjali difensivi fuq roti Ċiniżi minħabba l-ħsara kkawżata lill-industrija domestika tagħhom. Fl-1997, il-Kanada u l-Messiku imponew dazji kontra l-iddampjar, filwaqt li l-Korea t'Isfel u l-Vjetnam iddeċidew li jimponu restrizzjonijiet ta' emerġenza fuq importazzjonijiet. Produtturi esportaturi Ċiniżi huma għalhekk taħt pressjoni biex isibu swieq għall-esportazzjoni alternattivi. Kieku l-Komunità kellha tirrevoka l-miżuri kurrenti ta' kontra l-iddampjar, is-suq tagħhom kien iħajjar ħafna dawn il-prodotti.

    (iii) Chinese exports to other pajjiżi terzi

    (61) Huwa importanti jkun innotat li, wara li l-Kunsill impona dazji kontra l-iddampjar fl-1993, produtturi esportaturi Ċiniżi ppenetraw b'mod faċli swieq ta' esportazzjoni oħra bħall-Awstralja u l-Korea t'Isfel.

    (d) Dampjar minn produtturi esportaturi li kkoperaw f'pajjiżi terzi

    (62) Esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw lejn pajjiżi terzi (Stati Uniti, Awstralja u l-Ġappun b'mod partikolari) huma ġeneralment rappreżentattivi ħafna ta' l-esportazzjonijiet totali ta' roti Ċiniżi, li jirrappreżentaw 70 % ta' l-esportazzjonijiet totali Ċiniżi lejn Istati Uniti fl-1996 u l-1997, u 20 % u 50 % rispettivament ta' l-esportazzjonijiet totali lejn il-Ġappun u l-Awstralia matul l-istess perjodu.

    (63) Għall-għan ta' din l-investigazzjoni u fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi li kkoperaw, l-analiżi iffokat fuq dawk il-kategoriji li għalihom kien hemm ukoll esportazzjonijiet lejn il-Komunità: il-kategoriji A u C. Għal kull kategorija, prezz ta' esportazzjoni medju peżat kien iddeterminat għal kull pajjiż destinatarju għall-produtturi esportaturi kollha Ċiniżi li kkoperaw.

    (64) Għall-għan ta' din il-kalkolazzjoni ta' dampjar, valur normali medju peżat għal dawn il-mudelli kien imbagħad iddeterminat għal kull kategorija u pparagunat mal-prezz ta' esportazzjoni relevanti.

    (65) Għall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja, il-Ġappun, u għall-importaturi kbar l-oħra kollha, dan ipproduċa xhieda (evidenza) ċara ta' dampjar sinifikanti (29 % sa 96 %) għaż-żewġ kategoriji. Mhux bla raġuni wieħed jassumi li, jekk il-miżuri tal-Komunità jitneħħew, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jbiegħu volumi simili bi prezzijiet simili fil-Komunità.

    4. Konklużjoni

    (66) L-investigazzjoni wriet biċ-ċar il-kwantita (għalkemm żgħira) importata fil-Komunità li oriġinat fiċ-Ċina matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni kienet iddampjata. Il-livell ta' dampjar misjub kien ‘il fuq sew minn dak misjub fl-investigazzjoni oriġinali.

    (67) L-investigazzjoni wriet ukoll li l-volum tal-esportazzjonijiet ta' roti Ċiniżi lejn il-Komunità kien ikun konsiderevoli kieku l-miżuri kurrenti kellhom ikunu rrevokati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba l-kapaċita sustanzjali mhux meħtieġa disponibbli fiċ-Ċina u l-istorja ta' ħrib. Dan kollu jiċċara għax hemm interess qawwi kontinwu tal-produtturi esportaturi Ċiniżi f'li jbiegħu lill-Komunità. Il-probabilita li l-volumi ta' importazzjoni jitilgħu għal livelli sinifikanti tikber bir-riskju ta' tagħwiġ f'direzzjoni oħra ta' kummerċ lejn il-Komunità dovut għall-adozzjoni ta' miżuri kummerċjali difenzivi mill-Korea t'Isfel, il-Messiku, il-Kanada u l-Vjetnam.

    (68) Huwa konkluż ukoll li l-volumi li żdiedu b'mod sustanzjali jkollhom probabilita kbira li jkunu esportati lejn il-Komunità bi prezzijiet iddampjati. Dan huwa sostnut bil-marġini għolja ta' dampjar misjub għall-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-swieq prinċipali oħra ta' pajjiżi terzi. Mhux probabbli li produtturi esportaturi Ċiniżi jerġgħu jibdew esportazzjonijiet sinifkanti lejn il-Komunità mingħajr prezzijiet baxxi, iddampjati ta' mmmm simili.

    (69) Fil-qosor, hemm probabilita kbira li, jekk il-miżuri jkunu rrevokati, l-importazzjonijiet Komunitarji li joriġinaw fiċ-Ċina jerġgħu jibdew fi kwantitajiet sinifikant u bi prezzijiet ddampjati b'mod sinifikanti.

    D. INDUSTRIJA KOMUNITARJA

    (70) Produtturi Komunitarji inklużi fid-definizzjoni ta' l-"industrija Komunitarja" għall-investigazzjoni oriġinali ikkostitwew madwar 54 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' roti.

    (71) Il-produtturi Komunitarji applikanti hawn instabu li jikkostitwixxu madwar 58 % tal-produzzjoni Komunitarja totali matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Huma għalhekk "l-industrija Komunitarja" fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalihom bħala tali.

    (72) Il-produtturi li jibqa' fil-Komunità (li jikkostitwixxu madwar 42 % tal-produzzjoni Komunitarja totali) minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalihom bħala l-"produtturi mhux applikanti".

    E. ANALIŻI TAS-SUQ KOMUNITARJU

    1. Osservazzjonijiet preliminari

    (73) Is-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja kienet stmata fuq il-bażi ta' żewġ kategoriji ta' data:

    (i) indikaturi ta' ħsara globali għall-industrija Komunitarja kif iddefinita fit-taqsima D hawn iktar ‘il fuq (produzzjoni, kapaċita ta' produzzjoni, utilizzazzjoni tal-kapaċita, ħażniet, bejgħ, investiment u mpjiegi), miġburin mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tar-roti fil-Komunità.

    Id-data mill-industrija Komunitarja kienu kkontrollati bir-reqqa, sa fejn possibbli, b'informazzjoni disponibbli oħra (data ta' statistiċi, data minn investigazzjonijiet kontra l-iddampjar preċedenti, eċċ.);

    (ii) ċerti indikaturi ta' ħsara konnessa mat-twettiq (profitabilita, prezzijiet, evoluzzjoni ta' prezzijiet u tniżżil ta' prezzijiet) miġburin u vverifikati fil-livell tal-kampjun. Dawn il-kumpaniji wieġbu għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni u kkoperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni tar-reviżjoni. Huma jirrappreżentaw madwar l-40 % tal-volum tal-produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja.

    2. Konsum fil-Komunità

    (74) Il-konsum fil-Komunità kien ikkalkolat billi nġabru flimkien il-volum totali ta' bejgħ fis-suq Komunitarju mill-produtturi Komunitarji kollha (l-industrija Komunitarja u produtturi mhux appkikanti) u l-importazzjonijiet totali (ċifri ta' l-Euostat).

    (75) Il-konsum naqas bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 17401000 unita fl-1995 għal 15452000 unita fil-perjodu ta' l-investigazzjoni. Fl-istess żmien, il-valur tal-konsum kien stabbli madwar EUR 2,3 miljuni, li juru li l-prezzijiet tal-bejgħ medji fis-suq Komunitarju żdied.

    (76) It-tendenza negattiva fil-konsum (f'unitajiet) tista' parzjalment tkun spjegata mix-xejra ‘l isfel kontinwa ta' żewġ prodotti maġġuri fis-settur tar-roti minn kmieni fis-snin 1990: bejgħ ta' roti BMX (""moto-cross" tat-tfal" - kategorija C) naqas b'mod sinifikanti sa mill-1991 u r-roti ta' kategorija A (RTMi, roti tal-muntanji) saru ħafna inqas populari sa minn l-1992. Il-bejgħ inqas ta' dawn iż-żewġ tipi ma kienx ikkompensat b'bejgħ ta' tipi jew kategoriji oħra.

    (77) Xi produtturi esportaturi kklejmjaw li BMX u RTMi kienu l-prodotti ta' esportazzjoni prinċipali taċ-Ċina. Minħabba f'hekk, ma jistax ikun li jkun hemm rikorrenza tal-ħsara jekk, kif irrkonoxxut mill-Kummissjoni stess, mhemmx iktar domanda sinifikanti għall dawn il-prodotti fil-Komunità.

    (78) Għalkemm id-domanda fis-suq tal-Komunità għall-BMXs u RTMi naqset matul il-perjodu kkunsidrat, hija għadha konsiderevoli. Fuq l-informazzjoni disponibbli, diversi miljuni ta' RTMi kien għadhom jinbiegħu fis-suq Komunitarju matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Barramindan, il-produtturi Komunitarji u l-produtturi esportaturi varaw diversi BMX ta' xorta oħra, li għadha wieħed mit-tipi prinċipali ta' roti għat-tfal.

    (79) L-argument imqajjem mill-produtturi esportaturi Ċiniżi huwa għalhekk meqjus bla bażi.

    3. Importazzjonijiet ta' roti ddampjati li joriġinaw fiċ-Ċina

    (a) Volum u prezz ta' importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina

    (80) In-numru ta' roti li joriġina fi, u importat minn, iċ-Ċina waqa' bejn l-1995 (meta total ta' 65408 kienu importati) u l-perjodu ta' l-investigazzjoni. Wara żieda ta' 29 % fl-1996, iċ-ċifra niżlet mill-1997 u biss 13651 rota kienu importati matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni.

    (81) Parti waħda interessata lmentat li, ladarba taħt l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku investigazzjonijit ta' reviżjoni għandhom ikunu koperti bl-istess regoli bħal investigazzjonijiet oħra, l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku japplika għal reviżjonijiet ta' skadenza wkoll. Kien argmentat li l-investigazzjoni ta' reviżjoni preżenti qatt għalhekk ma kellha tinbeda, billi l-importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina kienu taħt il-1 % tal-konsum totali kemm f'termini ta' volum kif ukoll ta'valur matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, i.e. taħt il-limitu de minimis.

    (82) L-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku jiddikjara li:

    "Miżura definittiva ta' kontra l-iddampjar għandha tiskadi wara ħames snin mill-imposizzjoni tagħha (…), ħlief jekk ikun iddeterminat f'reviżjoni li l-iskadenza aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dampjar jew ħsara. (…)"

    Isegwi minn dan ta' hawn iktar ‘il fuq li l-għan ta' reviżjoni ta' skadenza, mingħajr ma jingħata każ il-livell ta' importazzjonijiet minn pajjiż speċifiku kkonċernat, huwa li jiddetermina jekk l-iskadenza ta' miżuri kontra l-iddampjar għandomx il-probabilita li jwasslu għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dampjar u ħsara. Mhix determinazzjoni ta' ħsara materjali kif jirreferi għaliha l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

    (83) B'konsegwenza, l-ilment li l-investigazzjoni kurrenti ma nbdietx dovutement ma jistax ikun aċċettat.

    (84) Miċ-ċifri ta' l-importazzjoni fil-premessa 80, jista' jkun konkluż li d-dazji kontra l-iddampjar fuq roti Ċiniżi mill-1993 kellhom effett immedjat u radikali fuq il-volumi ta' importazzjoni, li kienet laħqet iż-2,5 miljun rota fl-1991. Madankollu, dawn iċ-ċifri ma jirriflettux iż-żewġ żviluppi l-oħra li ġejjin, li xi ftit jibdlu l-istampa.

    (85) Wara l-imposizzjoni ta' dazji definittivi kontra l-iddampjar fl-1993, il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw roti lejn il-Komunità billi użaw dikarazzjonijiet ta' oriġini foloz (ara l-premessi 44 u 45). Huma nstabu wkoll li kienu qegħdin jaħarbu d-dazji fis-seħħ. Sal-bidu ta' l-1997 [11], il-pressjoni tal-volum minn roti li joriġinaw miċ-Ċina kienet għalhekk ogħla milli ċ-ċifri jissuġġerixxu (jagħtu x'tifhem).

    (86) Il-prezz medju tar-roti li joriġinaw fiċ-Ċina żdied b'mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat (+ 80 %), speċjalment bejn l-1997 u l-perjodu ta' l-investigazzjoni (+ 51 %). Madankollu, stabbilit il-fatt li l-kwantitajiet importati kienu limitati, li naqsu b'mod sinifikanti (- 79 %) matul il-perjodu kkunsidrat, ebda konklużjoni ta' min jorbot fuqha dwar prezzijiet u evoluzzjoni tal-prezzijiet ma setgħet issir (tinġibed) minn dan, speċjalment billi ebda informazzjoni mhi disponibbli dwar bidliet possibbli fit-taħlita tal-prodott.

    (b) Imġieba tal-prezz tal-produtturi esportaturi

    (87) Minkejja l-kwantitajiet importati limitati ħafna matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, l-imġieba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi kienet analizzata fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar il-prezzijiet issottomessa. Din l-analiżi qieset il-prezzijiet ta' esportazzjoni attwali tal-produtturi esportaturi (cif (prezz, assigurazzjoni, ġarr) fuq il-fruntiera Komunitarja), kemm bi kif ukoll mingħajr dazju ta' kontra l-iddampjar, kif ukoll il-prezzijiet ex-fabbrika mitluba mill-industrija Komunitarja lill-klijenti indipendenti fuq l-istess livell ta' kummerċ.

    (88) L-analiżi wriet li l-prezzijiet ta' esportazzjoni kienu ibjex b'mod sinifikanti minn dawk ta' l-industrija Komunitarja kemm bi kif ukoll mingħajr id-dazju ta' kontra l-iddampjar applikabbli

    4. Sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija Komunitarja

    (a) Osservazzjoni preliminarja

    (89) Fl-istima tas-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja għandu jkun innotat li, sa mill-imposizzjoni ta' miżuri kontra l-iddampjar importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu wkoll suġġetti għal investigazzjonijiet ta' kontra l-iddampjar. Fl-1996, miżuri kontra l-iddampjar kienu imposti fuq roti li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja u t-Tajlandja u, fl-1999, fuq dawk li joriġinaw fit-Tajwan.

    (b) Produzzjoni

    (90) Mill-1995 sal-perjodu ta' l-investigazzjoni, il-produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja niżlet b'25 % jew iktar 2 miljun unita (minn 8842500 għal 6400000).

    (91) L-investigazzjoni wriet li dan in-nuqqas kien riżultat ta' l-għeluq ta' kumpaniji diversi u produzzjoni mnaqqsa mill-produtturi Komunitarji maġġuri. Għandu jissemma' wkoll li, biex jibċgħu fuq saqajhom, xi produtturi Komunitarji inklużi fid-definizzjoni ta' l-industrija Komunitarja fl-investigazzjoni oriġinali qalbu miċ-ċiklu komplet ta' produzzjoni (i.e. inkluż l-iffabbrikar ta' l-oqfsa (frejms)) għal operazzjonijiet sempliċi ta' mmuntar jew sub-immuntar billi jużaw partijiet importati (qafas, frieket, roti kompleti, crank gear, freewheels, brejkijiet, eċċ.).

    (ċ) Kapaċita ta' produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċita

    (92) Billi r-roti huma prodotti fuq bażi staġjonali fil-Komunità, id-domanda għal kapaċita ta' produzzjoni hija għolja ħafna f'ċerti xhur. Fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, l-istaġun jibda f'Marzu u jintemm f'Settembru. Il-kollezzjonijiet tar-roti għall-istaġun li jmiss huma ppreżentati lill-kummerċ (negozjanti, aġenti, bejjiegħa bl-imnut, bejjiegħa bil-kwantita (bl-ingrossa), eċċ.) ta' kull Settembru.

    (93) Mill-1995 sal-perjodu ta' l-investigazzjoni, il-kapaċita ta' produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja tnaqqset b'27 %, minn 15 għal 11-il miljun unita, b'riżultat tal-fatturi li wasslu għat-tnaqqis fil-produzzjoni, u r-ristrutturar ta' ċerti produtturi Komunitarji (ara l-premessa 91).

    (94) Minkejja t-tnaqqis sinifikanti fil-kapaċita, ir-rata ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċita żdiedet biss b'2 punti ta' perċentwali bejn l-1995 u l-perjodu ta' l-investigazzjoni. Ir-rata attwali ta' l-utilizzazzjoni matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni (58 %) għandha tkun ikkunsidrata flimkien mar-rata meħtieġa f'dan it-tip ta' industrija għall-vijabilita ekonomika (70 %).

    (d) Bejgħ mill-industrija Komunitarja

    (95) Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi mibjugħa niżlu b'24 %, jew 1,9 miljun unita. In-nuqqas kien jidher l-iktar fil-kategoriji A (- 35 %) u C (- 13 %) – preċiżament dawk il-kategoriji li fihom il-produtturi esportaturi Ċiniżi nstabu li kienu b'saħħithom ħafna matul l-investigazzjoni oriġinali. In-nuqqas jista' jkun spjegat għall-inqas parzjalment b'importazzjonijiet li jaħarbu l-miżuri kontra l-iddampjar fuq roti Ċiniżi u bl-importazzjonijiet ta' partijiet, eżenti wara l-introduzzjoni tal-miżuri kontra l-iddampjar.

    (96) Il-valur tal-bejgħ naqas bi 8 %. Dan kien ħafna inqas min-nuqqas fit-termini ta' volum, li jindika li l-prezzijiet tal-bejgħ medji ta' l-industrja Komunitarja żdied fil-perjodu kkunsidrat.

    (e) Is-seħem tas-suq

    (97) Bħala riżultat tat-telf ġenerali fil-volum tal-bejgħ u valur tal-bejgħ, l-industrija Komunitarja tilfet 15 % tas-sehem tas-suq tagħha (f'termini ta' volum) bejn l-1995 u l-perjodu ta' l-investigazzjoni, prinċipalment fil-kategoriji A u C (ara l-osservazzjonijiet fil-premessa 95).

    (f) Prezz tal-bejgħ medju u evoluzzjoni tal-prezz

    (98) Il-prezz medju peżat tar-roti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi prinċipali inklużi fid-definizzjoni ta' l-industrija Komunitarja bidlu t-taħlita tal-prodott tagħhom u resqu lejn prodotti ta' iktar valur finali. Dan ukoll irrekjedihom jikkonċentraw l-attivitajiet tal-bejgħ tagħhom fuq negozjanti/bejjiegħa bl-imnut li l-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid tagħhom huma iktar stabbli u iktar attraenti meta mqabbla mal-kanali tal-bejgħ l-oħra bħal bejjiegħa bil-kwantita u superswieq.

    (99) Mill-analiżi kategorija b'kategorija ħareġ li l-prezzijiet fil-kategoriji A u C (li irrappreżentaw l-biċċa l-kbira ta' l-importazzjonijiet ta' roti Ċiniżi fl-investigazzjoni oriġinali) żdiedu ġeneralment bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm il-mod taż-żieda ma kienx l-istess għaż-żewġ tipi; per eżempju, il-prezzijiet għall-kategorija C żdiedu sa 20 % bejn l-1995 u l-1997.

    (100) Għall-kuntrarju, il-kategorija B, is-segment l-aktar b'saħħtu ta' l-industrija Komunitarja, il-prezzijiet tal-bejgħ baqgħu stabbli ħafna matul il-perjodu kkunsidrat.

    (g) Profitabilita

    (101) Għalkemm il-profitabilita medja ta' l-industrija Komunitarja tjiebet xi ftit minn - 2,3 % għal - 0,6 % matul il-perjodu kkunsidrat, hija baqgħet negattiva tul iż-żmien kollu. Fl-1995 u l-1996, it-telf imġarrab mill-industrija Komunitarja kien stabbli (2,2 % fl-1996). Tnaqqas b'1,9 punt perċentwali fl-1997 (- 0,3 % tal-bejgħ nett) imma reġa' żdied matul il-(- 0,6 % tal-bejgħ nett).

    (102) L-investigazzjoni wriet li l-agħar riżultati nkisbu fil-perjodu 1995 sa l-1996, meta l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu qegħdin jaħarbu l-miżuri kontra l-iddampjar (ara l-premessi 44 sa 45). Biex titwaqqaf din il-prattika l-miżuri kienu estiżi għall-partijiet ta' roti fil-bidu ta' l-1997. Fl-1997, bħala riżultat ta' żieda ta' 7 % fil-prezz fuq l-1995, il-profitabilita ta' l-industrija Komunitarja tjiebet xi ftit. Mbagħad naqset kemmxejn matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, minkejja żieda oħra fil-prezz ta' 3 %.

    (103) It-tendenza ta' hawn iktar ‘il fuq tindika b'mod ċar li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija Komunitarja ma kenitx irkuprat biżżejjed fil-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni wriet li l-profitabilita baqgħet negattiva minkejja l-fatt li l-industrija Komunitarja għamlet ristrutturar sinifikanti, naqqset l-ammont ta' ċerti spejjeż fissi tal-produzzjoni u żiedet il-prezzijiet tal-bejgħ.

    (104) Il-profitabilita miksuba matul il-perjodu kkunsidrat għandha titqabbel (tkun ipparagunata) mal-livell meqjus li huwa l-minimu għall-industrija fl-assenza ta' importazzjonijiet iddampjati li joriġinaw fiċ-Ċina, i.e. 8 %.

    (105) Din id-deterjorazzjoni għandha tkun spjegata prinċipalment bit-tnaqqis tal-volum tal-produzzjoni (li wassal għal ogħla spiża (siwi) ta' unita ta' produzzjoni) u bir-ristrutturar ta' l-industrija tar-roti.

    (h) Investimenti

    (106) L-investiment fil-bini, pjanta u makkinarju ta' l-industrija Komunitarja kien aktarx baxx matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa rrapreżenta biss 1,7 % sa 2,5 % tal-valur tal-bejgħ Komunitarju fis-suq Komunitarju. L-investiment sar prinċipalment fil-makkinarju biex titjieb l-effiċjenza fil-produzzjoni (robots ta' l-issaldjar) (iwweldjar) u l-kwalità ta' l-oqfsa (frejms) tar-roti.

    (i) Impjieg

    (107) L-impjiegi fl-industrija Komunitarja niżlu b'mod stabbli mill-1995 sal-perjodu ta' l-investigazzjoni. Fit-total 1800 persuna (12 % tan-nies impjegati fl-1995) tilfu x-xogħol matul il-perjodu kkunsidrat.

    (j) Kummenti (osservazzjonijiet) ġenerali rċevuti dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija Komunitarja

    (108) Fuq il-bażi ta' stqarrijiet għall-istampa u estratti (siltiet) minn tweġibiet mhux konfidenzali (sigrieti) għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, xi produtturi esportaturi qalu li s-sitwazzjoni ekonomika ta' ċerti produtturi Komunitarji tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat, b'mod partikolari f'termini ta' volum ta' bejgħ, volum ta' produzzjoni u profitabilita. Dan, intqal, ikkontradiċa l-konklużjoni li l-industrija Komunitarja kienet f'pożizzjoni ekonomika dgħajfa u vulnerabbli mill-imposizzjoni fl-1993 tad-dazji kontra l-iddampjar kontra roti li joriġinaw fiċ-Ċina.

    (109) F'dan ir-rigward, għandu jkun enfasizzat li dawn il-produtturi esportaturi pprovdew informazzjoni konnessa prinċipalment għal xi produtturi esportaturi inklużi fid-definizjoni ta' l-industrija Komunitarja li s-sitwazzjoni tagħhom mhix rappreżentattiva ta' l-industrija Komunitarja in ġenerali (fit-totalita tagħha). Hu kkunsidrat li dan ma jirrendix invalidi r-riżultati (konklużjonijiet) ġenerali, li jirriflettu s-sitwazzjoni għall-prodott ikkonċernat u għall-kumpaniji kollha individwali inklużi fid-definizzjoni ta' l-industrija Komunitarja.

    (110) Fuq din il-bażi, il-konklużjoni li s-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija Komunitarja tjiebet hija kkonsidrata li hi bla bażi.

    5. Konklużjoni

    (111) L-analiżi tas-sitwazzjoni eknomika ta' l-industrija Komunitarja wriet li l-biċċa l-kbira ta' l-indikaturi ekonomiċi ssoktaw juru tendenzi (xejriet) negattivi matul il-perjodu kkunsidrat: il-produzzjoni niżlet b'25 %, il-kapaċita tal-produzzjoni b'27 %, il-volum tal-bejgħ u l-valur tal-bejgħ b'24 % u bi 8 % rispettivament u l-valur u l-volum tas-sehem tas-suq bi 8 % u bi 15 % rispettivament. Għalkemm il-prezzijiet żdiedu b'10 % matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni meta mqabbla ma' l-1995, l-industrija Komunitarja ssoktat tagħmel telf u l-impjiegi tnaqqsu bi 12 %.

    (112) Fuq din il-bażi, kien konkluż li l-industrija Komunitarja baqgħet f'pożizzjoni ekonomika dgħajfa u vulnerabbli mill-imposizzjoni fl-1993 ta' dazji kontra l-iddampjar kontra importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina.

    F. PROBABILITA TA' RIKORRENZA TA' ĦSARA

    1. Kummenti preliminary

    (113) Barra mis-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija Komunitarja, il-Kummissjoni eżaminat il-probabilita tar-rikorrenza tal-ħsara jekk il-miżuri kontra l-iddampjar applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jitneħħew.

    (114) Din l-analiżi kopriet is-sitwazzjoni tas-suq Komunitarju fid-dawl tal-ħrib fl-imgħoddi mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, is-sitwazzjoni ta' l-industrija tar-roti fiċ-Ċina u l-konsegwenzi probabbli għas-suq Komunitarju ta' l-irrevokar tal-miżuri kontra l-iddampjar.

    2. Sitwazzjoni ta' l-industrija tar-roti fiċ-Ċina u volum ta' esportazzjoni future

    (115) Kif imsemmi fil-premessa 50, l-industrija tar-roti Ċiniża qiegħda tuża biss madwar 50 % tal-kapaċita ta' produzzjoni enormi tagħha u roti Ċiniżi huma preżenti fis-swieq prinċipali mad-dinja kollha, b'mod partikolari fl-Istati Uniti u l-Ġappun.

    (116) L-investigazzjoni wriet ukoll li, wara assenza ta' sentejn mis-suq ta' l-Istati Uniti wara l-imposizzjoni ta' dazji kontra l-iddampjar, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ffinanzjaw kampanja ta' bejgħ massiva meta d-dazji kienu rrevokati u setgħu jistabbilixxu mill-ġdid il-preżenza tagħhom kważi immedjatament. Numri kbar ta' roti Ċiniżi mbiegħu, b'mod partikolari via superswieq u ħwienet kbar, wieħed mill-kanali ta' distribuzzjoni maġġuri fl-Istati Uniti (kif ukoll fil-Komunità). Bħala riżultat, madwar 8 miljun rota li oriġinat fiċ-Ċina kienu esportati lejn l-Istati Uniti matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni.

    (117) Fl-aħħar (Finalment), għandu jitfakkar ukoll li diversi pajjiżi reċentement applikaw strumenti kummerċjali ta' difiża fuq (kontra) roti Ċiniżi (ara l-premessa 60).

    (118) Xi produtturi esportaturi qalu li, minħabba s-suq domestiku kbir fiċ-Ċina u esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi bi swieq kbar u stabbli (e.g. il-Ġappun u l-Istati Uniti), mhemmx probabilita li l-ħsara terġa' tiġri.

    (119) Huma qalu wkoll li l-industrija tar-roti Ċiniża m'għandhiex il-kapaċita ta' produzzjoni extra kbira tali għad-dispożizzjoni tagħha li tippermetti penetrazzjoni iktar sinifikanti jew rapida tas-suq Komunitarju f'manjiera tali li thedded l-industrija Komunitarja. Fl-opinjoni tagħhom, ebda xhieda (evidenza) ta' min joqgħod fuqha ma ġiet ipprovduta biex tappoġġa l-konkluużjonijiet dwar il-kapaċita ta' produzzjoni u kapaċita ta' utilizzazzjoni fiċ-Ċina. Ir-rata ta' utilizzazzjoni fiċ-Ċina, intqal, kienet ħafna ogħla (madwar 87 %).

    (120) Huwa minnu, kif indikat fil-premessa 116, li produtturi esportaturi Ċiniżi huma preżenti f'pajjiżi terzi bi swieq kbar u stabbli. Madankollu, huma wrew li jisgħtu malajr jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet u jippenetraw swieq ġodda.

    (121) Għandu wkoll ikun innotat li r-riżultati (konklużjonijiet) dwar il-kapaċita ta' produzzjoni u kapaċita ta' utilizzazzjoni fiċ-Ċina huma bbażati fuq l-ilment u l-informazzjoni pprovduti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi stess (ara l-premessi 54 u 55).

    (122) Fuq din il-bażi, b'ebda xhieda (evidenza) ġdida ta' appoġġ, l-ilmenti tal-produtturi esportaturi ma jisgħtux ikunu aċettati (jintlaqgħu).

    3. Sitwazzjoni probabbli fis-suq tal-Komunità mingħajr miżuri kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina

    (123) Kif imsemmi, il-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhomil-potenzal li jippentraw malajr fis-suq Komunitarju. Mingħajr dazji kontra l-iddampjar u bil-kapaċita ta' produzzjoni extra hi dik li hi, volumi ta' importazzjonijiet irħas iddampjati li joriġinaw fiċ-Ċina jistgħu jkunu antiċipati fil-futur qarib li jilħqu livell paragunabbli ma' dak ta' l-1991 (madwar 2,5 miljun rota). Dan għandu jagħti lill-produtturi esportaturi Ċiniżi sehem ta' madwar il-15 % tas-suq Komunitarju.

    (124) Dan ix-xenarju jidher ukoll probabbli ħafna fuq il-bażi tal-kwotazzjoni ta' prezzijiet mogħtija minn produtturi esportaturi Ċiniżi lil operaturi bbażati fil-Komunità, u offerti matul wirjiet maġġuri ta' roti fil-Komunità. Dawn il-prezzijiet, li ma kinux ikkondizzjonati fuq it-tneħħija jew iż-żamma ta' miżuri kontra l-iddampjar, kienu paragunabbli ma' dawk mitluba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-swieq ta' esportazzjoni prinċipali tagħhom.

    (125) L-analiżi preżenti wriet li l-prezzijiet medji ta' l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu probabbli li jiżdiedu xi ftit meta pparagunati ma' l-investigazzjoni oriġinali ladarba roti fit-tarf iktar baxx tas-suq instabu li kienu mgħammra aħjar matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni. B'danakollu, dawn il-prezzijiet jew kwotazzjonijiet ta' prezzijiet, filwaqt li tintuża l-metodoloġija ta' paraguni deskritta fil-premessi 87 u 88, kienu b'mod sinifikanti taħt dawk għal mudelli paragunabbli mibjugħa mill-industrija Komunitarja. Tassew, mingħajr dazji kontra l-iddampjar, prezzijiet tal-bejgħ għar-roti Ċiniżi jkunu bejn 40 % u 55 % taħt il-medja ta' l-industrija Komunitarja.

    (126) Dan ir-riżultat (Din il-konklużjoni) jindika li prezzijiet inġurjużi minn produtturi esportaturi Ċiniżi jergħu jissoktaw f'livelli serji jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għandu jkun mistenni li, mingħajr dazji kontra l-iddampjar, il-produtturi Komunitarji jitilfu l-volum ta' bjegħ u s-sehem fis-suq. Iktar preċiżament, il-bejgħ u l-volumi ta' produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja jistgħu t-tnejn ikunu mistennija jonqsu b'madwar 1 miljun unita, sa 5 miljuni u madwar 5,4 miljun rota rispettivament. Hemm ukoll probabilita kbira li l-produtturi Komunitarji jikkonċentraw fuq il-prodizzjoni ta' roti iktar għaljin.

    (127) Ġie stabbilit permezz ta' analiżi ddettaljata tax-xibka (network) ta' distribuzzjoni li:

    - l-industrija Komunitarja hija prominenti fil-moviment (kanal) ta' bejgħ negozjant/bejjiegħ bl-imnut (60 % sa 65 % tal-bejgħ totali) billi jbiegħu prinċipalment fit-tarf medju u għoli tas-suq,

    - xi produtturi Komunitarji, madankollu, (prinċipalment fi Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit) jipproduċu l-iktar għat-tarf iktar baxx tas-suq u jispeċjalizzaw b'bejgħ lill-superswieq, bejjiegħa tal-massa u klijenti ta' l-OEM (sa 80 % tal-bejgħ tagħhom jew 2 miljuni b'kollox).

    (128) Billi l-produtturi esportaturi Ċiniżi jikkompetu prinċipalment f'kanali ta' bejgħ ta' volum għoli, il-pressjoni fuq l-industrija Komunitarja tkun b'saħħitha hemm u inqas akuta fil-kanali tal-bejgħ minn negozjant/bejjiegħ bl-imnut.

    (129) It-tneħħija ta' dazji kontra l-iddampjar kontra r-roti Ċiniżi tkun hekk twassal għal:

    - iktar irr-strutturar ta' l-industrija Komunitarja u għeluq ta' kumpaniji,

    - impjiegi inqas fl-industrija Komunitarja,

    - telf fil-volum tal-bejgħ li jġib miegħu tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni u hekk inevitabilment iżid l-ispejjeż fissi għal kull unita u l-livelli li fihom fabbrika la taqla' u lanqas titlef,

    - telf ta' skali ta' ekonomiji li jwasslu għal spejjeż varjabbli ogħla ta' kull unita.

    4. Konklużjoni dwar rikorrenza ta' dampjar li jikkaġuna ħsara (inġurjuż)

    (130) Analiżi tal-probabilita tar-rikorrenza ta' ddampjar inġurjuż tindika li dampjar inġurjuż jerġa' jiġri fin-nuqqas ta' miżuri kontra l-iddampjar kontra roti li joriġinaw fiċ-Ċina.

    (131) Billi huwa ċar mill-imġieba tagħhom fil-perjodu kkunsidrat u l-għemil tagħhom fis-swieq ta' esportazzjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċita kbira u potenzal enormi biex jipproduċu kemm roti kompleti kif ukoll partijiet ta' roti. Dawn il-produtturi għandhom il-mezzi tekniċi u finanzjarji biex jirtornaw lejn is-suq Komunitarju malajr u jirbħu sehem sinifikanti mis-suq, kif għamlu reċentement fl-Istati Uniti. Billi l-eżistenza ta' l-iddampjar u d-djufija tas-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija Komunitarja hi notevolment dik li hi, huwa konkluż li t-tneħħija tad-dazju kontra l-iddampjar twassal inevitabilment għal rikorrenza ta' ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

    G. INTERESS KOMUNITARJU

    1. Introduzzjoni

    (132) Għandu jitfakkar li fl-investigazzjonijiet oriġinali l-adozzjoni ta' miżuri kienet ikkunsidrata li ma kenitx kontra l-interess tal-Komunità.

    (133) Fil-qafas ta' din ir-reviżjoni, kien eżaminat jekk kienx hemm raġunijiet kompulsivi biex ikun konkluż li mhux fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari, minkejja l-konklużjonijiet dwar l-iddampjar, ħsara u rikorrenza probabbli ta' dampjar inġurjuż. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat l-impatt tal-miżuri eżistenti fuq il-partijiet kollha involuti fil-proċedura, u wkoll il-konsegwenzi jekk ma jinżammux il-miżuri kontra ċ-Ċina.

    2. Interess ta' l-industrija Komunitarja

    (134) Is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija Komunitarja tindika b'mod ċar li, fl-interess ta' dik l-industrija, jeħtieġ jinżammu l-kondizzjonijiet kompetittivi effettivi u l-prezzijiet li jirriflettu dawn il-kondizzjonijiet għandhom jipprevalu fis-suq Komunitarju.

    (135) Xi partijiet qalu li l-miżuri kontra l-iddampjar m'għandhomx jipproteġu l-industrija Komunitarja mill-kompetizzjoni internazzjonali u li l-industrija għandha tkun qamet fuq saqajha (irkuprat) wara ħames snin ta' miżuri kontra l-iddampjar.

    (136) Għandu jkun innotat hawn li l-produtturi Komunitarji, fil-biċċa l-kbira intrapriżi żgħar u ta' qies medju, iffaċċjaw (affrontaw) kompetizzjoni minn importazzjonijiet rħas iddampjati li joriġinaw fiċ-Ċina mill-1988 sa' l-aħħar ta' l-1996. Bejn l-1993 u l-1996, il-ħsara kienet b'mod partikolari severa meta jitqies il-ħrib mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-iddampjar inġurjuż minn sorsi (għejun) oħra.

    (137) L-industrija għamlet sforzi konsiderevoli (kbar) biex ittejjeb l-effiċjenza u l-produttivita tagħha fis-snin reċenti f'tentattiv biex tbaxxi l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u ttejjeb il-kwalità u l-kompetittivita f'dan is-suq sensittiv għall-prezzijiet. Kif muri mill-kapaċitajiet dejjem jonqsu tal-produzzjoni, produtturi Komunitarji diversi għalqu jew naqqsu l-qies (l-kobor) tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom. Dan iffavorixxa l-iffaċċar ta' ftit gruppi li xtraw marki magħrufa sewwa u faċilitajiet ta' produzzjoni jew ingħaqdu ma' kumpaniji oħra biex jirristrutturaw u jirriorganizzaw l-attivitajiet tagħhom. Dan jindika l-adattabilita, kompetittivita, vijabilita u determinazzjoni ta' l-industrija biex tibqa' ħajja.

    (138) Bill-miżuri kontra l-iddampjar fuq is-sorsi (għejun) kollha ta' l-iddampjar identifikati, l-industrija Komunitarja setgħet issa tibbenefika minn kondizzjonijiet ta' kummerċ effettivi fis-suq u fl-aħħar (finalment) tirrikupra finanzjarjament.

    (139) Madankollu, mingħajr miżuri fuq importazzjonijiet Ċiniżi, is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja ta' l-industrija Komunitarja kienet teħżien aktar, billi twassal inevitabilment għal iktar għeluq ta' kumpaniji u għalhekk tipperikola eluf ta' impjiegi oħra fil-Komunità. Il-konsegwenzi negattivi għall-industrija għandhom ikunu amplifikati bir-riperkuzzjonijiet fl-industrija Komunitarja tal-partijiet u attivitajiet oħra, kemm ‘il fuq kif ukoll ‘l isfel ta' l-operazzjonijiet (??).

    3. Interess tal-produtturi l-oħra fil-Komunità

    (140) Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum kemm tal-bejgħ kif ukoll tal-produzzjoni tal-produtturi mhux applikanti fil-Komunità naqsu b'10 % (bejgħ minn 4,6 sa 4,1 miljun unita, produzzjoni minn 5,1 sa 4,6 miljun unita). L-informazzjoni disponibbli tindika li r-roti mibjugħa minn produtturi mhux applikanti jikkompetu prinċipalment ma' roti li joriġinaw fiċ-Ċina (l-istess ambitu u klijenti simili). Konsekwentement, it-telf fis-sehem tas-suq kien ikun spejjeż ta' dawn il-produtturi. It-tneħħija tad-dazji kontra l-iddampjar fuq roti li joriġinaw fiċ-Ċina ma kenitx għahekk taqdi l-aħjar interessi tagħhom

    4. Impatt fuq konsumaturi

    (141) Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti dwar din ir-reviżjoni minn għand assoċjazzjonijiet ta' konsumaturi Komunitarji, li jindikaw li mhemm ebda tħassib reali dwar l-impatt ta' l-imposizzjoni kontinwata tal-miżuri kontra l-iddampjar.

    (142) B'danakollu, twettqet analiżi biex ikunu stabbiliti l-konsegwenzi probabbli ta' kemm l-irrevokar kif ukoll iż-żamma tal-miżuri.

    (143) Xi partijiet qalu li l-konsumaturi għandhom għażla suffiċjenti minn varjeta wiesa' ta' roti fis-segmenti kollha minħabba l-kompetizzjoni mill-produtturi non-Komunitarji u li din il-kompetizzjoni għandha tinżdied bl-irrevokar tal-miżuri.

    (144) L-investigazzjoni wriet li l-bqija tal-produtturi Komunitarji irreaġixxew għall-volumi ta' bejgħ u produzzjoni ibjex u spejjeż (siwi) għola għall-produzzjoni ta' kull unita bi prezzijiet ogħla fit-tarf medju u għoli tas-suq. Dan jerġa' jkun il-każ kieku l-miżuri kontra l-iddampjar kellhom ikunu rrevokati. Għandu jkun innotat li dawn is-segmenti tas-suq jirrappreżentaw madwar 60 % tas-suq Komunitarju f'termini ta' volum.

    (145) Il-konsumaturi għandhom ambitu wiesa' minn fejn jagħżlu fis-segmenti kollha, ukoll mingħajr roti li joriġinaw fiċ-Ċina. L-industrija Komunitarja tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-ambitu eżawrjenti ta' prodotti offert u l-investigazzjoni ma kixfitx problemi ta' forniment (fornitura).

    (146) Mingħajr miżuri kontra l-iddampjar il-prezzijiet ikollhom għalhekk jiżdiedu fit-tarf medju u għoli tas-suq u jonqsu fit-tarf ibjex. Il-għażla tal-konsumatur ma tkunx affettwata (ma tintlaqatx) b'mod sinifikanti. Fuq din il-bażi, l-imposizzjoni kontinwata ta' miżuri kontra l-iddampjar kontra ċ-Ċina mhix kuntrarja għall-interessi tal-konsumaturi.

    5. Konklużjoni

    (147) Fuq il-bażi tal-fatti u konsiderazzjonijiet ta' hawn iktar ‘il fuq, u wara li kienu eżaminati l-argumenti kollha ssottomessi mill-partijiet interessati, huwa konkluż li mhemm ebda raġunijiet kompulsivi biex ma jinżammux il-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina. Billi d-dazju ta' kontra l-iddampjar fis-seħħ rigward roti kompleti kien estiż bir-Regolament (KE) Nru 71/97 biex ikopri wkoll importazzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina, id-dazju għandu jinżamm kif estiż b'dak ir-Regolament.

    H. MIŻURI DEFINITTIVI

    (148) Isegwi li, kif ipprovdut fl-Artikolu 11(2) u 11(6) tar-Regolament bażiku, id-dazju ta' kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93, kif estiż bir-Regolament (KE) Nru 71/97, għandu jinżamm,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dazju definittiv kontra l-iddampjar huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' roti u roti oħra (inkluża l-kunsinna ta' triċikletti), bla mutur, bħalissa kklassifikabbli fil-kodiċijiet tan-NM 87120010, 87120030 u 87120080, li joriġinaw fir-Repubblika Populari taċ-Ċina.

    2. Ir-rata tad-dazju definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fuq il-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandu jkun ta' 30,6 %.

    3. Ħlief jekk speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Lulju 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Védrine

    [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18).

    [2] ĠU C 266, 12.10.91, p. 6.

    [3] ĠU L 228, 09.09.93, p. 1.

    [4] ĠU L 98, 19.04.96, p. 3.

    [5] ĠU L 16, 18.01.97, p. 55.

    [6] ĠU L 91, 12.04.96, p. 1.

    [7] ĠU L 49, 25.02.99, p. 1.

    [8] ĠU C 74, 10.03.98, p. 4.

    [9] ĠU C 281, 10.09.98, p. 8.

    [10] Pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 71/97 li jestendi d-dazju kontra l-iddampjar ta' ċerti partijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina.

    [11] Il-Pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 71/97 li testendi d-dazju tar-rimi għal ċerti partijiet tar-roti li ġejjin niċ-Ċina.

    --------------------------------------------------

    Top