Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0706

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2000 li tirrigwarda l-konklużjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tax-xmara Renu

ĠU L 289, 16.11.2000, p. 30–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/706/oj

Related international agreement

32000D0706



Official Journal L 289 , 16/11/2000 P. 0030 - 0030


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta' Novembru 2000

li tirrigwarda l-konklużjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tax-xmara Renu

(2000/706/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Permezz tad-Deċiżjoni 77/586/KEE [2], il-Komunità kkonkludiet il-Konvenzjoni għall-ħarsien tar-Renu kontra tniġġiż kimiku u l-Ftehim Addizzjonali għall-Ftehim, iffirmat f'Berna fid-29 ta' April 1963, li jirrigwarda l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġiż.

(2) Fil-25 laqgħa tal-Grupp ta' Kordinazjzoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tar-Renu, l-Istati tax-xmara ikkunsidrawha bħala neċessarja li jkun hemm Konvenzjoni ġdida għall-ħarsien tar-Renu u sabiex jinfetħu negozjati għal dak il-għan.

(3) Il-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità, ħadet sehem f'dawn in-negozjati b'mod konformi mad-direttivi ta' negozjati mogħtija mill-Kunsill, u dawn in- negozjati tlestew f'Jannar 1998.

(4) Fid-dawl ta' l-eżitu ta' dawn in-negozjati, il-Kunsill iddeċieda f'Marzu ta' l-1999 li l-Komunità għandha tiffirma l-Konvenzjoni l-ġdida għall-ħarsien tar-Renu, mingħajr ħsara għall-konklużjoni sussegwenti tagħha, u awtorizzat li jsir dan l-iffirmar f'isem il-Komunità. Il-Konvenzjoni l-ġdida għall-ħarsien tar-Renu ġiet iffirmata fit-12 ta' April 1999 f'Berna (l-Isvizzera),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tax-xmara Renu qiegħda tiġi approvata f'isem il-Komunità.

It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed jiġi awtorizzat biex jinnomina lill-persuna jew persuni li għandhom is-setgħa biex jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni mal-Gvern tal-Konfederazzjoni Żvizzera b’mod konformi ma’ l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Voynet

[1] Opinjoni moghtija fis-17 ta' Mejju 2000 (għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 240, tad-19.9.1977, p. 35.

--------------------------------------------------

Top