Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0496

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2000 li temeda d-Deċiżjoni 97/467/KE li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet (notifikat taħt id-dokument numru Ċ (2000) 1997)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 200, 8.8.2000, p. 39–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/496/oj

    32000D0496



    Official Journal L 200 , 08/08/2000 P. 0039 - 0040


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-18 ta’ Lulju 2000

    li temeda d-Deċiżjoni 97/467/KE li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet

    (notifikat taħt id-dokument numru Ċ (2000) 1997)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2000/496/KE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Fil-waqt li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet għat-tfassil, għal żmien temporanju, ta’ listi provviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski b’valvoli ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/603/KE [2], u b’mod partikolari bl-Artikolu 2(1) tagħha,

    Billi:

    (1) Tħejjew listi provviżorji ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/329/KE [4].

    (2) Is-Slovenja bagħtet lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet u li għaliha l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbilimenti huma skond ir-regoli Komunitarji.

    (3) Lista provviżorja ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet tista’ għalhekk titħejja għas-Slovenja.

    (4) Id-Deċiżjoni 97/467/KE għandha tiġi hekk emendata.

    (5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiżdied ma’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/467/KE.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

    [2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36.

    [3] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 57.

    [4] ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 35.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "País: ESLOVENIALand: SLOVENIENLand: SLOWENIENΧώρα: ΣΛΟΒΕΝΙΑCountry: SLOVENIAPays: SLOVÉNIEPaese: SLOVENIALand: SLOVENIËPaís: ESLOVÉNIAMaa: SLOVENIALand: SLOVENIEN

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

    484 | NIMROD d.o.o. | Lublijana | Lublijana | SH, CP | 7, b, ċ" |

    --------------------------------------------------

    Top