Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0061

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 93/436/KEE li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili (notifikat bid-dokument numru Ċ(1999) 4749)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 22, 27.1.2000, p. 62–64 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1664

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/61(1)/oj

    32000D0061



    Official Journal L 022 , 27/01/2000 P. 0062 - 0064


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-21 ta’ Diċembru 1999

    li temenda d-Deċiżjoni 93/436/KEE li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili

    (notifikat bid-dokument numru Ċ(1999) 4749)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2000/61/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

    Billi:

    (1) Iċ-ċertifikat tas-saħħa għal prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili u intenzjonati għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea kien stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/436/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1993 li jqiegħed kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili [3], kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni 96/674/KE [4];

    (2) Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, tunikati ekinodermi u gastropodi marini li joriġinaw fiċ-Ċili huma stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/675/KE [5];

    (3) Ir-riferenzi leġislattivi msemmija fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa inkluż fl-Anness A mad-Deċiżjoni 93/436/KEE fihom ċerti żbalji, u huwa għalhekk neċessarju li timmodifikah;

    (4) l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness A mad-Deċiżjoni 93/436/KEE għandu jiġi sostitwit bl-Anness ma hawnhekk.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussell, fil-21 ta’ Diċembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

    [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

    [3] ĠU L 202, tat-12.8.1993, p. 31.

    [4] ĠU L 313, tat-3.12.1996, p. 29.

    [5] ĠU L 313, tat-3.12.1996, p. 38.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS A

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Top