Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0019

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/19/KE tat-18 ta' Marzu 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktarTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 83, 27.3.1999, p. 48–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/19/oj

    31999L0019



    Official Journal L 083 , 27/03/1999 P. 0048 - 0049


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/19/KE

    tat-18 ta' Marzu 1999

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar

    (Test b'relevanza ghaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    (1) Billi l-Kummissjoni eżaminat id-dispożizzjonijiet fuq il-Kapitolu IX fl-Anness II tad-Direttiva fir-rigward ta' l-applikazzjoni tagħhom għal bastimenti tas-sajd b'kull tul ta' bejn 24 u 45 metru, sabiex b'hekk jittieħed akkont tad-daqs ristrett tal-bastimenti għan-numru ta' persuni abbord.

    (2) Billi l-eżami wera li fir-rigward ta' komunikazzjonijiet bir-radju kull livell ekwivalenti ta' sigurtà jista' jiġi garantit għal dawk il-bastimenti, meta joperaw esklussivament fiż-żona tal-baħar A1, billi jiġi meħtieġ il-ġarr ta' kull radju VHF addizzjonali li juża Digital Selective Calling (DSC) minflok Emergency Position Indicating Radio Beacon (EPIRB).

    (3) Billi, fid-dawl ta' dak l-eżami, l-Anness II li jinsab mad-Direttiva għandu jiġi emendat.

    (4) Billi l-emenda hija konformi mal-linji gwida għall-parteċipazzjoni ta' bastimenti mhux-SOLAS fil-Global Maritime Distress and Safety System (GMDSS) kif giet stabbilita mill-Kumitat Marittimu għas-Sigurtà ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima biċ-Ċirkolari 803 tiegħu tad-9 ta' Ġunju 1997.

    (5) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/74/KE [3],

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Dan li ġej huwa magħdud ma' l-Anness II li jinsab mad-Direttiva 97/70/KE, taħt l-intestatura "IL-KAPITOLU IX: KOMUNIKAZZJONIJIET TAR-RADJU":

    "Ir-Regolament 7: Tagħmir tar-radju - żona tal-baħar A1

    Daħħal il-paragrafu ġdid (4) biex jaqra kif ġej:

    "Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament 4(a), l-Amministrazzjoni tista' teżenta bastimenti ġodda tas-sajd b'tul ta' 24 metru jew aktar iżda ta' anqas minn 45 metru u li jaħdmu esklussivament fi vjaġġi fiż-żona tal-baħar A1 mill-ħtiġijiet tar-Regolamenti 6(1)(f) u 7(3) kemm-il darba ikunu mgħammra bi stallazzjoni tad-radju VHF kif ġie stabbilit fir-Regolament 6(1)(a) u, b'żieda, b'kull installazzjoni tad-radju VHF li juża DSC għat-trasmissjoni mill-bastiment għall-art ta' sinjali ta' perikolu kif stabbilit bir-Regolament 7(1)(a).""

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Mejju 2000 sa l-aktar tard. Għandhom javżaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom kull referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixu kif għandha ssir dik ir-referenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert b'din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Marzu 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Neil Kinnock

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 34, tad-9.2.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 247, tal-5. 10. 1993, p. 19.

    [3] ĠU L 276, tat-13.10.1998, p. 7.

    --------------------------------------------------

    Top