EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0622

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 622/98 tas-16 ta' Marzu 1998 dwar assistenza lilpajjiżi applikanti fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni, u partikolarment dwar it-twaqqif ta' Sħubiji ta' Adeżjoni

ĠU L 85, 20.3.1998, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/622/oj

31998R0622



Official Journal L 085 , 20/03/1998 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 622/98

tas-16 ta' Marzu 1998

dwar assistenza lilpajjiżi applikanti fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni, u partikolarment dwar it-twaqqif ta' Sħubiji ta' Adeżjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-Istati assoċjati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant li jixtiequ jingħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea kienu stipulati fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Kopenhagen f'Ġunju 1993; billi d-diffikultajiet prinċipali li dawn l-Istati qegħdin jiffaċċjaw biex jilħqu dawn il-kondizzjonijiet huma identifikati fl-implimentazzjoni tal-proċedura stipulata fl-Artiklu O tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea;

Billi l-Kapijiet ta' l-Istati u tal-Gvernijiet li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew f'Amsterdam bejn is-16 u s-17 ta' Ġunju 1997 reġgħu stqarru l-intenzjoni tagħhom li jsaħħu l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni ta' l-Unjoni sabiex jiffaċilitaw il-preparamenti ta' l-applikanti għal-adeżjoni, u billi l-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta' proposti f'dan ir-rigward li jissejħu "Agenda 2000';"

Billi l-Kunsill Ewropew ġfil-Lussemburgu iddikjara li l-istrument ġdid ta' Sħubiji ta' l-Adeżjoni, li ġie stabbilit mal-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant, jikkostitwixxi il-karatteristika prinċipali ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni sabiex ikunu mmobilizzati l-forom kollha ta' assistenza lill-pajjiżi applikanti fi struttura unika;

Billi ikun xieraq li l-assistenza tal-Komunità Ewropea fil-qafas ta' dawn is-Sħubiji ta' l-Adeżjoni tiffoka fuq id-diffikultajiet diġà msemmija u li tkun iggwidata biprinċipji, prijoritajiet, għanijiet intermedjarji u kondizzjonijiet definiti;

Billi dawn is-Sħubiji, u partikolarment l-għanijiet intermedjarji tagħhom, għandhom jassistu lil kull pajjiż fil-preparazzjoni għas-sħubija f'qafas ta' konverġenza ekonomika u soċjali u fl-iżvilupp tal-programm nazzjonali tagħhom għall-introduzzjoni ta' l-acquis u fil-firxa taż-żmien relevanti għall-implementazzjoni tiegħu;

Billi huwa essenzali li r-riżorsi finanzjarji disponibbli jiġu mmaniġjati bil-għaqal u bi qbil mal-prioritajiet li joħorġu mill-opinjonijiet tal-Kummissjoni fuq it-talbiet ta' adeżjoni u mill-eżaminar ta' dawn l-opinjonijiet tal-Kunsill:

Billi l-assistenza Komunitarja taħt l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni għandha tingħata bl-applikazzjoni ta' programmi ta' assistenza lill-Istati kkonċernati skond id-disposizzjonijiet tat-Trattati; billi, b'hekk, ir-Regolament preżenti ma jkollux implikazzjonijiet finanzjarji;

Billi l-assistenza Komunitarja tingħata bil-kondizjoni li jkunu rrispettati l-obbligi li jinsabu fil-Ftehim Ewropew u li jkun hemm progress fit-twettiq tal-kriterji ta' Copenhagen;

Billi l-programmazzjoni tar-riżorsi finanzjarji li jikkostitwixxu l-assistenza tal-Komunità trid tkun deċiża skond il-proċeduri stipulati fir-Regolamenti dwar il-programmi jew strumenti finanzjarji li relevanti;

Billi huwa xieraq li l-Kunsill jadotta l-prinċipji, prijoritajiet, għanijiet intermedjarji u kondizzjonijiet applikabbli għal kull Sħubija ta' l-Adeżjoni sal-15 ta' Marzu 1998, sabiex jgħin lill-Kummissjoni biex sa l-aħħar ta' l-1998 tistabbilixxi l-ewwel wieħed mis-sensiela ta' rapporti regolari tagħha dwar il-progress muri minn kull pajjiż applikant;

Billi r-rwol tal-korpi mwaqqfa taħt il-Ftehim Ewropew huwa ċentrali biex jassigura l-implementazzjoni tajba u t-tkomplija tas-Sħubija ta' l-Adeżjon;

Billi l-implementazzjoni tas-Sħubija ta' l-Adeżjoni x'aktarx tgħin lill-Komunità tilħaq l-għanijiet tagħha; Billi, it-Trattat ma jsemmix, fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, poteri differenti minn dawk ta' l-Artikolu 235,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Bħala parti mill-istrateġija mtejba ta' qabel l-adeżjoni, għandhom jitwaqqfu Sħubiji ta' l-Adeżjoni għall-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant. Kull Sħubija ta' l-Adeżjoni għandha tipprovdi qafas wieħed li jkopri:

- il-prijoritajiet, kif definiti fl-analiżi tas-sitwazzjoni ta' kull Stat, li fuqhom il-preparamenti għall-adeżjoni jridu jikkonċentraw minħabba l-kriterji politiċi u ekonomiċi u l-obbligi fuq il-Pajjiżi Membri ta' l-Unjoni Ewropea kif definiti mill-Kunsill Ewropew,

- ir-riżorsi finanzjarji biex jassistu lill kull Pajjiż applikant biex jimplementa l-prijoritajiet identifikati fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni.

Artikolu 2

Fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill irid jiddeċiedi, permezz ta'maġġoranza kkwalifikata fuq il-prinċipji, prijoritajiet, għanijiet intermedjarji u kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija ta' l-Adeżjoni individwali, malli jingħataw lil kull Stat applikant, ukoll fuq aġġustamenti sinifikanti li japplikaw għalihom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament ma għandu jkollu l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji. Taħt l-istrateġija ta' qabel-l-adeżjoni, l-assistenza tal-Komunità għandha tkun l-assistenza msemmija fil-programmi adottati skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat.

A bażi tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 2, il-programmazzjoni tar-riżorsi finanzjarji ta' l-assistenza mogħtija fil-qafas tas-Sħubija ta' l-Adeżjoni għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċeduri stipulati fir-Regolamenti li għandhom x'jaqsmu mal-programmi u strumenti finanzjarji korrispondenti.

Artikolu 4

Fejn ikun hemm nieqes element essenzali biex titkompla l-assistenza ta' pre-adeżjoni,, partikolarment meta l-wegħdiet tal-Ftehim Ewropew mhumiex rispettati u/jew progress lejn it-twettiq tal-kriterji ta' Kopenhagen mhumiex suffiċjenti, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni Ewropea u permezz ta' maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu l-passi xierqa fir-rigward ta' kull għajnuna ta' qabel l-adeżjoni mogħtija lill xi Stat applikant.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Marzu 1998.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Cunningham

[1] ĠU C 48, ta' l-1.2.1998, p. 18.

[2] Opinjoni mogħtija fil-11 ta' Marzu 1998 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top