This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0582
98/582/EC: Council Decision of 6 October 1998 amending Commission Decision 97/80/EC laying down provisions for the implementation of Council Directive 96/16/EC on statistical surveys of milk and milk products
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1998 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE li tistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistikali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1998 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE li tistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistikali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
ĠU L 281, 17.10.1998, p. 36–38
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31997D0080 | Tlestija | anness 1 | ||
Modifies | 31997D0080 | Tlestija | anness 2 |
Official Journal L 281 , 17/10/1998 P. 0036 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1998 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE li tistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistikali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (98/582/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 dwar stħarriġ statistikali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1] u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(1) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [2] jistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-butir soġġett għal sistema ta’ intervent pubbliku u l-butir li jikkwalifika għal sussidji ta’ ħażna privata; billi l-butir soġġett għall-intervent pubbliku għandu jkun prodott direttament u esklussivament minn krema pasturizzata; billi din il-kundizzjoni ma tapplikax għal butir f’ħażniet privati; billi għal ċerti miżuri li jipprovdu għajnuna għall-bejgħ ta’ butir fis-suq tal-Komunità u b’mod partikolari s-sistema msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 [3], il-butir għandu jkun prodott direttament u esklussivament minn krema pasturizzata biex dan ikun jista’ jikkwalifika; Billi l-kwantitajiet kbar ta’ butir li jirċievu sussidji mill-Komunità fir-rigward tal-produzzjoni totali jeħtieġu li tiġi stabbilita bażi statistikali li hija xierqa għas-sorveljanza tat-tipi differenti ta’ butir u li tista’ tagħti kas tad-distinzjoni msemmija fuq; Billi, biex tkun żgurata ġestjoni tajba tal-politika komuni dwar l-Agrikoltura, b’mod partikolari is-suq tal-butir, il-Kummissjoni teħtieġ data eżatta li tipprovdi informazzjoni ta’ minn jorbot fuqha dwar l-iżvilupp preċiż tat-tipi diversi ta’ butir u ta’ prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [4] jipprovdi diġà għall-analiżi tat-tipi differenti ta’ butir skond il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda applikabbli għall-kummerċ; billi, biex tibqa’ konsistenti ma’ dan il-metodu, huwa meħtieġ li tiġi segwita l-istess analiżi għall-butir għall-ġbir ta’ informazzjoni statistikali dwar dan il-qasam; billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE tat-18 ta’ Diċembru 1996 li tistabbilixxi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/16/KE fuq stħarriġ statistikali tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [5] għandha għalhekk tiġi emendata; Billi, iżda, għal ċerti tipi ta’ butir u prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib huwa biżżejjed li għalissa jkun provdut għal ġabra u trasferiment tad-data f’din il-fażi, b’mod mhux obbligatorju; Billi l-Kumitat Permanenti għal Statistika dwar l-Agrikoltura (KPSA) ma tax l-opinjoni tiegħu sa l-għeluq taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu; billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Deċiżjoni għandhom, għalhekk, f’konformità ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/16/KE, jiġu adottati mill-Kunsill, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE għandhom jiġu emendati kif muri fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-6 ta’ Ottubru 1998. Għall-Kunsill Il-President M. Bartenstein [1] ĠU L 78, tat-28.3.1996, p. 27. [2] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 (ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21). [3] ĠU L 350, tal-20.12.1997, p. 3. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1061/98 (ĠU L 152, tas-26.5.1998, p. 3). [4] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1084/98 (ĠU L 151, tal-21.5.1998, p.1). [5] ĠU L 24, tal-25.1.1997, p. 26. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE għandu jiġi emendat kif ġej: 1) Il-Kodiċi 23 fil-lista tal-prodotti tal-ħalib għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Kodiċi tal-Prodott | Isem tal-Prodotti | 23 | Butir sħiħ u prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib | 231 | Butir | 2311 | Butir tradizzjonali (*) | 2312 | Butir rikumbinat (*) | 2313 | Butir tax-xorrox (*) | 232 | Butir maħdum u żejt mill-butir (butteroil) | 233 | Prodotti sofor oħra tax-xaħam | 2331 | Butir b'xaħam imnaqqas (*) | 2332 | Oħrajn (*)" | 2) in-nota tal-qiegħ tal-paġna li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tal-lista tal-prodotti tal-ħalib: "(*) il-ġbir u t-trasferiment tad-data mhuwiex obbligatorju." 3) it-test intitolat "BUTIR (23)" fin-noti ta’ spjega għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "BUTIR (23) Butir, sħiħ u prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib (23): jinkludi butir, butir tradizzjonali, butir rikumbinat, butir tax-xorrox, butir maħdum u żejt tal-butir, u prodotti sofor oħra tax-xaħam, espressi f’ekwivalenti ta’ butir li jkollu kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ugwali għal 82 % bil-piż tal-prodott. - Tabella A: Id-Danimarka: tinkludi biss butir (231), - Tabella B: l-intestaturi 231 (butir), 2311 (butir tradizzjonali), 2312 (butir rikumbinat), 2313 (butir tax-xorrox), 232 (butir maħdum u żejt tal-butir), 233 (prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib), 2331 (butir b’xaħam imnaqqas) u 2332 (oħrajn) għandhom jiġu rreġistrati bil-piż tal-prodott. Il-punt 23 biss għandu jingħata fl-ekwivalenti tiegħu ta’ butir. Butir (231): prodott b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux anqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %. - Jinkludi wkoll butir li jkollu ammonti żgħar ta’ ħxejjex aromatiċi, ħwawar, sostanzi aromatiċi, eċċ. bil-kundizzjoni li l-prodott iżomm il-karatteristiċi ta’ butir. Butir tradizzjonali (2311): prodott miksub direttament u esklussivament minn krema pasturizzata, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux anqas minn 80 % iżda inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %. Butir rikumbinat (2312): prodott miksub miż-żejt tal-butir, estratt tal-ħalib niexef bla xaħam u ilma, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %. Butir tax-xorrox (2313): prodott miksub mill-krema tax-xorrox jew minn taħlita ta’ krema tax-xorrox u krema b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %. L-intestaturi 2311, 2312 u 2313 jinkludu wkoll butir li jkollu ammonti żgħar ta’ ħxejjex aromatiċi, ħwawar, sostanzi aromatiċi, eċċ. fuq il-kundizzjoni li l-prodott iżomm il-karatteristiċi tiegħu ta’ butir. Butir maħdum u żejt tal-butir (232): Butir maħdum: butir maħdum ikollu kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ aktar minn 85 % fil-piż. Ħafna drabi, it-terminu jkopri, flimkien ma’ butir maħdum innifsu, numru simili ieħor ta’ butir imnixxfa magħrufin b’mod ġeneriku taħt ismijiet differenti, bħalma huma "butir imnixxef", "butir mingħajr ilma", "żejt tal-butir (butteroil)", "xaħam butiriku" (xaħam tal-ħalib) u "butir konċentrat". Żejt tal-butir (butteroil): prodott miksub mill-ħalib, krema jew butir bi proċessi li jeliminaw l-ilma u l-estratt niexef mingħajr xaħam b’kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 99,3 % tal-piż totali u b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 0,5 % tal-piż totali. - Jinkludi wkoll il-"ghee". - Biex jiġu evitati kalkoli doppji, iż-"żejt tal-butir (butteroil)" għandu x’jaqsam biss mal-produzzjoni diretta mill-krema. Prodotti oħra sofor bix-xaħam (233): Butir b’xaħam imnaqqas (2331): prodott simili għal butir b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ inqas minn 80 % bil-piż (barra x-xaħmijiet l-oħra kollha) (deskrizzjoni kummerċjali skond is-sezzjoni A tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2991/94 [1]: "butir magħmul minn tliet kwarti xaħam", "butir nofsu xaħam" u "butir li jiddellek"). Oħrajn (2332): b’mod partikolari xaħmijiet magħmula minn prodotti tal-pjanti u/jew ta’ l-annimali: prodotti fil-forma ta’ emulsjoni malleabbli prinċipalment tat-tip ta’ l-ilma fiż-żejt, li jkunu ġejjin minn ħaxix solidu u/jew likwidu u/jew xaħmijiet ta’ l-annimali tajbin għall-konsum tal-bniedem, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ bejn l-10 u t-80 % tal-kontenut tax-xaħam (deskrizzjoni kummerċjali skond is-sezzjoni Ċ ta’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2291/94: "taħlita", "taħlita ta’ tliet kwarti xaħam", "taħlita ta’ nofs xaħam" u "taħlita li tiddellek"). Tabella B: jekk il-butir bix-xaħam imnaqqas (2331) u/jew "oħrajn" (2332) jiġi prodott minn butir immanifatturat fl-istess fabbrika tal-ħalib u t-tip ta’ butir ma jkunx jista’ jiġi identifikat (2311, 2312 jew 2313) id-data għandha tittieħed mill-intestatura 23, li tindika l-kwantità ta’ butir konċernat" L-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE għandu jiġi emendat kif ġej: 1) fit-Tabella B "UTILIZZAZZJONI" , l-intestaturi tal-kodiċi 23 ‘Butir u prodotti sofor oħra li fihom ix-xaħam tal-ħalib’ għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "Kodiċi | B. UTILIZZAZZJONI | 23 | Butir sħiħ u prodotti sofor oħra li fihom ix-xaħam tal-ħalib | 231 | Butir | 2311 | Butir tradizzjonali (*) | 2312 | Butir rikombinat (*) | 2313 | Butir tax-xorrox (*) | 232 | Butir maħdum u żejt tal-butir (butteroil) | 233 | Prodotti sofor oħra li fihom ix-xaħam | 2331 | Butir b'xaħam imnaqqas (*) | 2332 | Oħrajn (*)" | 2) in-nota li ġejja għandha tiżdied wara t-Tabella B: "(*) il-ġbir u t-trasferiment tad-data mhuwiex obbligatorju." [1] ĠU L 316, tad-9.12.1994, p. 2. --------------------------------------------------