EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0282

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt

ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/282/oj

31996D0282



Official Journal L 107 , 30/04/1996 P. 0012 - 0015


Deċiżjoni tal-kummissjoni

ta’ l-10 ta’ April 1996

dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt

(96/282/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u b’mod partikulari l-Artikoli 8 u 131 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC,

Billi ċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) skond Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/593/Euratom ta’ l-20 ta’ Novembru 1985 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (ĊRS) [1], kif emendata l-aħħar minn Deċiżjoni 93/95/Euratom [2], u minn Deċiżjoni 94/809/Euratom [3], ġie mogħti struttura li tixraq għall-kompiti assenjati lilu;

Billi din l-istruttura għandha tiġi mibdula kull meta l-Kummissjoni tikkunsidra li hu neċessarju biex tassigura l-aħjar effiċjenza ta’ l-attivitajiet tal-JRC u l-konformità sħiħa li dan ta’ l-aħħar ikun konformi mal-prioritajiet tal-Kummissjoni;

Billi l-Kummissjoni ddeċidiet, fis-16 ta’ Jannar 1996 li l-JRC isir Direttorat Ġenerali indipendenti mill-Kummissjoni biex tiġi fdata lilu l-ġestjoni awtonoma neċessarja għall-implimentazzjoni xierqa tal-kompiti tiegħu;

Billi Deċiżjoni Nru 85/593/Euratom u l-emendi tagħha għandhom jinbidlu kif xieraq mid-Deċiżjoni preżenti,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "JRC", għandu jikkonsisti minn istituzzjonijiet imwaqqfa mill-Kummissjoni biex imexxu programmi ta’ riċerka tal-Komunità u kompiti oħra li jiġu fdati lilu mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

L-organi tal-JRC għandhom ikunu:

- id-Direttorat Ġenerali,

- il-Bord tal-Gvernaturi,

- il-Kumitat Xjentifiku,

Artikolu 3

Iċ-RK għandu jkun taħt l-awtorità ta’ Direttur Ġenerali maħtur mill-Kummissjoni. Id-Direttur Ġenerali u parti mis-servizzi direttament taħtu għandhom ikunu allokati fi Brussell.

Id-Direttur Ġenerali għandu jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji għall-funzjoni effiċjenti tal-JRC b’konsistenza mar-regolamenti li jkunu fis-seħħ u ma’ l-awtorità ddelegata lilu.

Skond il-proċeduri deskritti hawnhekk iżjed ’il quddiem, id-Direttur Ġenerali:

- għandu jipprepara abozzi ta’ programmi għall-oqsma ta’ attivitajiet varji taċ-RK għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni, u jindika l-aspetti finanzjarji tagħhom,

- għandu jwaqqaf strateġija għall-JRC, partikolarment għar-rigward ta’ miżuri kompetittivi, u jieħu l-miżuri xierqa biex jassigura t-twettiq tagħhom,

- għandu jinnegozja u jikkonkludi kuntratti ta’ riċerka ma’ terzi persuni,

- għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ programmi u għall-amministrazzjoni finanzjarja,

- għandu jistabbilixxi l-organizzazzjoni interna tal-JRC, partikolarment jagħti każ tal-ħtiġijiet tal-budget,

- għandu, fi ħdan il-limiti tal-poteri delegati lilu, jeżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità mir-Regolamenti tal-Ħaddiema u bl-awtorità li jikkonkludi kuntratti bil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ impjegati oħra.

Artikolu 4

1. Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-RK huwa hawnhekk imwaqqaf. Huwa għandu jkun jikkonsisti fil-membri li ġejjin:

(a) rappreżentant ta’ livell għoli minn kull Stati Membru, maħtur mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ nominazzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ l-Istat konċernat;

(b) president elett mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri msemmija f’punt (a).

Il-membri kollha għandhom jinħatru għal tliet snin li jiġġeddu.

2. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jassisti lid-Direttur Ġenerali u jagħti opinjonijiet għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet rigward:

- is-sehem tal-JRC fi ħdan l-istrateġija tal-Komunità għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku,

- il-ġestjoni xjentifika/teknika taċ-RK u l-esekuzzjoni tal-kompiti fdati lilu.

Għar-rigward ta’ materji delegati lid-Direttur Ġenerali mill-Kummissjoni u b’konformità mal-materji kollha li jikkonċernaw lill-Bord tal-Gvernaturi b’mod partikulari, id-Direttur Ġenerali għandu jitlob għall-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi dwar il-proposti tiegħu qabel ma jiġu applikati.

L-opinjoni bil-quddiem tal-Bord tal-Gvernaturi hija neċessarja għal kwalunkwe kwistjoni sottomessa għal deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jitratta b’mod partikulari ma’:

(i) il-proposti għal programmi speċifiċi li għandhom ikunu implimentati mil-JRC kif ukoll proposti għal ħidmiet oħra ġodda assenjati lill-JRC;

(ii) il-preparazzjoni ta’ l-ippjanar strateġiku multiannwali li jkopri l-attivitajiet kollha tal-JRC, u kull sena, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, il-pjan annwali ta’ ħidma li jindika l-għanijiet ta’ kull programm ta’ ħidma għas-sena ta’ wara u li jkollu deskrizzjoni qasira tal-programm b’dati importanti, referenzi xjentifiċi u stima tan-nefqa;

(iii) kontinwazzjoni ta’ wara għal programmi speċifiċi ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku tal-JRC:

- l-implimentazzjoni tagħhom, b’attenzjoni partikulari għall-konsistenza tagħhom mal-ħtiġijiet tal-Komunità,

- il-koerenza għall-iżvilupp tagħhom mal-programmi ta’ azzjoni indiretta speċifiċi taħt il-programmi ta’ qafas; għal dan il-għan, il-Bord tal-Gvernaturi jorganizza kull sena skambju ta’ veduti mal-kumitati tal-programmi relevanti,

- kwalunkwe aġġustamenti possibbli tagħhom;

(iv) il-kontinwazzjoni ta’ wara tar-relazzjonijiet ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni u terzi persuni dwar il-prinċipju tal-konsumatur/kuntrattur;

(v) l-istrateġija għall-attivitajiet kompetittivi tal-JRC u kontinwazzjoni ta’ wara tagħhom;

(vi) it-tfassil ta’ proposti għall-budget annwali tal-JRC u l-kontroll għall-implimentazzjoni tiegħu;

(vii) - l-organizzazzjoni tal-JRC,

- il-ġestjoni finanzjarja tiegħu,

- investimenti kbar,

- implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka tiegħu,

- evalwazzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar minn "gruppi ta’ viżitaturi" magħmulin minn esperti indipendenti u kontinwazzjoni ta’ wara tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom;

(viii) politika għall-ħaddiema, b’enfasi speċjali fuq:

- it-tfassil ta’ proposti dwar politika għall-ħaddiema tal-JRC,

- l-aspetti marbuta ma’ ċaqliq ta’ ħaddiema u skambji ta’ ħaddiema xjentifiċi u tekniċi ma’ korpi pubbliċi u privati fl-Istati Membri;

(ix) il-ħatra u ż-żieda fiż-żmien jew it-tmien tal-funzjonijiet tal-ħaddiema f’livell għoli tal-JRC.

3. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu joħroġ opinjonijiet fuq il-bażi tal-maġġoranza meħtieġa mill-Artikolu 118(2) tat-Trattat KEEA, bil-voti jġorru piż skond dan it-Trattat. Il-President ma għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kont ta’ l-opinjonijiet maħruġa mill-Bord tal-Gvernaturi. Fin-nuqqas tal-kunsens tal-Bord tal-Gvernaturi għal proposta mid-Direttur Ġenerali, hija għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, li għandha tiddeċiedi dwar il-materja. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jkun infurmat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jkun infurmat mingħajr dewmien jekk id-deċiżjoni ma taqbilx ma’ l-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi. Huwa għandu jkun infurmat ukoll bir-raġunijiet għad-deċiżjoni.

Jekk il-Kummissjoni ma taċċettax opinjoni maħruġa mill-Bord tal-Gvernaturi dwar materji li jeħtieġu deċiżjoni mill-Kummissjoni, l-implimentazzjoni ta’ miżuri dwar tali materji għandhom ikunu posposti għal xahar; matul dan ix-xahar il-materji konċernati għandhom jintbagħtu lura lill-Bord tal-Gvernaturi u għandha tintalab opinjoni ġdida. Malli tirċievi din l-opinjoni jew fi tmiem ix-xahar ikkonċernat, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni finali u għandha tinforma lill-Bord ta’ Gvernaturi b’dan. Jekk ma tkunx tista’ taċċetta l-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha u bir-raġunijiet għad-deċiżjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Bord tal-Gvernaturi nfurmat bid-deċiżjonijiet tagħha dwar il-JRC rigward kull materja li dwarha l-Bord tal-Gvernaturi jkun ħareġ opinjoni.

Il-Bord tal-Gvernaturi jista’, permezz tal-Kummissjoni, jissottometti opinjonijiet lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-materji kollha marbuta mal-JRC.

4. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu fuq ir-rapport ta’ ġestjoni annwali mħejji mid-Direttur Ġenerali. Dawn l-osservazzjonijiet, flimkien mar-rapport ta’ ġestjoni annwali kif approvat mill-Kummissjoni, għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Il-Bord tal-Gvernaturi għandu javża lid-Direttur Ġenerali dwar l-organizzazzjoni ta’ l-evalwazzjoni tal-kompiti magħmula mil-JRC, marbuta kemm mar-riżultati xjentifiċi u tekniċi u mal-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja taċ-entru; hu għandu wkoll jagħti parir dwar l-għażla ta’ esperti independenti magħżula biex jippartiċipaw f’din l-evalwazzjoni. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jissottometti l-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet.

5. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiltaqa’ mill-inqas erba’ darbiet fis-sena.

Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jfassal ir-regoli ta’ proċedura tiegħu, inklużi regoli dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol tiegħu.

Iċ-ĊRSK għandu jipprovdi s-segretarjat tal-Bord tal-Gvernaturi u jqiegħed għad-disposizzjoni tal-Bord kull informazzjoni li jkun jeħtieġ.

Artikolu 5

Kumitat xjentifiku tal-JRC huwa hawnhekk imwaqqaf biex jassisti lid-Direttur Ġenerali.

Nofs il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn membri nominati mid-Direttur Ġenerali minn fost il-kapijiet ewlenin ta’ taqsima jew managers ta’ proġetti u ħaddiema xjentifiċi fi grad għoli, u n-nofs l-ieħor għanu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ ħaddiema xjentifiċi u tekniċi eletti minn dawk il-ħaddiema.

Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun konsultat regolarment mid-Direttur Ġenerali fuq il-kwistjonijiet kollha ta’ natura xjetifika jew teknika dwar l-attivitajiet tal-JRC. B’rabta ma’ dan, huwa għandu, b’mod partikulari, jieħu sehem fit-thejjija ta’ abbozzi ta’ programmi.

Artikolu 6

1. Meta titqies il-politika ġenerali adottata mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew u l-linji ta’ gwida ġenerali maħruġa mill-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali għandu jħejji l-abbozzi ta’ programmi għall-oqsma ta’ attivitajiet tal-JRC.

2. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jkun konsultat dwar l-abbozzi ta’ programmi.

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozzi ta’ programmi fid-dawl tal-politika ġenerali tal-Komunità u tagħti kont tas-sitwazzjoni tal-budget ta’ din ta’ l-aħħar. Hija għandha tadotta l-proposti skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat u tqegħidhom quddiem il-Kunsill.

Artikolu 7

1. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun responsabbli ta’ l-eżekuzzjoni propja tal-programmi mogħtija lill-JRC. Hu għandu jmexxi, bid-deċiżjonijiet tiegħu, l-attivitajiet ta’ l-Istituti u servizzi, u b’mod partikolari jiddeċiedi bejn il-metodi alternattivi ta’ implimentazzjoni ta’ l-għanijiet tal-programmi.

2. Huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha li tkun teħtieġ biex tfassal ir-rapporti meħtieġa minn l-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Euratom.

3. Id-Direttur Ġenerali għandu jiżgura, kif neċessarju, li l-programmi suċċessivi huma kordinati sew u jirrelataw flimkien, waqt l-implimentazzjoni u l-preparazzjoni, iżomm kont partikolari ta’ l-infrastruttura xjentifika u industrijali tal-JRC. Id-Direttur Ġenerali għandu jirranġa għal reviżjoni tal-programmi li għandha ssir kull sentejn.

Artikolu 8

1. Kull sena d-Direttur Ġenerali għandu jagħmel stima tal-fondi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi, biex jagħti ċans għat-tfassil tal-parti li tikkorrispondi ma’ l-abbozz preliminari tal-budget tal-Komunitajiet. Din l-istima għandu jkollha tbassir tad-dħul u infieq dwar xogħol li jkun sar mill-JRC għal attivitajiet kompetittivi.

L-Artikolu 6 għandu japplika, mutatis mutandis, għat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ budgets preliminari għal attivitajiet ta’ riċerka.

2. Infieq tal-JRC għandhom ikunu awtorizzati mid-Direttur Ġenerali; huwa għandu jiffirma ordnijiet għal ħlas u rċevuti; huwa għandu jikkonkludi kuntratti u jawtorizza trasferimenti ta’ fondi.

3. Id-Direttur Ġenerali għandu jissottometti lill-Kummissjoni fl-aħħar tas-sena finanzjarja rendikont finanzjarju ta’ dħul u infieq għal dik is-sena finanzjarja.

4. Il-Kummissjoni għandha taħtar l-uffiċjal responsabbli għall-kontroll ta’ impenji u l-awtorizzazzjoni ta’ nfieq kif ukoll il-kontroll fuq id-dħul.

5. Il-Kummissjoni għandha taħtar uffiċjal għall-kontijiet responsabbli għall-ħlas ta’ spejjeż u d-dħul u biex iħaddem il-fondi u sigurtajiet, u li huwa jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom.

Artikolu 9

1. Fi ħdan il-limiti ta’ poteri delegati lilu, id-Direttur Ġenerali għandu jkollu tali poteri fuq il-ħaddiema kif mogħtija lilu mill-awtorità li taħtar.

2. Madankollu, fir-rigward ta’ uffiċjali u impjegati oħra ta’ gradi A1 u A2, il-poteri stabbiliti fl-Artikoli 29, 49, 50 u 51 u Titolu VI tar-Regolamenti tal-Ħaddiema għandhom ikunu eżerċitati mill-Kummissjoni bi proposta mid- Direttur Ġenerali.

3. Id-Direttur Ġenerali għandu, f’isem il-Kummissjoni, jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tkun assigurata s-sigurtà ta’ persuni u stallazzjonijiet li għalihom huwa jkun responsabbli.

Artikolu 10

Id-Direttur Ġenerali jista’ jiddelega lid-Deputat Direttur Ġenerali u lid-Diretturi l-poteri mogħtija lilu.

Magħmula fi Brussell, fl-10 ta’ April 1996.

Għall-Kummissjoni

Édith Cresson

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 373, tal-31.12.1985, pġ. 6.

[2] ĠU L 37, tat-13.2.1993, pġ. 44

[3] ĠU L 330, tal-21.12.1994, pġ. 64.

--------------------------------------------------

Top