EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0009

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/9/KE tas-7 ta' April 1995 li temenda d-Direttiva 94/39/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiżi għall-għalf ta'l-annimali għal skopijiet nutrizjonali partikolari Test b'relevanza ŻEE

ĠU L 91, 22.4.1995, p. 35–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008L0038

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/9/oj

31995L0009



Official Journal L 091 , 22/04/1995 P. 0035 - 0038


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/9/KE

tas-7 ta' April 1995

li temenda d-Direttiva 94/39/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiżi għall-għalf ta'l-annimali għal skopijiet nutrizjonali partikolari

(Test b'relevanza gћaz-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar il-materjali ta' l-għalf għal skopijiet partikolari nutrizjonali [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 6(c) tagħha,

Billi l-Artikolu 6(c) tad-Direttiva 93/74/KEE jipprovdi li l-miżuri adottati skond l-Artikolu 6(a) jistgħu ikunu aġġustati għall-iżviluppi fil-għerf xjentifiku u tekniku; billi dawk il-miżuri kienu ġew adottati bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/39/KE [2];

Billi ċerti skopijiet nutrizjonali ma setgħux għal-ewwel ikunu nklużi fil-lista ta' użu intiżi tal-materjali ta' l-għalf ta' l-annimali għal skopijiet nutrizzjonali partikolari minħabba l-assenza f'dak iż-żmien ta' metodi tal-Komunità għall-kalkolazzjoni tal-valur ta' l-enerġija fl-ikel ta' l-annimali tad-djar;

Billi metodu għall-kalkolazzjoni tal-valur ta' l-enerġija issa kien adottat fil-livell tal-Komunità u l-imsemmija skopijiet nutrizzjonali jistgħu għalhekk ikunu nklużi fil-lista;

Billi, aktar minn hekk, il-lista ta' l-iskopijiet nutrizzjonali partikolari adottata għall-ekwini għandha tkun adattata u issuplementata fuq il-bażi tad-data disponibbli;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-materjali ta' l-għalf,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 94/39/KE huwa emendat b'konformità ma' l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1995. Huma għandhom immedjatament jinformaw b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istat Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet essenzali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' April 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 23.

[2] ĠU L 207, ta' l-10.8.1994, p. 20.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Fil-Parti B, wara l-iskop nutrizzjonali

"Tnaqqis tar-ram fil-fwied għal klieb u qtates"

, dan li ġej għandu jkun miżjud:

"Skopijiet nutrizzjonali partikolari | Karatteristiċi nutrizzjonali essenzali | Serje jew kategorija ta' l-annimali | Dikjarazzjonijiet tal-ittikkettjar | Tul ta' żmien rakkommandat għall-użu | Disposizzjonijiet oħrajn |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

‘Tnaqqis tal-piż eċċessiv tal-ġisem | — Densità ta' enerġija baxxa | Klieb u qatates | —Valur ta' l-enerġija (ikkalkolat skond metodu KE) | Sakemm il-mira tal-piż tal-ġisem tkun ġiet milħuqha | Fl-istruzzjonijiet għall-użu, l-ammont tad-doża xierqa ta' kuljum, għandha tkun irrakkommandata |

Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza [1] | —Densità ta' enerġija għolja, konċentrazzjonijiet għolja ta' nutrienti essenzali u ingredjenti diġestibbli għolja | Klieb u qatates | —Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli—Valur ta' l-enerġija (ikkalkolat skond metodu KE)—Kontenut ta' η-3 u η-6 aċidi xaħmija (jekk miżjuda) | Sakemm ir-restawr ikun milħuq | "Amministrazzjoni taħt is-superviżjoni veterinarja" |

2. Fil-parti B, it-test ta' l-iskopijiet nutrizzjonali partikolari li jikkonċernaw l-ekwini huwa mibdul b'dan it-test li ġej:

"Skopijiet nutrizzjonali partikolari | Karatteristiċi nutrizzjonali essenzali | Serje jew kategorija ta' l-annimali | Dikjarazzjonijiet ta' l-ittikkettjar | Tul ta' żmien rakkommandat għall-użu | Disposizzjonijiet oħrajn |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Kumpens għal insuffiċjenza kronika fil-funzjonijiet ta' l-imsaren iż-żgħar | —Karboidrati diġestibbli prekaekalli għolja | Ekwini [2] | —Sorsi ta' karbo-idrati diġestibbli għolja, proteini, u xaħmijiet, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli | Inizjalment sa sitt xhur | Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta' l-għalf huwa xieraq u l-manjiera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf inklużi ikliet żgħar ta' kuljum Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksubha qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta' l-użu" |

Kumpens għal disordni diġestiva kronika ta' l-intestini l-kbar | — Fibra ferm diġestibbli | Ekwini | — Sorsi tal-fibra —Kontenut ta' η-3 aċidi xaħmija (jekk miżjuda) | Inizjalment sa sitt xhur | Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta' l-għalf huwa xieraq u l-manjera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf inklużi ikliet żgħar ta' kuljum Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksubha qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta' l-użu" |

Tnaqqis tar-reazzjonijiet ta' l-istress | — Ingredjenti ferm diġestibbli | Ekwini | — Magneżju —Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli—Kontenut ta' η-3 aċidi xaħmija (jekk miżjuda) | minn 2 sa 4 ġimgħat | Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta' l-għalf huwa xieraq u l-manjera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf inklużi ikliet żgħar ta' kuljum |

Kumpens għat-telf ta' l-elettrolite fil-każi ta' għaraq żejjed | Elettrolite predominanti u karbo-idrati faċiliment assorbibbli | Ekwini | — Kalċju, — Sodju, — Magneżju — Putassa — Kloridi — Glukożju | Minn wieħed sa tlett ijiem | Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta' l-għalf huwa xieraq u l-manjera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf inklużi ikliet żgħar ta' kuljum Indika fuq l-istruzzjonijiet għall-użu: "L-ilma għandu jkun disponibbli il-ħin kollu" |

Restawr nutrizzjonali, konvalixenza | —Konċentrazzjoni għolja tan-nutrimenti essenzali u ta' l-ingredjenti ferm diġestibbli | Ekwini | —Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli—Kontenut ta' η-3 u η-6 aċidi xaħmija (jekk miżjuda) | Sakemm ir-restawr ikun milħuq | Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta' l-għalf huwa xieraq u l-manjera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf inklużi ikliet żgħar ta' kuljum Fil-każ ta' għalf speċjalment ippreżentat li għandu jkun mogħti via it-tubi, indika fuq il-pakkett, kontenitur jew tikketta: "Amministrazzjoni taħt is-superviżjoni veterinarja" |

Sostenn tal-funzjoni tal-fwied fil-każ ta' insuffiċjenza kronika tal-fwied | —Livell baxx ta' proteina ta' kwalità għolja u karboidrati diġestibbli għoljin | Ekwini | — Proteini u sorsi ta' fibra —Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli— Metjonin — Kolin —Kontenut ta' η-3 aċidi xaħmija (jekk miżjuda) | Inizjalment sa sitt xhur | Gwida għandha tkun ipprovduta dwar il-manjiera li permezz tagħha l-għalf għandu jkun mitmugħ, inklużi diversi ikliet żgħar kuljum Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksubha qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta' l-użu" |

Sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta' insuffeċjenza kronika renali | —Livell baxx ta' proteina imma ta' kwalità għolja u livell baxx ta' fosfru | Ekwini | — Sorsi ta' proteini — Kalċju, — Fosfru — Putassa — Magneżju — Sodju, | Inizjalment sa sitt xhur | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: "Huwa rakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksubha qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta' l-użu" Indika fuq l-istruzzjonijiet ta' l-użu: "L-ilma għandu jkun disponibbli il-ħin kollu" |

[1] "Fil-każ ta' materjali ta' l-għalf għall-qtates, il-manifattur jista jżid l-iskop nutrizzjonali partikolari b'referenza għall ""Lipidosi ħepatika fellina""

[2] "Fil-każ ta' materjali ta' l-ikel li huma speċjalment preparati sabiex jilħqu l-kondizzjonijiet speċifi1i ta' annimali ferm xjuħ (ingredjenti faċilment diġestibbli), referenza għal ""annimali xjuħ"" għandha tkun inkluża fl-indikazzjoni tal-ispeċje jew tal-kategorija ta' l-annimali."

--------------------------------------------------

Top