EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0197

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 1993 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta’ annimali tar-razza ta’ l-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni

ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Imħassar b' 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/197/oj

31993D0197



Official Journal L 086 , 06/04/1993 P. 0016 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0069
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0069


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta’ Frar 1993

fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta’ annimali tar-razza ta’ l-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni

(93/197/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jjistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tmexxija u l-importazzjoni għall-pajjiżi terzi ta’ l-ekwidi [1], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 92/36/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 15 punt (a) u l-Artikolu 16 tagħha,

Billi permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/42/KEE [3], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/100/KEE [4], il-lista tal-pajjiżi terzi mil-liema l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-euqidae partikolarment kienu stabbiliti;

Billi huwa wkoll neċessarju biex tiġi kkunsidrata r-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi li jidhru fuq il-lista msemmija fuq, li huwa s-suġġett tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [5], kif emendata mid-Deċiżjoni 92/161/KEE [6];

Billi l-awtoritajiet responsabbli veterinarji impenjaw ruħhom biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bit-telegramma, telex jew telefax, fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ l-okkorrenza ta’ kwalunkwe marda infettiva jew kontaġġjuża fl-ekwidi tal-lista A u B ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali tal-mard Epiżootiku jew ta’ l-adozzjoni tat-tilqim kontra kwalunkwe minnhom jew, f’perjodu proprju, ta’ kwalunkwe bidliet fir-regoli ta’ l-importazzjoni nazzjonali li jikkonċernaw ekwidi;

Billi l-kondizzjonijiet biex jiġu akkwistati għall-importazzjonijiet ta’ l-ekwidi għat-tnissil u produzzjoni japplikaw mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/469/KEE [7] li l-ebda sustanzi tireostatiċi, estroġeniki, androġeniki jew gestaġeniki ma huma użati għal skopijiet ta’ simna f’ekwidi;

Billi l-Istati Membri jimportaw l-ekwidi skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE [8], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 92/438/KEE [9], li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-ħarsien veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi;

Billi l-eżistenza ta’ sitwazzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa bejn ċerti pajjiżi terzi jiġġustifikaw stabbiliment ta’ ċerti żoni ta-saħħa għall-importazzjoni ta’ l-ekwidi;

Billi l-kategoriji differenti ta’ l-ekwidi għandhom il-fatturi tagħhom u l-importazzjonijiet tagħhom huma awtorizzati għal skopijiet differenti; fejn, għalhekk bżonnijiet tas-saħħa speċifiċi jridu jiġu stabbiliti għall-importazzjonijiet ta’ l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni;

Billi, peress minħabba l-eżistenza ta’ sitwazzjonijiet differenti tas-saħħa, huwa għalhekk neċessarju biex jistabbilixxu ċerti ċertifikazzjonijiet tas-saħħa għall-ekwidi rreġistrati u għall-ekwidi għat-tnissil u produzzjoni;

Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tnissil u produzzjoni:

- ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fl-Anness I, u

- jikkonformaw mal-bżonnijiet stipulati fil-kampjun xieraq taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali iddikjarat fl-Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Frar 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichenm

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, ta’ l-1.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 157, tal-25.6.1992, p. 10.

[3] ĠU L 146, tas-6.6.1979, p. 14.

[4] ĠU L 40, tas-17.2.1993, p. 23.

[5] ĠU L 71, ta’ l-1.3.1992, p. 27.

[6] ĠU L 71, ta’ l-1.3.1992, p. 29.

[7] ĠU L 275, tas-16.9.1986, p. 36.

[8] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[9] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Grupp A

l-Awstrija, il-Finlandja, Groenlandja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja, l-Isvizzera

Grupp B

L-Awstralja, il-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, in-New Zealand, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja [1], is-Serbja, ir-Repubblika ta’ l-Islovakkja, l-Islovenja, l-Ukranja

Grupp Ċ

il-Kanada, Hong Kong [2], il-Ġappun [3], l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Grupp D

l-Arġentina, il-Barbados [4], Bermuda [5], il-Bolivja [6], il-Brażil [7], iċ-Ċili, Kuba [8], il-Ġamajka [9], il-Messiku, il-Paragwaj, l-Urugwaj

Grupp E

L-Alġerija, il-Baħrejn [10], l-Iżrael, il-Ġordan [11], il-Kuwajt [12], il-Libja [13], Malta, il-Mawrizju, l-Oman [14], it-Tuniżija, il-Emirati Għarab Magħquda [15]

[1] Għarfien tal-pajjiż kif iddikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE.

[2] Żwiemel irreġistrati biss.

[3] Żwiemel irreġistrati biss.

[4] Żwiemel irreġistrati biss.

[5] Żwiemel irreġistrati biss.

[6] Żwiemel irreġistrati biss.

[7] Żwiemel irreġistrati biss.

[8] Żwiemel irreġistrati biss.

[9] Żwiemel irreġistrati biss.

[10] Żwiemel irreġistrati biss.

[11] Żwiemel irreġistrati biss.

[12] Żwiemel irreġistrati biss.

[13] Żwiemel irreġistrati biss.

[14] Żwiemel irreġistrati biss.

[15] Żwiemel irreġistrati biss.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

A. Ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ l-ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tnissil u produzzjoni mill-pajjiżi terzi assenjati minn grupp A.

B. Ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ l-ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tnissil u produzzjoni mill-pajjiżi terzi assenjati minn grupp B.

C. Ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ l-ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tnissil u produzzjoni mill-pajjiżi terzi assenjati minn grupp B. Ċ

D. Ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ l-ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tnissil u produzzjoni mill-pajjiżi terzi assenjati minn grupp D.

E. Ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ l-ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tnissil u produzzjoni mill-pajjiżi terzi assenjati minn grupp E.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top