Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R2719

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2719/92 tal-11 ta' settembru 1992 dwar id-dokument amministrattiv li jakkumpanja l-moviment taħt arranġamenti ta' sospensjoni tat-taxxa fuq prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa

    ĠU L 276, 19.9.1992, p. 1–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2010; Imħassar b' 32009R0684

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/2719/oj

    31992R2719



    Official Journal L 276 , 19/09/1992 P. 0001 - 0010
    Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0070
    Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0070


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2719/92

    tal-11 ta' settembru 1992

    dwar id-dokument amministrattiv li jakkumpanja l-moviment taħt arranġamenti ta' sospensjoni tat-taxxa fuq prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/EEC tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa u dwar iż-żamma, l-moviment u s-sorvelja ta' prodotti ta' din ix-xorta [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 18(1) u 19 (1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Taxxi tas-Sisa,

    Billi l-moviment ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa bejn l-imħażen tat-taxxa u bejn maħżen tat-taxxa u operatur reġistrat jew mhux reġistrat isir taħt arranġamenti ta' sospensjoni ta' taxxa; billi huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod obbligatorju l-forma u l-kontenut tad-dokument li jakkompanja li jista’ jkun kemm dokument amministrattiv kif ukoll dokument kummerċjali;

    Billi huwa wkoll meħtieġ li jiġi stabilit min għandu jgħaddi r-raba’ kopja tad-dokument ta' l-akkompanjament maħsub għall-awtoritajiet kompetenti lil dawk l-awtoritajiet u kif dan għandu jseħħ; billi huwa mixtieq u konformi mal-prattika li din l-obbligazzjoni titqiegħed fuq il-konsenjatarju fil-pajjiż tad-destinazzjoni, peress illi huwa biss ikun qiegħed f'pożizzjoni biex jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu dan id-dokument, li huwa importanti għall-iskopijiet ta' superviżjoni tat-taxxa, mingħajr il-perikolu li dan jispiċċa fejn m'għandux; billi r-raba’ kopja wkoll għandha jkollha magħha ċertifikazzjoni ta'riċevuta, jekk dan ikun mitlub mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni, li jkun jindika lil dawk l-awtoritajiet illi l-oġġetti kienu ġew riċevuti fil-maħżen tat-taxxa tal-konsenjatarju,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dokument li jidher fl-Anness għandu jintuża bħala d-dokument amministrattiv li jakkompanja l-moviment taħt l-arranġamenti ta' sospensjoni tat-taxxa fuq prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa fis-sens ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/EEC. L-istruzzjonijiet rigward il-mili tad-dokument u l-proċeduri dwar kif dan jintuża jidhru fuq in-naħa ta' wara tal-kopja 1 ta' dan id-dokument.

    Artikolu 2

    1. Dokument kummerċjali jista’ jintuża flok id-dokument amministrattiv sakemm dan ikollu l-istess informazzjoni meħtieġa li tkun tidher fid-dokument amministrattiv.

    2. Dokument kummerċjali li ma jkollux format bħad-dokument amministrattiv għandu jkollu l-istess elementi ta'l-informazzjoni meħtieġa mid-dokument amministrattiv, u n-natura ta' l-oġġetti ta' l-informazzjoni għandha tkun identifikata b'numru li jkunu jikkorrispondi man-numru tal-kaxxa relattiva fuq id-dokument amministrattiv.

    Artikolu 3

    Fejn il-prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa jkunu misjuqa f'kondutturi fissi l-Istati Membri involuti jistgħu, bi ftehim ma’ xulxin, jawtorizzaw it-tip u l-kwantità tal-oġġetti misjuqa bejn il-maħżen ta' taxxa ta' min jikkonsenja u l-maħżen ta' taxxa tal-konsenjatarju u dan għandu jiġi rrapportati permezz ta'proċeduri komputerizzati li se jieħdu post id-dokument li jakkompanja. Arranġament ta' din ix-xorta għandu jkun biżżejjed biex jassigura illi d-data kollha meħtieġa għall-kontroll ta' l-inventarju u għall-ġbir ta' taxxa jiġu pprovduti.

    Artikolu 4

    Il-konsenjatarju, jekk ikun meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni, għandu jinnota r-raba’ kopja tad-dokument li jakkompanja bl-istess ċertifikazzjoni ta' riċevuta bħal fuq it-tielet kopja (il-kopja tar-ritorn) u għandu jagħmilha disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom irid jgħarraf skond l-istruzzjonijiet tagħhom.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993.

    Dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Brussell, fil-11 ta' Settembru 1992.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top