This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990R1422
Commission Regulation (EEC) No 1422/90 of 23 May 1990 concerning the classification of certain goods in the combined nomenclature
Ir-Regolament tal-KummissjonI (KEE) Nru 1422/90 tat-23 ta' Mejju 1990 li tikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda
Ir-Regolament tal-KummissjonI (KEE) Nru 1422/90 tat-23 ta' Mejju 1990 li tikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda
ĠU L 137, 30.5.1990, p. 5–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 31999R0936 | Emenda | anness | 06/05/1999 |
Official Journal L 137 , 30/05/1990 P. 0005 - 0006
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0127
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0127
Ir-Regolament tal-KummissjonI (KEE) Nru 1422/90 tat-23 ta' Mejju 1990 li tikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomeklatura tat-tariffi u ta' l-Istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1251/90 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9, Billi sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa neċessarju li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li jagħmel referenza għalihom l-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 pprovda regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenkalutra magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi totalment jew in parti bbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali għaliha u li hi mwaqqfa b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-viżjoni għall-applikazzjoni ta' tariffa jew miżura oħra li għandha x'taqsam man-negozju f'oġġetti; Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa għar-Regolament preżenti għandha tkun ikklassifikata skond il-kodiċi CN xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet speċifikati fil-kolonna 3; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi CN xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ġurnata mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussell, fit-23 ta' Mejju 1990. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 121, tat-12.5.1990, p. 29. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-kodiċi CN | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | żejt tas-sardin | 500,0 mg | trab tat-tewm | 60,0 mg | xemgħa tan-naħal | 24,0 mg | emulsifier vegetali | 11,0 mg | antioxidant | 5,0 mg | | | 21069091 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota la għall-Kapitolu 30 u bil-lingwaġġ tal-kodiċi CN 2106, 210690 u 21069091. Il-prodott li mhuwiex ippreparat għal skopijiet terapewtiċi jew profilaktiċi huma kkunsidrati bħala suppliment għall-ikel kif imsemmi fin-Noti spjegattivi tas-Sistema Armonizzata, kodiċi 2106. | 2. Preparazzjoni fil-forma ta' pilloli li jinbiegħu bl-imnut bl-istruzzjonijiet u direzzjonijiet għall użu. Kull pillola jkun fiha: weraq tal-papaya f'forma ta' trab | 152,5 mg | papain | 17,5 mg | adjuvants | 80,0 mg. | Il-prodott ikun fih 4 % zakkarina (li jinkludi zokkor invert). | | 21069091 | Il-Klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota la għall-Kapitolu 30 u mill-lingwaġġ tal-kodiċi CN 2106, 210690 u 21069091. Il-prodott, li mhuwiex ippreparat għal raġunijiet terapewtiċi jew profilaktiċi huwa kkunsidrat bħala suuppliment alimentari kif imsemmi fin-Noti Spjegattivi għas-Sistema Armonizzata, kodiċi 2106. | 3. Il-preparazzjoni fil-forma ta' kapsuli tal-ġelatina, li jkun fihom estratt tat-tewm f'żejt taż-żebbuċ, ippakkjat sabiex jinbiegħ bl-imnut b'informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u d-direzzjonijiet għall-użu | 21069091 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota la għall-Kapitolu 30 u mill-lingwaġġ tal-kodiċi CN 2106, 210690 u 21069091. Il-prodott, li mhuwiex ippreparat għal raġunijiet terapewtiċi jew profilaktiċi huwa kkunsidrat bħala suppliment alimentari kif imsemmi fin-Noti Spjegattivi għas-Sistema Armonizzata, kodiċi 2106. | 4. Il-preparazzjoni fil-forma ta' pilloli li mhumiex intiżi għall-bejgħ bl-imnut. Kull pillola jkun fiha: trab tat-tewm | 270,0 mg | trab tax-xorrox | 216,5 mg | ħmira tal-brewer | 27,0 mg | actu alginiku | 22,0 mg | kelp (ħaxixa tal-baħar) | 9,0 mg | stearate tal-magnisju | 5,5 mg. | Il-prodott ikun fih aktar minn 2,5 % bil-piż fi proteina tal-ħhalib | | 21069099 | Il-Klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota la għall-Kapitolu 30 u mill-lingwaġġ tal-kodiċi CN 2106, 210690 u 21069099. Il-prodott, li mhuwiex ippreparat għal raġunijiet terapewtiċi jew profilaktiċi huwa kkunsidrat bħala suppliment alimentari kif imsemmi fin-Noti Spjegattivi għas-Sistema Armonizzata, kodiċi 2106. | 5. Il-Preparazzjoni f'forma ta' pilloli li jkunu ser jinbiegħu b'informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u d-direzzjonijiet għall-użu. Kull pillola jkun fiha: trab tal-madder (Radix Rubia) | 200 mg | adjuvants | 50 mg. | Il-prodott fih 14 % sucrose (li jinkludi z-zokkor invert). | | 21069099 | Il-Klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota la għall-Kapitolu 30 u mill-lingwaġġ tal-kodiċi CN 2106, 210690 u 21069099. Il-prodott, li mhuwiex ippreparat għal raġunijiet terapewtiċi jew profilaktiċi huwa kkunsidrat bħala suppliment alimentari kif imsemmi fin-Noti Spjegattivi għas-Sistema Armonizzata, kodiċi 2106. | --------------------------------------------------