Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0628

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 1990 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurta’ u s-sistema ta’ trażżin ta’ vetturi bil-mutur

    ĠU L 341, 6.12.1990, p. 1–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/628/oj

    31990L0628

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 1990 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurta’ u s-sistema ta’ trażżin ta’ vetturi bil-mutur

    Official Journal L 341 , 06/12/1990 P. 0001 - 0013
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0003
    CS.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214
    ET.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214
    HU.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214
    LT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214
    LV.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214
    MT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214
    PL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214
    SK.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214
    SL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 202 - 214


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    tat-30 ta’ Ottubru 1990

    li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurta’ u s-sistema ta’ trażżin ta’ vetturi bil-mutur

    (90/628/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Having regard to Council Directive 77/541/EEC of 28 June 1977 on the approximation of the laws of the Member States relating to safety belts and restraint systems of motor vehicles (1), as last amended by the Act of Accession of Spain and Portugal, and in particular Article 10 thereof, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurta’ u s-sistema ta’ trażżin ta’ vetturi bil-mutur [1], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Billi evalwazzjoni komprensiva tad-Direttiva 77/541/KEE wriet li huwa possibbli li s-sigurtà fit-triq tiġi mtejba aktar bl-applikazzjoni ta’ l-esperjenza prattika u l-iżvilupp teknoloġiku u billi wieħed jikkunsidra l-progress li sar fil-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari fir-Regolament Nru 16, billi

    - jiġu mdaħħla ħtiġiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ "ċinturini arneż" għal tipi speċjali ta’ vetturi,

    - jiġu mdaħħla ħtiġiet għall-approvazzjoni tat-tip taċ-ċinturini ta’ sigurtà bi preloaders,

    - tiġi speċifikata l-installazzjoni ta’ ċinturini tas-sigurtà adatti għall-posizzjonijiet ta’ bilqiegħda kollha fil-kategoriji ta’ vetturi bil-mutur kollha b’eċċezzjonijiet minimi skond kif ikun hemm bżonn,

    - jiġi ntrodott mudell għal dokument li jiċċertifika l-installazzjoni attwali ta’ ċinturini tas-sigurtà f’tip ta’ vettura speċifiku li għandu jiġi approvat,

    - jiġu ntrodotti ħtiġiet ta’ test għall-mezzi li jaġġustaw l-għoli għaċ-ċinturini,

    u

    - jiġu ntrodotti ħtiġiet aktar stretti fuq il-konformità tal-produzzjoni;

    Billi l-esperjenza turi li xi definizzjonijiet u ħtiġiet eżistenti għandhom jiġu aġġustati kemm kemm;

    Billi għandha tiġi mtejba l-protezzjoni tal-passiġġieri, speċjalment tal-passiġġieri f’xarabanks u coaches, kontra t-tfigħ ‘il barra fil-każ ta’ aċċident, u għal dan il-għan, għandhom jiġu ntrodotti aktar modifikazzjonijiet għad-Direttiva;

    Billi għandu jsir minn kollox sabiex dawn il-modifikazzjonijiet jkunu jistgħu jiġu applikati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1991;

    Billi l-adozzjoni ta’ Direttiva fuq l-ilbies obbligatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà għall-okkupanti kollha ta’ vetturi ta’ inqas minn 3,5 tunnellati għandu jkun marbut ma’ modifika oħra tad-Direttiva li għandha l-għan li tagħmel obbligatorju l-ilbies taċ-ċinturini ta’ tliet punti b’retractors anki għas-sedili lejn in-naħa ta’ barra ta’ wara ta’ dawn il-vetturi;

    Billi, d-dispożizzjonijiet ta’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Adattament għal Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta’ vetturi bil-mutur,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi tad-Direttiva 77/541/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. B’effett mill-1 ta’ Mejju 1991 l-ebda Stat Membru ma jista’

    (a) għal raġunijiet relatati maċ-ċinturini tas-sigurtà jew mas-sistemi ta’ trażżin:

    - jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew li joħroġ il-kopja taċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE [2] jew jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

    - jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi

    jekk iċ-ċinturini tas-sigurtà jew is-sistemi ta’ trażżin ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi ġew approvati skond id-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva;

    (b) - jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fir-rigward ta’ tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin intenzjonata biex tiġi installata fuq vettura, li jikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

    - jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ dawn iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin li għandhom il-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent preskritti f’din id-Direttiva.

    2. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1992 l-Istati Membri:

    (a) - m’għandhomx aktar joħorġu kopja taċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura,

    - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura,

    li ċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistema ta’ trażżin tagħha ma ġewx approvati skond id-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva;

    (b) - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fir-rigward ta’ tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin, intenzjonati biex jiġu stallati fuq vettura, li ma jikkonformax mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

    3. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1997 l-Istati Membti:

    - jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li ċ-ċinturini tas-sigurtà jew is-sistema ta’ trażżin tagħhom ma ġewx approvati skond id-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

    - jistgħu jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ ċinturini tas-sigurtà u ta’ sistemi ta’ trażżin, intenzjonati biex jiġu installati fuq vettura, li m’ għandhomx il-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent preskritti b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Mejju 1991. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi’ Brussel, it-30 ta’ Ottubru 1990.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Viċi-President

    [1] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95.

    [2] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    1.4. Il-punt 1,4: żid fl-aħħar:

    "… mezz ta’ aġġustament, barra fil-każ ta’ bokkla ta’ ċinturin arneż".

    Żid il-punt ġdid 1.8.6 li ġej:

    "1.8.6. "Mezz li jaġġusta ċ-ċinturin għall-għoli". tfisser mezz li jippermetti li l-pożizzjoni tal-ħolqa ta’ fuq ta’ ċinturin tkun tista’ tiġi aġġustata skond il-ħtiġiet ta’ min jilbes iċ-ċinturin u l-pożizzjoni tas-sedil. Mezz bħal dan jista’ jiġi kkunsidrat bħala parti miċ-ċinturin jew bħala parti mill-ankoraġġ taċ-ċinturin".

    Wara l-punt 1.12, għandu jiżdied punt ġdid 1.12.1:

    "1.12.1. "Sedil tal-passiġġier ta’ quddiem". tfisser kull sedil fejn "il-punt H ta’ quddiem nett". tas-sedil ikkonċernat qiegħed fil-jew quddiem il-pjan trasversali vertikali mill-punt R tas-sewwieq".

    Żid il-punt ġdid 1.22 li ġej:

    "1.22. "Mezz ta’ preloading". tfisser mezz addizzjonali jew integrat li jissikka ċ-ċinga sabiex inaqqas il-parti merħija taċ-ċinturin matul sekwenza ta’ ħbit".

    Il-punt 2.1.2.1: immodifika l-ewwel sentenza kif ġej:

    "… disinni u,

    - fil-każ ta’ retractors, għandhom jiġu pprovduti l-istruzzjonijiet ta’ installazzjoni għall-istrument sensittiv.

    - għall-mezzi jew is-sistemi ta’ pre-loading għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni teknika sħiħa tal-kostruzzjoni u t-tħaddim li tinkludi l-mezz sensittiv, jekk ikun hemm, fejn jiġi deskritt il-metodu ta’ kif jiġi attivat u fejn ikun hemm bżonn il-metodu biex tiġi evitata attivazzjoni involontarja.

    Id-disinni għandhom juru…"

    Żid mal-punt 2.1.2.1:

    "Jekk iċ-ċinturin hu ddisinjat biex jeħel ma’ l-istruttura tal-vettura minn ġo mezz li jaġġusta ċ-ċinturin għall-għoli, id-deskrizzjoni teknika għandha tispeċifika jekk dan l-mezz hux ikkunsidrat bħala parti miċ-ċinturin jew le;"

    Żid il-punt ġdid 2.1.4 biex jaqra kif ġej:

    "2.1.4. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex jiġu assigurati kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip."

    2.4.2.1. Il-punt 2.4.2.1, immodifika l-aħħar sentenza kif ġej:

    "Il-partijiet tal-bokkla li għandhom tendenza li jiġu f’kuntatt mal-ġisem ta’ min jilbes iċ-ċinturin għandhom ikollhom sezzjoni ta’ mhux inqas minn 20 ċm2 u ta’ l-anqas 46 mm fil-wisa’, imkejla fi pjan li qiegħed f’distanza massima ta’ 2,5 m mis-superfiċje ta’ kuntatt.

    Fil-każ ta’ bokkli ta’ ċinturini arneż, din l-aħħar ħtieġa għandha titqies bħala sodisfatta jekk ż-żona ta’ kuntatt tal-bokkla mal-ġisem ta’ min jilbes iċ-ċinturin qiegħda f’bejn 20 u 40 ċms."

    Żid fl-aħħar tal-punt 2.4.2.3, kif emendat bid-Direttiva 82/319/KEE, is-sentenza ġdida li ġejja

    [1]

    :

    "Fil-każ ta’ bokkli ta’ ċinturini arneż, dan it-test jista’ ssir mingħajr ma jiġu ntrodotti l-ilsna kollha."

    Immodifika l-punt 2.4.4 kif ġej:

    "2.4.4. Aċċessorji tat-twaħħil u mezzi li jaġġustaw ċ-ċinturin għall-għoli

    L-aċċessorji għat-twaħħil għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif preskritt fil-punti 2.7.6.1 u 2.7.6.2. Il-mezzi attwali li jaġġustaw iċ-ċinturin għall-għoli għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif huwa preskritt fil-punt 2.7.6.2 tad-Direttiva preżenti meta dawn ma jkunux ġew ittestjati bl-applikazzjoni tad-Direttiva emendata 76/115/KEE relatata ma’ l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà. Dawn il-partijiet ma għandhomx jinkisru jew jinqalgħu taħt it-tensjoni mwaqqfa bit-tagħbija preskritta".

    Żid il-punt ġdid 2.4.6 li ġej:

    "2.4.6. Mezz ta’ pre-loading

    2.4.6.1. Wara li jiġi sottomess għat-test tal-korrużjoni skond il-punt 2.7.2, l-mezz ta’ pre-loading (li jinkludi is-sensor ta’ impatt konness mal-mezz bil-plakek oriġinali imma mingħajr ma jkun hemm kurrent għaddej minnhom) għandu jaħdem b’mod normali.

    2.4.6.2. Għandu jiġi vverifikat li t-tħaddim involontarju tal-mezz ma jinvolvix xi riskju li min ikun liebes iċ-ċinturin iweġġa’.

    2.4.6.3. Fil-każ ta’ mezzi ta’ pre-loading pirotekniċi:

    2.4.6.3.1 Wara li jiġi sottomess għall-ikkondizzjonament skond il-punt 2.7.10.2, it-tħaddim tal-mezz ta’ pre-loading ma għandux ikun ġie attivat bit-temperatura u l-mezz għandu jaħdem b’mod normali.

    2.4.6.3.2. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat li l-gassijiet jaħarqu mormija jqabbdu l-materjali li jieħdu n-nar li jinsabu maġenbhom."

    2.6.1.2. Il-punt 2.6.1.2, żid fl-aħħar:

    "Fil-każ ta’ ċinturini tas-sigurtà b’retractors, ir-retractor għandu jkun ġie suġġett għat-test tar-reżistenza għat-trab preskritt fil-punt 2.7.7.3; barra minn hekk, fil-każ ta’ ċinturini tas-sigurtà jew ta’ sistemi ta’ trażżin mgħammra b’mezz ta’ pre-loading li jinkludi mezz pirotekniku, il-mezz għandu jkun ġie suġġett għall-ikkondizzjonament speċifikat fil-punt 2.7.10.2."

    Żid il-punt ġdid 2.6.1.2.3 li ġej:

    "2.6.1.2.3 Fil-każ ta’ ċinturin li huwa intenzjonat biex jintuża ma’ mezz li jaġġusta ċ-ċinturin għall-għoli, kif definit fil-punt 1.8.6 hawn fuq, it-test għandu jsir meta l-mezz ikun fl-iktar pożizzjoni(jiet) li mhux favorevoli possibbli magħżul mis-servizz tekniku responsabbli mill-ittestjar. Madankollu, jekk l-mezz li jaġġusta għall-għoli jkun jikkonsisti fl-ankoraġġ fih innifsu, kif huwa permess bid-Direttiva 76/115/KEE, is-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet jista’, jekk ikun jixtieq, japplika d-dispożizzjonijiet tal-punt 2.7.8.1 li ġejja hawn taħt."

    Żid il-punt ġdid 2.6.1.2.4 li ġej:

    "2.6.1.2.4 Fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà li għandu mezz ta’ pre-loading, wieħed mit-testijiet dinamiċi għandu jsir bil-mezz qed jaħdem u l-ieħor bil-mezz mhux qed jaħdem.

    Fl-ewwel każ:

    2.6.1.2.4.1 Matul it-test l-ispostamenti minimi speċifikati fil-punt 2.6.1.3.2 hawn fuq, jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.

    2.6.1.2.4.2. Wara t-test, il-forza mkejla kif indikat fil-punt 2.7.10.1 m’għandhiex taqbeż 100 daN."

    2.6.1.3.2. Il-punt 2.6.1.3.2, wara l-ewwel sentenza żid: "Fil-każ ta’ ċinturin bl-arneż l-ispostament minimu speċifikat għall-pelvi jista’ jiġi ridott bin-nofs." (il-bqija mhux mibdul).

    Il-punt 2.7.6.1. Wara l-ewwel sentenza tal-punt 2.7.6.1, kif emendata bid-Direttiva 82/319/KEE, żid sentenza ġdida li taqra:

    "Fil-każ ta’ ċinturini arneż, il-bokkla għandha tiġi kkonnettjata ma’ l-apparat tat-test biċ-ċineg li huma mqabbda mal-bokkla u l-ilsien jew iż-żewġ ilsna li qegħdin b’mod bejn wieħed u ieħor simetriku maċ-ċentru ġeometriku tal-bokkla."

    Il-bqija tal-paragrafu ma jinbidilx.

    Il-punt 2.7.6.2, emenda biex jaqra:

    "2.7.6.2. L-aċċessorji għat-twaħħil u kull mezz li jaġġusta ċ-ċinturin għall-għoli għandhom jiġu ttestjati b’dan il-mod… biċ-ċinga maħlula kompletament mir-rukkell."

    Il-punt 2.7.7.2.2, immodifika it-tieni sentenza kif ġej:

    "Id-disinn ta’ kull apparat tat-test bħal dan għandu jassigura li l-aċċelerazzjoni meħtieġa hija milħuqa qabel il-webbing ma jinġibed mir-retractor b’aktar minn 5 mm u li l-ġbid lura jsir f’rata medja ta’ żieda ta’ l-aċċelerazzjoni ta’ ta’ l-anqas 25g/s u mhux aktar minn 150 g/s."

    Il-punt 2.7.8.1, fl-aħħar, żid is-sentenzi ġodda li ġejjin:

    "F’dak il-każ, meta t-test dinamiku jkun sar għal tip ta’ vettura, ma jkunx hemm bżonn li tiġi repetuta għal tipi oħra ta’ vettura meta kull punt ta’ ankoraġġ huwa inqas minn 50 mm ‘il bogħod mill-punt ta’ ankoraġġ korrispondenti taċ-ċinturin ittestjat. Alternattivament, il-manifatturi jistgħu jiddeterminaw pożizzjoni ipotetika ta’ ankoraġġ għall-ittestjar sabiex jinkludu n-numru massimu ta’ punti ta’ ankoraġġ reali. Jekk iċ-ċinturin huwa mgħammar b’mezz li jaġġusta ċ-ċinturin għall-għoli kif inhu definit f’1.8.6 hawn fuq, il-pożizzjoni ta’ l-mezz u l-mezz ta’ kif jintrabat għandhom ikunu l-istess bħal dawk tad-disinn tal-vettura."

    Ikkoreġi l-ħames linja tal-punt 2.7.8.1 eżistenti (verżjoni bl-Ingliż) biex taqra:

    "Jew bid-data pprovduta mill-manifattur"

    Immodifika l-punt 2.7.8.1.1 biex iżżid iż-żewġ sentenzi li ġejjin fil-bidu:

    "Fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin li għandhom mezzi ta’ pre-loading li jserrħu fuq partijiet komponenti barra dawk inkorporati fl-assemblaġġ taċ-ċinturin innifisu, l-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jiġi mmuntat b’konġunzjoni mal-partijiet addizzjonali neċessarji tal-vettura fuq it-trolley tat-test bil-mod preskritt fil-punti 2.7.8.1.2 sa 2.7.8.1.6.

    Alternattivament, fil-każ li dawk il-mezzi ma jistgħux jiġu ttestjati fuq it-trolley tat-test, il-manifattur jista’ juri b’test ta’ impatt minn quddiem konvenzjonali f’50km/siegħa b’konformità mal-proċedura ISO 3560 (1975/11/01 – Vetturi tat-triq – Metodu tat-test ta’ ħbit minn quddiem kontra ostaklu wieqaf) li l-mezz jikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva."

    Il-punt 2.7.9.2. Emenda t-tieni sentenza tal-punt 2.7.9.2, kif emendat bid-Direttiva 82/319/KEE, biex taqra:

    "Għandha tiġi applikata tagħbija fuq il-bokkla bi trazzjoni diretta via ċ-ċineg marbuta magħha b’tali mod li ċ-ċineg kollha jkunu suġġetti għall-forza ta’ 60/n daN; "n" huwa n-numru ta’ ċineg konnessi mal-bokkla meta din qiegħda f’pożizzjoni msakkra, il-minimu tagħha huwa meqjus li jkun 2."

    Żid il-punt ġdid 2.7.10 li ġej:

    "2.7.10. Testijiet addizzjonali fuq ċinturini tas-sigurtà b’mezzi ta’ pre-loading

    2.7.10.1. Il-forza tal-pre-loading għandha tiġi mkejla f’inqas minn erba’ sekondi wara l-impatt l-aktar qrib possibbli tal-punt tal-kuntatt bil-manikin fuq it-tul liberu taċ-ċinga bejn il-manikin u l-mezz ta’ pre-loading jew sash guide, jekk ikun hemm, fejn jekk ikun hemm bżonn il-manikin ikun reġa’ tqiegħed fil-pożizzjoni bilqiegħda oriġinali tiegħu

    2.7.10.2. Kondizzjonament

    Il-mezz ta’ pre-loading jista’ jiġi separat miċ-ċinturin tas-sigurtà li għandu jiġi ttestjat u miżmum għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 60 ± 5 °C. It-temperatura għandha mbagħad tiżdied sa 100 ± 5 °C għal sagħtejn. Sussegwentement għandha tinżamm għal 24 siegħa f’temperatura ta’ - 30 ± 5 °C. Wara li jitneħħa mill-kondizzjonament, il-mezz għandu jisħon għat-temperatura tal-kamra. Jekk ikun ġie separate għandu jerġa’ jiġi mwaħħal maċ-ċinturin tas-sigurtà."

    Erġa’ ennumera l-punt 2.8 biex jaqra:

    "2.8. Konformità tal-produzzjoni

    2.8.1. Kull ċinturin tas-sigurtà jew sistema ta’ trażżin approvata taħt din id-Direttiva għandu jkun manifatturat b’tali mod li jikkonforma mat-tip approvat billi jissodisfa l-ħtiġiet stipulati f’2.3, 2.4, 2.5, 2.6 u 2.7 ta’ hawn fuq.

    2.8.2. Sabiex ikun verifikat li l-ħtiġiet tal-punt 2.8.1 ġew sodisfatti, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.

    2.8.3. Id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:

    2.8.3.1. Jassigura l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;

    2.8.3.2. Ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll neċessarju biex jiċċekkja l-konformità ta’ kull tip approvat;

    2.8.3.3. Jassigura li d-data tar-riżultati tat-test tkun irreġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat mid-dipartiment amministrattiv;

    2.8.3.4. Janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test sabiex jivverifika u jassigura l-istabilità tal-karatteristiċi taċ-ċinturin tas-sigurtà jew tas-sistema ta’ trażżin, fejn iħalli lok għal varjazzjoni ta’ produzzjoni industrijali;

    2.8.3.5. Jassigura li, għal kull tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin, isiru ta’ l-anqas it-testijiet preskritti fl-Anness XVI;

    2.8.3.6. Jassigura li kull kampju jew ta’ biċċiet tal-prova li jagħtu evidenza li hemm nuqqas ta’ konformità fit-tip ta’ test kkonċernat għandhom iwasslu għal teħid ta’ kampjuni oħra u għal test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jerġa’ jkun hemm konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

    2.8.4. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ tivverifika fi kwalunkwe mument il-metodi ta’ kontroll applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni.

    2.8.4.1. F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-rekords tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun qed iżur.

    2.8.4.2. L-ispettur jista’ jieħu xi kampjuni saltwarjament biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi ddeterminat skond ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

    2.8.4.3. Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew meta jidher li hemm bżonn li tiġi vverifikata l-validita tat-testijiet li jkunu saru b’applikazjoni tal-punt 2.8.4.2., l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

    2.8.4.4. L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’din id-Direttiva.

    2.8.4.5. Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta’ darbtejn kull sentejn. F’każijiet fejn matul waħda minn dawn l-ispezzjonijiet jiġu rrikordjati riżultati negattivi, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex terġa tinkiseb il-komformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun."

    Il-punti 3.1 sa 3.1.5 għandhom jinbidlu b’li ġej:

    "3.1. Tagħmir tal-vettura [2]

    3.1.1. Kull vettura koperta bl-Artikolu 9, tal-kategoriji M u N (barra dawk il-vetturi li jinkludu postijiet iddisinjati apposta għal passiġġieri bil-wieqfa fil-kategoriji M2 ‘l fuq minn 3,5 t u M3 għandhom mgħammra b’ċinturini tas-sigurtà jew b’sistemi ta’ trażżin li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    3.1.2. It-tipi ta’ ċinturini tas-sigurtà jew ta’ sistemi ta’ trażżin għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda fejn hemm bżonn ta’ installazzjoni għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness XV (li magħhom la jistgħu jintużaw retractors li ma jsakkrux (1.8.1) u lanqas retractors li jissakkru manwalment (1.8.2) Għall-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda kollha fejn iċ-ċinturini addominali tat-tip B huma speċifikati fl-Anness XV huma permessi ċ-ċinturini addominali- tat-tip Br3 barra f’każijiet fejn, waqt l-użu, dawn jinġibdu lura tant li jnaqqsu l-konfort b’mod konsiderevoli wara qfil normali tal-bokkla.

    3.1.3. Madankollu għall-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda lejn in-naħa ta’ barra, barra dawk ta’ quddiem, għall-vetturi tal-kategorija M1 li jidhru fl-Anness XV u immarkati bis-simbolu o, l-installazzjoni ta’ ċinturin addominali tat-tip B, Br3 jew Br4m hija permessa fejn jeżisti passaġġ bejn is-sedil u l-eqreb ħajt tal-ġenb tal-vettura intenzjonat biex jippermetti li jkun hemm aċċess għall-passiġġieri għall-partijiet oħra tal-vettura. Spazju bejn is-sedil u l-ħajt tal-ġenb huwa kkunsidrat bħala passaġġ, jekk id-distanza ta’ bejn il-ħajt tal-ġenb, bil-bibien kollha magħluqin, u l-pjan lonġitudinali medjan li jgħaddi minn ġol-linja taċ-ċentru tas-sedil ikkonċernat - imkejjel fil-pożizzjoni tal-punt R u b’mod perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura - huwa aktar minn 500 mm.

    3.1.4. Meta m’hemm bżonn ta’ l-ebda ċinturin tas-sigurtà, kull tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva jistgħu jiġu pprovduti fuq għażla tal-manifattur. Ċinturini tat-tip A tat-tipi permessi fl-Anness XV jistgħu jiġu pprovduti bħala alternattiva għaċ-ċinturini addominali għal dawk il-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda fejn huma speċifikati ċinturini tas-sigurtà fl-Anness XV.

    3.1.5. Fuq ċinturini ta’ tliet punti mgħammra b’retractors, ta’ l-anqas retractor wieħed għandu jaħdem fuq iċ-ċinga djagonali.

    3.1.6. Barra għall-vetturi tal-kategorija M1retractor ta’ emerġenza tat-tip 4N (1.8.5) jista’ jiġi permess minflok retractor tat-tip 4 (1.8.4) fejn ikun ġie muri għas-sodisfazzjoni tas-servizzi responsabbli mit-testijiet li t-twaħħil ta’ retractor tat-tip 4 ma jkunx prattiku.

    3.1.7. Għall-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda tan-naħa ta’ barra u taċ-ċentru ta’ quddiem li jidhru fl-Anness XV u mmarkati bis-simbolu *, iċ-ċinturini addominali speċifikati f’dak l-Anness għandhom jiġu kkunsidrati bħala adegwati fejn il-windscreen qiegħed barra ż-żona ta’ referenza deskritta fl-Anness II tad-Direttiva 74/60/KEE.

    F’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċinturini tas-sigurtà, il-windskrin huwa kkunsidrat bħala parti miż-żona ta’ referenza meta dan ikun jista’ jiġi f’kuntatt statiku ma’ l-apparat tat-test skond il-metodu deskritt fl-Anness II tad-Direttiva 74/60/KEE.

    3.1.8. Għall-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda kollha fl-Anness XV immarkati bis-simbolu , iċ-ċinturini addominali tat-tipi speċifikati fl-Anness XV għandhom jiġu pprovduti meta teżisti "pożizzjoni ta’ bilqiegħda esposta" kif definita f’3.1.9.

    3.1.9. "Pożizzjoni ta’ bilqiegħda esposta" hija waħda fejn m’hemm l-ebda "skrin ta’ protezzjoni" quddiem is-sedil fl-ispazju definit li ġej:

    - bejn żewġ pjani orizzontali, wieħed mill-punt H u l-ieħor 400 mm fuqu,

    - bejn żewġ pjani lonġitudinali vertikali li huma simetriċi b’relazzjoni mal-punt H u huma 400 mm ‘il bogħod minn xulxin,

    - wara pjan vertikali trasversali 1,30 m mill-punt H.

    Għall-iskopijiet ta’ din il-ħtieġa "skrin ta’ protezzjoni" tfisser superfiċje ta’ saħħa adatta u li ma fiha l-ebda diskontinwita b’tali mod li, jekk sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm hija proġettata ġeometrikament f’direzzjoni orizzontali lonġitudinali minn kwalunkwe punt ta’ l-ispazju definit hawn fuq u miċ-ċentru ta’ l-isfera, ma jkun hemm l-ebda apertura fl-iskrin ta’ protezzjoni li minnha tkun tista’ tgħaddi l-projezzjoni ġeometrika ta’ l-isfera.

    Sedil huwa kkunsidrat li jkun "pożizzjoni ta’ bilqiegħda esposta", jekk l-iskrins ta’ protezzjoni fl-ispazju definit hawn fuq għandhom erja tas-superfiċje flimkien ta’ inqas minn 800 cm2."

    Wara l-punt 3.2.2.3, għandu jiżdied il-punt ġdid 3.2.2.4:

    "3.2.2.4. Id-disinn u l-installazzjoni ta’ kull ċinturin tas-sigurtà ipprovdut għal kull pożizzjoni ta’ bil-qiegħda għandhom ikunu tali li jkunu disponibbli b’mod faċli għall-użu. Barra minn hekk, meta s-sedil jew il-kuxin tas-sedil komplut u/jew id-dahar tas-sedil ikun jista’ jintlewa biex jippermetti li jkun hemm aċċess għal fuq wara tal-vettura jew biex jinġarru oġġetti jew bagolli, wara li dawn is-sedili jintlewew u dawn is-sedili jerġgħu jitqiegħdu fil-pożizzjoni ta’ bil-qiegħda, iċ-ċinturini tas-sigurtà pprovduti għal dawk is-sedili għandhom ikunu aċċessibbli għall-użu jew għandhom ikunu jistgħu jerġgħu jinkisbu minn taħt jew minn wara s-sedil minn persuna waħda, skond l-istruzzjonijiet tal-ktejjeb ta’ l-utenti tal-vettura, mingħajr il-bżonn li dik il-persuna jkollha taħriġ jew prattika."

    Il-punt 3.3.2, ir-raba’ sentenza hija emendata kif ġej:

    "Fil-każ ta’ ċinturini tas-sigurtà jew ta’ sistemi ta’ trażżingħall-pożizzjonijiet ta’ bil-qiegħda ta’ quddiem tan-naħa ta’ barra, barra jekk dawn huma ċinturini arneż, il-bokkla għandha tkun tista’ tiġi msakkra bl-istess mod."

    L-aħħar sentenza tal-punt 3.3.2 hija mibdula b’li ġej:

    "Għandu jsir kontroll biex jiġi assigurat li jekk il-bokkla qiegħda f’kuntatt ma’ min qed jilbes iċ-ċinturin, is-superfiċje tal-kuntatt tissodisfa l-ħtiġiet ta’ 2.4.2.1 ta’ dan l-Anness."

    Anness II, punt 1, żid:

    "…/strument li jaġġusta l-għoli tal-ħolqa ta’ fuq (1)"

    Fl-Anness II wara ċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jiżdied id-dokument mudell li ġej:

    "

    Appendiċi 1

    +++++ TIFF +++++

    "

    Annes III huwa emendat kif ġej:

    —— Punt 1.1.1:żid:

    "9 : għal Spanja

    21 : għall-Portugall"

    ibdel l-ittri "GR" b’ "EL".

    Żid il-punt ġdid 1.1.3.2.3 kif ġej:

    "1.1.3.2.3. l-ittra "p" fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà b’mezz ta’ pre-loading

    ."

    Annes VII huwa emendat kif ġej:

    Il-punt 3: żid ma’ l-ewwel paragrafu is-sentenza ġdida li ġejja:

    "It-tolleranza fuq il-pożizzjoni tal-punti ta’ ankoraġġ hi tali li kull punt ta’ ankoraġġ għandu jkun qiegħed l-aktar 50 mm minn A, B u K korrispondenti indikati fil-figura 1, jew minn A1, B1 u K korrispondenti, skond kif ikun il-każ."

    Żid il-punt 3.1 li ġej:

    "3.1. Fil-każ ta’ ċinturin mgħammar b’mezz li jaġġusta ċ-ċinturin għall-għoli kif definit f’1.8.6 ta’ din id-Direttiva, dan il-mezz għandu jeħel jew ma’ frejm riġidu, jew ma’ parti mill-vettura li fuqha jiġi mmuntat normalment li hi mwaħħla sew mat-trolley tat-test."

    Il-Figura 1 hi mibdula bil-figura li ġejja:

    +++++ TIFF +++++

    Figura 1TROLLEY, SEDIL, ANKORAĠĠ

    L-Anness X huwa emendat kif ġej:

    Immodifika il-punt 2 (g) biex fl-aħħar iżżid:

    "… jew, meta ċ-ċinturin tas-sedil huwa mgħammar b’mezz ta’ pre-loading, meta dan ta’ l-aħħar ikun ġie attivat".

    Żid l-Annessi ġodda XV u XVI li ġejjin

    "

    ANNESS XV

    INSTALLAZZJONI TAĊ-ĊINTURIN TAS-SIGURTÀ LI TURI T-TIPI TA’ ĊINTURINI U T-TIPI TA’ RETRACTORS

    Noti:

    * : tirreferi ghall-paragrafu l-Anness I, 3.1.7.

    : tirreferi ghall-paragrafi l-Anness I, 3.1.8 u 3.1.9.

    ø : tirreferi ghall-paragrafu l-Anness I, 3.1.3.

    Kategoriji ta’ vetturi | Pożizzjonijiet bil-qiegħda lejn in-naħa ta’ barra | Pożizzjonijiet bil-qiegħda taċ-ċentru |

    Quddiem | Oħrajn li mhux quddiem | Quddiem | Oħrajn li mhux quddiem |

    Sewwieq | Passiġġier | | | | | | | | |

    | | | |

    M1 | Ar4m | Ar4m | Ø | A | * | B | jew | A | B |

    | | | | | | Ar4m | | Br3 | | | | Br3 |

    | | | | | | | | Br4m | | Ar4m | | Br4m |

    M2 ≤ 3.5 tunnellati | Ar4m | Ar4m | | B | * | B | jew | A | | B |

    | Ar4Nm | Ar4Nm | | Br3 | | Br3 | | | | Br3 |

    | | | | | | | Br4m | | Br4m | | Ar4m | | Br4m |

    | | | | | | | Br4Nm | | Br4Nm | | Ar4Nm | | Br4Nm |

    M2 > 3.5 tunnellati | B | B | | B | | B | | | | B |

    | Br3 | Br3 | | Br3 | | Br3 | | | | Br3 |

    | Br4m | Br4m | | Br4m | | Br4m | | | | Br4m |

    | Br4Nm | Br4Nm | | Br4Nm | | Br4Nm | | | | Br4Nm |

    M3 | B | B | | B | | B | | | | B |

    | Br3 | Br3 | | Br3 | | Br3 | | | | Br3 |

    | Br4m | Br4m | | Br4m | | Br4m | | | | Br4m |

    | Br4Nm | Br4Nm | | Br4Nm | | Br4Nm | | | | Br4Nm |

    N1 | Ar4m | Ar4m | | B | * | B | jew | A | | B |

    | Ar4Nm | Ar4Nm | | Br3 | | Br3 | | | | Br3 |

    | | | | | | | Br4m | | Br4m | | Ar4m | | Br4m |

    | | | | | | | Br4Nm | | Br4Nm | | Ar4Nm | | Br4Nm |

    N2 | B | * | B | jew | A | | B | * | B | jew | A | | B |

    | Br3 | | Br3 | | | | Br3 | | Br3 | | | | Br3 |

    | Br4m | | Br4m | | Ar4m | | Br4m | | Br4m | | Ar4m | | Br4m |

    | Br4Nm | | Br4Nm | | Ar4Nm | | Br4Nm | | Br4Nm | | Ar4Nm | | Br4Nm |

    N3 | B | * | B | jew | A | | B | * | B | jew | A | | B |

    | Br3 | | Br3 | | | | Br3 | | Br3 | | | | Br3 |

    | Br4m | | Br4m | | Ar4m | | Br4m | | Br4m | | Ar4m | | Br4m |

    | Br4Nm | | Br4Nm | | Ar4Nm | | Br4Nm | | Br4Nm | | Ar4Nm | | Br4Nm |

    ""

    ANNESS XVI

    KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    1. TESTIJIET

    Iċ-ċinturini tas-sigurtà għandhom bżonn juru li huma konformi mal-ħtiġiet li fuqhom huma bbażati it-testijiet li ġejjin:

    1.1. Verifika tal-limitu ta’ kemm isakkru u d-durabilità tar-retractorsli jsakkru

    Skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.7.7.2, fid-direzzjoni l-inqas favorevoli kif xieraq wara li jkun għadda mill-ittestjar tad-durabilità dettaljat fil-punti 2.7.2, 2.7.7.1 u 2.7.7.3, bħala ħtieġa tal-punt 2.4.5.2.5.

    1.2. Verifika tad-durabilità tar-retractorsli jissakkru b’mod awtomatiku

    Skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.7.7.1, issupplimentati bit-testijiet fil-punti 2.7.2 u 2.7.7.3, bħala ħtieġa ta’ 2.4.5.1.3.

    1.3. Test tas-saħħa taċ-ċineg wara l-kondizzjonament

    Skond il-proċedura deskritta fil-punt 2.7.5, wara l-kondizzjonament skond il-ħtiġiet tal-punti 2.7.3.1 sa 2.7.3.5

    1.3.1. Test tas-saħħa taċ-ċineg wara l-brix

    Skond il-proċedura deskritta fil-punt 2.7.5, wara l-kondizzjonament skond il-ħtiġiet deskritti fil-punt 2.7.3.6.

    1.4. Test ta’microslip

    Skond il-proċedura deskritta fil-punt 2.7.4.

    1.5. Test ta’ partijiet riġidi

    Skond il-proċedura deskritta fil-punt 2.7.6.

    1.6. Verifika tal-ħtiġiet ta’ prestazzjoni taċ-ċinturin tas-sigurtà jew tas-sistema ta’ trażżin meta suġġetti għat-test dinamiku

    1.6.1. Testijiet b’kondizzjonament

    1.6.1.1. Ċinturini jew sistemi ta’ trażżin mgħammra b’retractor li jissakkar f’każ ta’ emerġenza: skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 2.7.8 u 2.7.9, bl-użu ta’ ċinturin li qabel ikun ġie suġġett għal 45000 ċiklu tat-test ta’ reżistenza tar-retractor preskritti fil-punt 2.7.7.1 u għat-testijiet definiti fil-punti 2.4.2.3, 2.4.2 u 2.7.7.3.

    1.6.1.2. Ċinturini jew sistemi ta’ trażżin mgħammra b’retractor li jissakkar awtomatikament: skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 2.7.8 u 2.7.9, bl-użu ta’ ċinturin li qabel ikun ġie suġġett għal 10000 ċiklu tat-test ta’ reżistenza tar-retractor preskritti fil-punt 2.7.7.1 u wkoll għat-testijiet preskritti fil-punti 2.4.2.3, 2.4.2 u 2.7.7.3.

    1.6.1.3. Ċinturin statiku: skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 2.7.8 u 2.7.9, fuq ċinturin tas-sigurtà li jkun ġie suġġett għat-test preskritt fil-punti 2.4.2.3 u 2.7.2.

    1.6.2. Test mingħajr l-ebda kondizzjonament

    Skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 2.7.8 u 2.7.9.

    2. IL-FREKWENZA U R-RIŻULTATI TAT-TEST

    2.1. Il-frekwenza tal-ittestjar għall-ħtiġiet tal-punti 1.1 sa 1.5 għandha tkun fuq bażi kkontrollata statistikament u fuq bażi saltwarja skond waħda mill-proċeduri regolari ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalita.

    2.1.1. Barra minn hekk, fil-każ ta’ retractors li jsakkru f’każ ta’ emerġenza, għandhom jiġu ċċekkjati l-assemblaġġi kollha:

    2.1.1.1. jew skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 2.7.7.2.1 u 2.7.7.2.2, fid-direzzjoni l-inqas favorevoli, kif speċifikat fil-punt 2.7.7.2.1.2. Ir-riżultati tat-test għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punti 2.4.5.2.1.1 u 2.4.5.2.3.

    2.1.1.2. jew skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 2.7.7.2.3, fid-direzzjoni l-inqas favorevoli. Minkejja dan, il-veloċità ta’ l-inklinazzjoni tista’ tkun aktar mill-veloċità preskritta sakemm din ma taffettwax ir-riżultati tat-test. Ir-riżultati tat-test għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punt 2.4.5.2.1.4.

    2.2. Fil-każ tal-verifika tal-konformità mat-test dinamiku skond il-punt 1.6 ta’ dan l-Anness, din għandha ssir bi frekwenza minima ta’:

    2.2.1. Testijiet b’kondizzjonament

    2.2.1.1. Fil-każ ta’ ċinturini mgħammra b’retractor li jissakkar f’każ ta’ emerġenza,

    - meta l-produzzjoni kwotidjana hija akbar minn 1000 ċinturin: wieħed minn 100000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed kull ġimgħatejn,

    - meta l-produzzjoni kwotidjana hija iżgħar minn 1000 ċinturin: wieħed minn 10000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed kull sena,

    għal kull xorta ta’ mekkaniżmu li jsakkar [1], għandu jkun suġġett għat-test preskritt fil-punt 1.6.1.1 ta’ dan l-Anness.

    2.2.1.2. Fil-każ ta’ ċinturini mgħammra b’retractor li jissakkar awtomatikament u ta’ ċinturini statiċi,

    - meta l-produzzjoni kwotidjana hija akbar minn 1000 ċinturin: wieħed minn 100000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed kull ġimgħatejn,

    - meta l-produzzjoni kwotidjana hija iżgħar minn 1000 ċinturin: wieħed minn 10000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed kull sena,

    għandu jkun suġġett għat-test preskritt fil-punt 1.6.1.2 jew 1.6.1.3 ta’ dan l-Anness rispettivament.

    2.2.2. Testijiet mingħajr kondizzjonament

    2.2.2.1. Fil-każ ta’ ċinturini mgħammra b’retractor li jissakkar f’każ ta’ emerġenza, in-numru li ġej ta’ kampjuni għandhom ikunu suġġetti għat-test preskritt fil-punt 1.6.2 ta’ dan l-Anness.

    2.2.2.1.1. għal produzzjoni ta’ mhux inqas minn 5000 ċinturin kuljum, żewġ ċinturini għal kull 25000 prodotti bi frekwenza minima ta’ wieħed kuljum, għal kull xorta ta’ mekkaniżmu li jsakkar;

    2.2.2.1.2. għal produzzjoni ta’ inqas minn 5000 ċinturin kuljum, ċinturin wieħed għal kull 5000 prodotti bi frekwenza minima ta’ wieħed kull sena, għal kull xorta ta’ mekkaniżmu li jsakkar;

    2.2.2.2. Fil-każ ta’ ċinturini mgħammra b’retractor li jsakkar b’mod awtomatiku, in-numru li ġej ta’ kampjuni għandhom ikunu suġġetti għat-test preskritt fil-punt 1.6.2 ta’ dan l-Anness:

    2.2.2.2.1. għal produzzjoni ta’ mhux inqas minn 5000 ċinturin kuljum, żewġ ċinturini għal kull 25000 prodotti bi frekwenza minima ta’ wieħed kuljum, għal kull tip approvat,

    2.2.2.2.2. għal produzzjoni ta’ inqas minn 5000 ċinturin kuljum, ċinturin wieħed għal kull 5000 prodotti bi frekwenza minima ta’ wieħed kull sena, għal kull tip approvat.

    2.2.3. Riżultati

    Ir-riżultati tat-test għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fil-punt 2.6.1.3.1 ta’ l-Anness I.

    L-ispostament ‘il quddiem tal-manikin jista’ jiġi kkontrollat fir-rigward tal-punt 2.6.1.3.2 ta’ l-Anness I (jew tal-punt 2.6.1.4 fejn japplika) matul test imwettaq b’kondizzjonament skond il-punt 1.6.1 ta’ dan l-Anness permezz ta’ metodu ssimplifikat adattat.

    2.3. Meta kampjun tat-test jeħel minn test partikolari li jkun ġie sottomess għalih, għandu jsir test ieħor bl-istess ħtiġiet fuq ta’ l-inqas tliet kampjuni oħra. Fil-każ ta’ testijiet dinamiċi, jekk wieħed minn dawn ta’ l-aħħar jeħel mit-test, id-detentur ta’ l-approvazzjoni jew ir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip fejn jindika liema passi għandhom jittieħdu biex terġa tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.

    "

    [1] ĠU L 139, 19.5.1982, p. 17.

    [2] Flimkien mal-ħtiġiet ta’ 3.1, l-stati embri jistgħu, taħ il-liġi nazzjonali, jaċċettaw tipi oħra ta’ ċinturini tas-sigurtà jew sistemi ta’ trażżin koperti b’din id-Direttiva għal ċerti tipi ta’ vetturi.

    [1] Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness ‘xorta ta’ mekkaniżmu li jsakkar’ tfisser ir-retractors li jsakkru f’każ ta’ emerġenza li l-mekkaniżmi tagħhom huma differenti biss fl-angolu/i prinċipali ta’ l-mezz sensittiv mas-sistema ta’ l-assi ta’ referenza tal-vettura.

    --------------------------------------------------

    Top