EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982L0471

Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali

ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8–14 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Imħassar b' 32009R0767

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1982/471/oj

31982L0471



Official Journal L 213 , 21/07/1982 P. 0008 - 0014
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0311
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 25 P. 0311
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0098
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0098


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-30 ta' Ġunju 1982

li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali

(82/471/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-produzzjoni tal-bhejjem tokkupa post importanti ħafna fl-agrikultura tal-Komunità u riżultati sodisfaċenti jiddependu ħafna fuq l-użu xieraq u l-kwalità tajba tal-prodotti ta' l-għalf;

Billi l-eżistenza tar-regoli li jirrigwardaw l-prodotti ta' l-għalf huma essenzjali biex tiżdied l-produttività agrikola;

Billi l-konsum tal-proteini ta' l-għalf qiegħed kontinwament jiżdied fil-Komunità minħabba r-rekwiżiti dejjem jiżdiedu tal-produzzjoni tal-bhejjem;

Billi din id-domanda dejjem tiżdied ġiet akkumpanjata fi snin riċenti bi tnaqqis sostanzjali tal-provista fis-suq dinji ta' ċerti proteini ta' l-għalf;

Billi dan in-nuqqas wassal biex l-industrija tal-prodotti ta' l-għalf twettaq riċerka dwar prodotti ta' sostituzzjoni biex jassiguraw id-disponibbilità tal-provisti;

Billi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri permezz ta' liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li tirrigwarda dawn il-prodotti, sakemm jeżistu, ivarjaw fir-rigward tal-prinċipji bażiċi tagħhom, billi jsegwi li huma jaffetwaw l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq komuni u għandom għalhekk ikunu armonizzati;

Billi dawn il-prodotti ta' sostituzzjoni huma prodotti bi proċessi tekniċi ġodda u għalhekk ikun tajjeb jekk il-bejgħ tagħhom bħala prodotti ta' l-għalf jew kostitwenti ta' prodotti ta' l-għalf jiġi regolat billi jiġi stabbilit, għal kull grupp konċernat, liema prodotti individwali għandhom ikunu awtorizzati u taħt liema kondizzjonijiet ta' użu;

Billi huwa meħtieġ, qabel ma prodott ġdid jiġi nkluż f'wieħed mill-gruppi konċernati, li wieħed jistabbilixxi li dan ikollu l-valur nutrijenti meħtieġ; billi jrid jiġi stabbilit li dawn il-prodotti, meta użati b'mod sensibbli, ma jkollhom ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew fuq l-ambjent u ma jagħmlux ħsara lill-konsumatur billi jagħmlu ħsara lill-karatteristiċi distintivi tal-prodotti ta' l-annimali;

Billi, sabiex jassiguraw konformità mal-prinċipji fondamentali stabbiliti għall-awtorizazzjoni, għandu jiġi sottomess dokumentuffiċjalment minn Stat Membru għal prodotti li huma ta' ċertu gruppi; billi, sabiex jiffaċilitaw l-eżaminazzjoni ta' dawn is-sustanzi konċernati, dawn id-dokumenti għandhom ikunu ppreparati b'mod konformi mal-linji ta' gwida komuni li għandhom ikunu stabiliti mill-Kunsill sa mhux iktar tard mid-data ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva;

Billi huwa xieraq, sakemm tittieħed deċiżjoni tal-Komunità, li l-Istati Membri jkollhom il-fakultà li jżommu temporanjament l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali li huma taw għall-prodotti li fil-preżent ma jidhrux fl-Anness tad-Direttiva jew għal prodotti speċifiċi li f'ċertu każijiet jissodisfaw kondizzjonijiet oħrajn; billi, madanakollu, għal prodotti miksuba mill-qamħ tal-varjetà "Candida" u kultivati fuq n-alkanes, deċiżjoni tal-Komunità għandha tittieħed fi żmien sentejn minn notifika ta' din id-Direttiva;

Billi l-komponenti nitroġeni li m'għandhomx proteini, minħabba l-forniment indirett tagħhom ta' proteina, iridu jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva; billi minħabba f'hekk ikun tajjeb jekk jiġu emendati l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar addittivi fil-prodotti ta' l-għalf [4], li temporanjament jirregolaw l-użu tal-prodotti ta' dan il-grupp;

Billi l-valur nutrijenti u s-sigurtà tal-prodotti inkwestjoni jiddependu ħafna fuq il-karatteristiċi tal-kompożizzjoni tagħhom, il-kondizzjonijiet ta' l-użu u l-proċessi tal-manufattura; billi huwa għalhekk essenzjali li tipprovdi f'ċerti każi għat-tikkettjar li jipproteġi lill-utent kontra l-frodi u biex tiffaċilita l-użu ottimali tal-prodotti disponibbli lilu;

Billi m'huwiex xieraq li d-dispożizzjonijiet tal-Komunità jiġu applikati għall-prodotti konċernati, jew għall-għalf li jkun fihom dawn il-prodotti, intenzjonati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi minħabba li ġeneralment dawn il-pajjiżi għandhom ir-regoli tagħhom stess;

Billi, sabiex jassiguraw li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva huma sodisfatti meta dawn il-prodotti, jew l-għalf li jkun fihom dawn il-prodotti, jitpoġġew fuq is-suq, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu arranġamenti ta' kontrolli xierqa;

Billi l-prodotti, jew l-għalf li jkun fihom dawn il-prodotti, li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti jridu jkunu soġġetti biss għar-restrizzjonijiet ta' bejgħ stabbiliti f'din id-Direttiva;

Billi proċedura xierqa tal-Komunità hija essenzjali biex taddotta d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness u l-linji ta' gwida stabbiliti għas-sottomissjoni tad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti prodotti u, fejn meħtieġ, jiffissaw kriterji ta' kompożizzjoni u purità kif ukoll l-proprjetajiet fiżiko-kimiċi u bijoloġiċi ta' dawn il-prodotti fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' l-għerf xjentifiku u tekniku;

Billi, bil-ħsieb li tipprovdi l-garanziji kollha meħtieġa, il-proċedura tal-Komunità addottata għandha tipprovdi f'ċertu każijiet fejn jiġi emendat l-Anness għall-konsultazzjoni obbligatorja tal-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta' l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, stabbilit mill-Kummissjoni;

Billi l-Istati Membri għandhom iżommu s-setgħa, jekk is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali tkun perikolata, li temporanjament jissospendu l-użu tal-prodott jew biex jemendaw kwalunkwe dispożizzjoni li għandha x'taqsam magħhom;

Billi, sabiex Stat Membru ma jabbużax minn dak il-poter, l-emendi possibbli għall-Anness ibbażati fuq dokumenti ta' appoġġ għandhom ikunu deċiżi bi proċedura ta' emerġenza tal-Komunità;

Billi, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandha tiġi applikata proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti għall-Prodotti ta' l-Għalf stabbilit bid-Deċiżjoni 70/372/KEE [5],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tirrigwarda prodotti li jaġixxu bħala sorsi diretti jew indiretti, huma manufatturati minn ċertu proċessi tekniċi u huma mpoġġija fiċ-ċirkulazzjoni fil-Komunità bħala prodotti ta' l-għalf jew f'prodotti ta' l-għalf.

2. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirrigwardaw:

(a) addittivi f'prodotti ta' l-ikel;

(b) l-iffissar tal-livelli massimi għal sustanzi mhux mixtieqa u prodotti li jinsabu fl-għalf;

(ċ) l-iffissar tal-livelli massimi għal fdalijiet ta' pestiċidji fuq u fi prodotti intiżi għan-nutriment tal-bniedem jew ta' l-annimali;

(d) il-bejgħ ta' għalf imħallat u mhux imħallat;

(e) mikro-organiżmi patoġeniċi fil-prodotti ta' l-għalf.

L-Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE għandhom japplikaw għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li prodotti ta' l-għalf li jappartjenu għal wieħed mill-gruppi ta' prodotti elenkati fl-Anness jew li fihom dawn il-prodotti jistgħu jinbiegħu biss jekk:

(a) il-prodott inkwestjoni jidher fl-Anness;

(b) kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti hemm ikunu sodisfatti.

2. L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet sperimentali jew xjentifiċi, jipprovdu għal derogi mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dejjem jekk titwettaq spezzjoni uffiċjali adegwata.

L-Artikolu 4

1. Minkejja l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu, sakemm tittieħed deċiżjoni b'mod konformi ma' l-Artikolu 6, iżommu:

(a) awtorizazzjonijiet mogħtija fit-territorji tagħhom qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva dwar prodotti li mhumiex elenkati taħt il-gruppi ta' prodotti indikati fl-Anness bl-eċċezzjoni tal-prodotti miksuba mill-ħmira tal-varjetà "Candida" u kultivati fuq n-alkanes;

(b) awtorizazzjonijiet mogħtija fit-territorji tagħhom qabel in-notifika ta' din id-Direttiva li tirrigwarda minn naħa l-waħda prodotti miksuba minn ħmira tal-varjetà "Candida" u kultivati fuq n-alkanes u prodotti oħrajn mniżżlin fl-Anness, it-Taqsima 1.2.1, li jilħqu rekwiżiti differenti minn dawk stabbiliti fih.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni l-lista tal-prodotti permessi fit-territorji tagħhom b'mod konformi mal-paragrafu 1.

L-Artikolu 5

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar applikabbli għall-prodotti ta' l-għalf imħallta u mhux imħallta, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-prodotti mniżżlin fl-Anness ma jistgħux jinbiegħu bħala prodotti ta' l-għalf jew jiġu inkorporati f'prodotti ta' l-għalf sakemm id-dettalji stabbiliti fl-Anness ma jidhrux fuq l-ippakkjar jew il-kontenitur jew fuq it-tikketta annessa magħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li għall-materjal mibjugħ bl-ingrossa d-dettalji li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom jidhru fuq dokument li jkun hemm magħhom.

L-Artikolu 6

1. L-emendi li għandhom isiru fl-Anness bħala riżultat ta' l-iżviluppi fl-għerf xjentifiku jew tekniku għandhom jiġu addottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13. Fil-każ tal-prodotti li għalihom issir referenza fit-Taqsimiet 1.1 u 1.2 ta' l-Anness il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta' l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.

Madankollu, fil-każ ta' prodotti miksuba minn ħmira tal-varjetà "Candida" u kkultivata fuq n-alkanes, li għalihom issir referenza fl-Artikolu 4(1), għandha tiġi addottata deċiżjoni, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13, fi żmien sentejn min-notifika ta' din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta' l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.

2. Waqt li jiġi emendat l-Anness, għandhom jiġu mħarsa l-prinċipji li ġejjin:

A. Prodott m'għandux ikun inkluż fl-Anness sakemm:

(a) ikollu valur nutrijentali għall-annimali minħabba li jipprovdi n-nitroġenu jew il-proteina;

(b) meta jintuża b'mod sensibbli ma jkollu ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew fuq l-ambjent u ma jagħmilx dannu lill-konsumatur billi jagħmel ħsara lill-karatteristiċi distintivi għall-prodotti ta' l-annimali;

(ċ) irid ikun jista' jiġi ssorveljat f'prodotti ta' l-għalf.

B. Prodott għandu jkun imħassar mill-Anness jekk waħda mill-kondizzjonijiet mniżżlin f'A mhijiex sodisfatta.

3. Kriterji li jagħmluha possibbli li wieħed jiddefinixxi l-prodotti inklużi f'din id-Direttiva, partikolarment il-kriterja tal-kompożizzjoni u l-purità u l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u bijoloġiċi, jistgħu jiġu stabbiliti fid-dawl ta' l-għerf xjentifiku u tekniku u b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13.

L-Artikolu 7

1. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li għalihom issir referenza fit-Taqsimiet 1.1 u 1.2 ta' l-Anness iħarsu l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(2), l-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li jintbagħat dokument b'mod uffiċjali, preparat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 hawn taħt, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u, jekk jintalab li jkunu konsultati, lill-membri tal-Kumitati Xjentifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni.

2. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jaddotta l-linji ta' gwida li jridu jiġu osservati fit-tħejjija tad-dokument li għalih issir referenza fil-paragrafu 1 sabiex dawn il-linji ta' gwida jkunu jistgħu jiġu applikati fid-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-iktar tard.

L-emendi li għandhom isiru fil-linji ta' gwida sussegwentement bħala riżultat ta' l-iżviluppi fl-għerf xjentifiku jew tekniku għandhom jiġu addottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13.

3. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u dawk l-oħrajn kollha li jirċievu d-dokument li għalih issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom jassiguraw, jekk issirilhom talba mingħand applikant li tkun ibbażata fuq raġunijiet tajbin, li informazzjoni li l-iżvelar tagħha tista' taffettwa b'mod negattiv d-drittijiet fil-proprjetà industrijali jew kummerċjali tinżamm kunfidenzjali.

Is-segretezza industrijali u kummerċjali m'għandiex tapplika għal:

- l-ismijiet u l-kompożizzjoni tal-prodott, u kull informazzjoni li tirrigwarda s-sottostrata u l-mikro organiżmi,

- il-karatteriċi fiżiko-kimiċi u l-karatteristiċi bioloġiċi tal-prodott,

- l-interpretazzjoni ta' l-informazzjoni farmakoloġika, tossikoloġika u ekotossikoloġika,

- il-metodi analitiċi għas-sorveljanza tal-prodott fl-għalf.

L-Artikolu 8

1. Jekk fuq il-bażi ta' raġunijiet dettaljati minħabba informazzjoni ġdida jew evalwazzjoni ġdida ta' informazzjoni eżistenti li saret evidenti wara l-addozzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwestjoni, Stat Membru jsib li wieħed mill-prodotti mniżżlin fl-Anness jew l-użu tiegħu taħt kwalunkwe kondizzjonijiet li ġew stabbiliti jirrapreżenta perikolu lis-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali minkejja li jħares id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jissospendu jew jirrestrinġu temporanjament l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet fit-territorju tiegħu. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan, u għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina kemm jista' jkun malajr ir-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru konċernat u għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti għall-Prodotti ta' l-Għalf u għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu azzjoni xierqa.

3. Jekk il-Kummissjoni jidhrilha li huma meħtieġa xi emendi fid-Direttiva sabiex ittaffi d-diffikultajiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali, hi għandha tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 sabiex tadotta dawn l-emendi; f'dak il-każ, l-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagward jista jżommhom sakemm l-emendi jidħlu fis-seħħ.

L-Artikolu 9

Fir-rigward tal-bejgħ bejn Stati Membri, id-dettalji li għalihom issir referenza fl-Artikolu 5 għandhom jingħataw f' ta' mill-inqas lingwa waħda uffiċjali tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

L-Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li safejn għandhom x'jaqsmu l-preżenza u l-ittikketjar tal-prodotti mniżżlin fl-Anness, il-prodotti ta' l-għalf li jħarsu d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma soġġetti biss għar-restrizzjonijiet fuq bejgħ li jinsabu f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li l-prodotti ta' l-annimali ma jkunux soġġetti għal xi restrizzjoni fuq bejgħ b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-konformità tal-prodotti ta' l-għalf mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva tiġi uffiċjalment sorveljata, ta' mill-inqas permezz tat-teħid ta' kampjuni, matul l-bejgħ.

L-Artikolu 13

1. Meta l-proċedura deskritta f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-kwistjonijiet iridu jiġu riferiti lill-Kumitat Permanenti għall-Għalf tal-Bhejjem (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"), mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fit-terminu stabbilit mill-president skond l-urġenza tal-każ. Huwa għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' 45 vot, u l-voti ta' l-Istati Membri għandhom jintiżnu kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti meta jkunu b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Meta l-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti mingħajr dewmien proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta l-kwistjoni tkun ġiet riferuta lilu, il-miżuri proposti għandhom jiġuaddottatimill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontrihom permezz ta' maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 14

1. Meta l-proċedura deskritta f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-kwistjonijiet għandhom jiġu riferuti lill-Kumitat mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien jumejn. Huwa għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' 45 vot, u l-voti ta' l-Istati Membri għandhom jintiżnu kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti meta jkunu b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Meta l-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti mingħajr dewmien proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien 15-il jum mid-data ta' meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilu, il-miżuri proposti għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontrihom b'maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 15

Ir-referenzi kollha għall-komponenti nitroġeni li m'għandhomx proteini fl-Anness I, il-parti K u l-Anness II, il-parti Db tad-Direttiva 70/524/KEE għandhom jiġu mħassra.

L-Artikolu 16

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-prodotti ta' l-għalf li, kif ippruvat ta' mill-inqas mill-informazzjoni relevanti, huma intenzjonati għall-esportazzjoni lil pajjiżi terzi.

L-Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, sentejn wara n-notifika ta' din id-Direttiva, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

L-Artikolu 18

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-30 ta' Ġunju 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Maystadt

[1] ĠU C 197, tat-18.8.1977, p. 3.

[2] ĠU C 63, tat-13.3.1978, p. 53.

[3] ĠU C 84, tat-8.4.1978, p. 4.

[4] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1.

[5] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

Isem tal-grupp tal-prodott | Isem tal-prodott | Deskrizzjoni kimika tal-prodott jew l-identità tal-mikro organiżmu | Sottostrat tan-nutrijenti (speċifikazzjonijiet, jekk ikun hemm) | Karatteristiċi tal-kompożizzjoni tal-prodott | Speċi ta' l-annimali | Dispożizzjonijiet speċjali |

1.Proteini speċjali miksuba mill-gruppi li ġejjin ta' mikro-organiżmi

1.1.Bakterja | | |

1.2.Ħmira | Il-ħmira kollha | Saccharomyces cerevisiae, Saccharomyces carlsbergiensis , Kluyveromyces lactis, Kluyveromyces fragilis | Molassi, fdalijiet tad-distillerija, ċereali u prodotti li jkun fihom il-lamtu, il-meraq tal-frott, | ix-xorrox, l-aċidu lattiku, ħaxix idrolizzat, fibri | L-ispeċi ta' l-annimali kollha | |

1.2.1Ħmira kkultivata fuq is-sottostrati ta' l-annimali jew tal-ħaxix | —miksuba minn mikro organizmi u sottostrati mniżżlin f'kolonni 3 u 4 rispettivament | |

| —ic-celloli tagħom li jkunu ġew maqtula | | | |

1.2.2Ħmira kkultivata fuq sottostrati minbarra dawk mogħtija f'1.2.1 | | | | |

1.3.Algae | — | — | | |

1.4.Faqqiegħ t'isfel | | | | |

2.Komponenti nitroġeni li m'għandhomx proteini u prodotti simili fil-gruppi li ġejjin

2.1.Urea u d-derivattivi tagħha | 2.1.1.Urea | CO(HN2)2 | __ | Purità minima 98 % | Annimali li jixtarru mill-bidu ta' l-ixtarr | Dikjarazzjoni fuq it-tikketta jew l-ippakkjar tal-komponent ta' prodotti ta' l-għalf: l-isem tal-prodott, flimkien ma', fejn xieraq, l-ammont li jinsab fl-għalf tal-bhejjem imħallat, sakemm jeżistu metodi uffiċjali ta' analiżi,il-proporzjon ta' nitroġenu, espress bħala ekwivalent ta' proteina, provdut minn komponent(i) nitroġeni li m'għandhomx proteini,istruzzjonijiet addattati għall-użu biex jindikaw l-annimali li għalihom il-prodotti ta' l-għalf huma intiżi u l-livell massimu tat-total tan- nitroġena li m'għandhiex proteini li ma jistax jiġi maqbuż fir-razzjon ta' kuljum |

| 2.1.2.Biuret | C2H5O2N3 | — | |

| 2.1.3.Ureaphosphate | CO(NH2)2H3PO4 | — | |

| 2.1.4.Diureidoisobutane | (CH3)2 — CH CH(NHCONH2)2 | — | |

2.2.Aċidi amino u prodotti simili | 2.2.1.D,L-methionine | CH3S(CH2)2 — CH(NH2)-COOH | — | Purità minima 98 % | L-ispeċi kollha ta' l-annimali | — |

| 2.2.2.L-lysine | NH2 — (CH2)4 — CH(NH2)-COOH | — | — |

| 2.2.3.L-lysine hydrochloride | NH2 — (CH2)4 — CH(NH2)-COOH. HCL | — | — |

| 2.2.4.D,L-methionine hydroxy-analogue | (CH3 — S-(CH2)2 — (CH(OH)-COO)2Ca | — | — |

--------------------------------------------------

Top