Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R2968

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2968/79 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-provvediment ta’ assistenza amministrattiva in konnessjoni ma’ l-esportazzjoni ta’ ġobnijiet rotob u maturi tal-ħalib tal-baqar eliġibbli għal trattament speċjali ma’ l-importazzjoni f’pajjiż mhux membru

    ĠU L 336, 29.12.1979, p. 25–28 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2008; Imħassar b' 32008R1081

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/2968/oj

    31979R2968



    Official Journal L 336 , 29/12/1979 P. 0025 - 0028
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0174
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0156
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0174
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0065
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0065


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2968/79

    ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979

    li jistabilixxi regoli dettaljati għall-provvediment ta’ assistenza amministrattiva in konnessjoni ma’ l-esportazzjoni ta’ ġobnijiet rotob u maturi tal-ħalib tal-baqar eliġibbli għal trattament speċjali ma’ l-importazzjoni f’pajjiż mhux membru

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/79 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-għoti ta’ assistenza fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali fuq l-importazzjoni f’pajjiż terz [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) tiegħu,

    Billi l-USA qablet fil-kuntest tal-GATT li tippermetti importazzjonijiet ta’ ġobon artab u matur tal-ħalib tal-baqar liberu minn kwalunkwe restrizzjonijiet kwantitattivi; billi din il-miżura tapplika mill-1 ta’ Jannar 1980;

    Billi il-Komunità aċċettat li tagħti assistenza amministrattiva lill-awtoritajiet ta’ l-USA sabiex tassigura applikazzjoni korretta tal-ftehim; billi għal dan l-iskop il-ġobnijiet ikkonċernati għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ma’ l-esportazzjoni lejn l-USA, inkluż il-Puerto Rico, ta’ ġobnijiet rotob maturi tal-ħalib tal-baqar, li jaqgħu taħt is-subintestatura 04.04 E tat-Tariffa Doganali Komuni, prodotti fil-Komunità u li jikkonformaw mad-definizzjoni stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ċertifikat li jikkorrispondi mal-mudell stabbilit fl-Anness II għandu jinħareġ fuq it-talba tal-persuna kkonċernata.

    Artikolu 2

    1. Iċ-ċertifikati għandhom jiġu stampati fuq karta bajda u bl-Ingliż. Id-daqs tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm. Kull ċertifikat għandu jingħata numru tas-serje mill-aġenzija tal-ħruġ.

    L-Istat Membru esportatur jista’ jeħtieġ li ċ-ċertifikat jintuża fit-territorju tiegħu għandu barra milli jiġi stampat bl-Ingliż jiġi stampat ukoll f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu.

    2. Iċ-ċertifikati għandhom isiru oriġinali waħda u ta’ linqas żewġ kopji. Dawn il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje bħall-oriġinal. L-oriġinal u l-kopji għandhom jiġu kkompletati jew bit-tipa jew b’manuskritt; fil-każ ta’ l-aħħar, għandhom jiġu kkompletati f’ittri kapitali u bil-linka.

    Artikolu 3

    1. Iċ-ċertifikat u l-kopji tiegħu għandhom jinħarġu mill-aġenzija nnominata minn kull Stat Membru.

    2. L-aġenzija tal-ħruġ għandha żżomm kopja waħda taċ-ċertifikat. L-oriġinal u l-kopja l-oħra għandhom jiġu prodotti lill-uffiċċju doganali fejn jiġu kkompletati l-formalitajiet doganali ta’ esportazzjoni għall-esportazzjoni lejn l-USA.

    3. L-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 2 għandu jimla l-kaxxa riservata għall-użu tiegħu fuq l-oriġinal u jirritornaha lill-persuna kkonċernata. Il-kopja għandha tinżamm minn dak l-uffiċċju doganali.

    Artikolu 4

    Iċ-ċertifikat għandu jkun validu biss wara li jiġi ffirmat mill-uffiċċju doganali kompetenti. Għandu jkopri l-kwantità indikata fuqu. Madankollu, kwantità li teċċedi b’mhux iktar minn 5 % l-kwantità ndikata fuq iċ-ċertifikat għandha titqies bħala koperta b’dik il-kwantità.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura li tista tkunu neċessarja għall-iskop ta’ kontroll ta’ l-oriġini, t-tip, il-kompożizzjoni u l-kwalità tal-ġobnijiet li fir-rigward tagħhom jinħarġu ċ-ċertifikati.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1980.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1979.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Il-Viċi-President

    [1] ĠU L 334, tat-28.12.1979, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    DEFINIZZJONI TA’ ĠOBNIJIET ROTOB U MATURI TAL-ĦALIB TAL-BAQRA

    1. Ġobon artab u matur huwa kkurat jew immaturat b’aġenti kuranti bijoloġiċi, bħal moffa, ħmira u organiżmi oħra li jkunu ffurmaw qoxra prominenti fil-wiċċ tal-ġobon. Il-kura u l-maturazzjoni jitmexxew b’mod li l-ġobon jikkura jew jimmatura viżibbilment mill-wiċċ lejn iċ-ċentru. Il-kontenut tax-xaħam fil-materja niexfa ma jkunx inqas minn 50 %. Il-kontenut niedi kkalkolat skond il-piż tal-materja bla xaħam ma jkunx inqas minn 65 %.

    It-terminu ġobon artab u matur ma jinkludix ġobnijiet bil-moffa, bil-ħmira u organiżmi oħra fil-wiċċ li jkun fihom ukoll il-moffa, huma blu jew xort’ oħra,mqassma tul l-intern kollu tal-ġobon.

    2. Il-lista li ġejja mhux komprensiva hija mogħtija għal skopijiet illustrattivi biss biex turi ċerti tipi ta’ ġobnijiet li normalment jikkonformaw mad-definizzjoni mogħtija fil-paragrafu 1:

    - Bibress,

    - Brie,

    - Camembert,

    - Cambré,

    - Carré de l’Est,

    - Chaource,

    - Coulommiers,

    - Epoisse,

    - Herve,

    - Limbourg,

    - Livarot,

    - Maroilles,

    - Munster minn Franza u l-Ġermanja matul iż-żewġ naħat tar-Rhine,

    - Pont-l’Evêque,

    - Reblochon,

    - St Marcellin,

    - Taleggio.

    NB.

    Il-ġobnijiet elenkati hawn fuq għandhom jissodisfaw id-definizzjoni indikata sabiex jiġu kkunsidrati rotob u maturi.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top