EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979L0692

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1979 li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 70/458/KEE u 70/457/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa għall-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u taż-żerriegħa tal-ħaxix u l-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli

ĠU L 205, 13.8.1979, p. 1–4 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/692/oj

31979L0692



Official Journal L 205 , 13/08/1979 P. 0001 - 0004
Greek special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0049
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0202
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0202
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0068
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0068


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Lulju 1979

li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 70/458/KEE u 70/457/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa għall-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u taż-żerriegħa tal-ħaxix u l-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli

(79/692/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, ċerti Direttivi dwar it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ u l-materjal tal-propagazzjoni għandhom jiġu emendati;

Billi, fil-każ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, ċerti kondizzjonijiet li jikkonċernaw it-testijiet taż-żerriegħa għandhom jiġu rilassati għal ċerti reġjuni tal-Komunità li fihom kondizzjonijiet ekoloġiċi favorevoli jassiguraw il-konformità man-normi relevanti tal-Komunità kif stabbiliti;

Billi, fil-każ taż-żerriegħa tax-xgħir għall-għanijiet ta' l-għalf rilaxx temporanju tan-normi tal-Komunità li huma applikabbli għaż-żerriegħa tax-xgħir għandhom ikunu permissibli biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji li jeżistu f'ċerti reġjuni tal-Komunità għal dawn il-prodotti;

Billi, fil-każ taż-żerriegħa taċ-ċereali, l-metodi reċenti esperimentali biex jitnaqqsu l-effetti ta' l-attakk minn ċerti organiżmi ta' ħsara jidhru li jiġġustifikaw l-aċċettazzjoni tat-taħlit taż-żerriegħa tal-varjetajiet differenti ta' ċereali, sakemm jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi garantit li l-kwalità taż-żerriegħa jew tal-prodotti finali ma tiġix affetwata;

Billi, sabiex jittejjeb l-iffunzjonar tas-sistemi tal-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli, ċerti disposizzjonijiet li jirrelataw ma' l-aċċettazzjoni tal-varjetajiet fil-livell nazzjonali, għall-ismijiet tal-varjetajiet, u għal skambju ta' tagħrif bejn l-Istati Membri għandhom jiġu adattati għar-regoli stabbiliti internazzjonalment u r-regoli li jikkonċernaw it-tqegħid ħieles fis-suq fir-rigward tal-varjetà, taż-żrieragħ li jagħmlu sehem mill-varjetajiet aċċettati mill-varji Stati Membri għandhom jiġu msaħħa, ta' l-anqas fil-każ ta' ċerti speċi;

Billi d-disposizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ħaxix u d-disposizzjonijiet dwar il-katalogu komuni dwar il-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli jipprovdu li, wara l-1 ta' Lulju 1977, l-ekwivalenza tal-miżuri meħuda minn pajjiżi terzi li jikkonċernaw il-varjetajiet ma tistax tkun aktar stabbilita f'livell nazzjonali; billi ċerti deċiżjonijiet ta' l-ekwivalenza meħuda fil-livell tal-Komunità bdew iseħħu mill-1 ta' Lulju 1978; billi l-perjodu li jipprovdi għat-twaqqif ta' l-ekwivalenza f'livell nazzjonali għandu għalhekk jittawwal b'sena biex ikopri x-xejriet tradizzjonali tal-kummerċ li ġew miżmuma wara l-1 ta' Lulju 1977 sakemm isiru d-deċiżjonijiet tal-Komunità,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Lulju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/641/KEE [5],

"1c. L-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li ma japplikawx dwar il-produzzjoni ta' l-Istat Membru partikolari l-kondizzjoni li tinsab fl-Anness II, is-sezzjoni I, il-punt 2, il-paragrafu B (1) għall-ispeċi konċernat wieħed jew aktar, jekk jista' jkun assumit mill-kondizzjonijiet ekoloġiċi u l-esperjenza ta' qabel li n-normi stabbiliti fl-Anness II, is-sezzjoni I, il-punt 2, il-kolonna 13 tat-tabella jkunu qegħdin jiġu mħarsa."

Artikolu 2

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taċ-ċereali [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/641/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej,

1. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 2:

"1c. Sat-30 ta' Ġunju 1982, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li jippermettu t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-varjetajiet speċifiċi tax-xgħir, prinċipalment intiż għall-użu bħala għalf, li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kif stabbiliti:

- fl-Anness II fir-rigward tal-ġerminazzjoni,

- u fl-Anness II (2), it-tabella A, il-kolonna 6, fir-rigward taż-żerriegħa bażika."

2. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 13:

"1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li ż-żerriegħa ta' l-ispeċi taċ-ċereali li titqiegħed fis-suq fil-forma ta' taħlit speċifiku taż-żerriegħa tal-varjetajiet differenti basta li l-għerf xjentifiku jew tekniku juri li dan it-taħlit ikun tali li jkun partikolarment effettiv kontra l-propagazzjoni ta' ċerti organiżmi ta' ħsara u sakemm ukoll il-komponenti tat-taħlita jkunu konformi, qabel it-taħlit, mar-regoli tat-tqegħid fis-suq applikabbli dwarhom."

3. Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 isir il-paragrafu 2 u l-paragrafu 2 għandu jsir il-paragrafu 3.

4. In-numru li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness IV, A (b):

"8. "Tqegħid fis-suq permissibli esklussivament fl-…" (L-Istat Membru kkonċernat)."

Artikolu 3

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/55/KEE [8] qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej,

1. L-Artikolu 5 (1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-varjetà għandha titqies bħala distinta jekk, ikun x'ikun l-oriġini, artifiċjali jew naturali, tal-varjazzjoni inizjali li minnha tkun irriżultat, tkun tintgħaraf b'mod ċar minn karatteristika importanti waħda jew aktar minn kull varjetà oħra magħrufa fil-Komunità.

Il-karatteristiċi tal-varjetà għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu b'mod preċiż u b'definizzjoni preċiża.

Il-varjetà magħrufa fil-Komunità għandha tkun kull varjetà li, fiż-żmien meta l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-varjetà li għandha tkun assesjata debitament issir, tkun:

- jew elenkata fil-katalogu komuni ta' l-ispeċi tal-varjetajiet tal-pjanti agrikoli jew fil-katalogu ta' l-ispeċi tal-varjetajiet tal-ħxejjex,

- jew, mingħajr ma tkun elenkata f'wieħed minn dawn il-katalogi, tkun ġiet aċċettata jew ippreżentata għall-aċċettazzjoni fl-Istat Membru f'dak il-każ jew fi Stat Membru ieħor, jew għaċ-ċertifikazzjoni u għat-tqegħid fis-suq, jew għaċ-ċertifikazzjoni għall-pajjiżi oħra,

kemm-il darba l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jkunux aktar imħarsa fl-Istati Membri konċernati qabel id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-varjetà li għandha tkun assesjata tkun ittieħdet."

2. Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 7 (1):

"Sabiex tiġi stabbilita d-distintività, il-provi tat-tkabbir għandhom jinkludu ta' l-anqas il-varjetajiet disponibbli komparabbli li huma varjetajiet magħrufa fil-Komunità bi qbil mat-tifsira ta' l-Artikolu 5 (1). Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9, il-varjetajiet oħra disponibbli komparabbli għandhom jiġu inklużi."

3. L-Artikolu 9 (3) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Meta jingħata kont tat-tagħrif disponibbli, l-Istati Membri għandhom ukoll jassiguraw li l-varjetà li ma tkunx tintgħaraf b'mod ċar:

- minn varjetà li tkun ġiet aċċettata qabel fl-Istat Membru f'dak il-każ jew fi Stat Membru ieħor, jew

- minn varjetà oħra li tkun ġiet assessjata fir-rigward tad-distintività, ta' l-istabbiltà u ta' l-uniformità bi qbil mar-regoli li jikkorrispondu ma' dawk ta' din id-Direttiva, mingħajr, iżda, ma tkun varjetà magħrufa fil-Komunità fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 5 (1), tkun iġġorr l-isem ta' dik il-varjetà.

Din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika jekk dan l-isem x'aktarx jista' jfixkel jew joħloq konfużjoni dwar il-varjetà f'dan il-każ, jew jekk, bi qbil mad-disposizzjonijiet kollha ta' l-Istat Membru kkonċernat li jirregolaw l-ismijiet tal-varjetajiet, fatturi oħra jipprevjenu l-utilizzazzjoni tagħha, jew jekk id-drittijiet tal-partijiet terzi jimpedixxu l-użu ħieles ta' dak l-isem b'konnesjoni mal-varjetà f'dak il-każ."

4. Il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 9 għandu jsir il-paragrafu 4.

5. L-Artikolu 10 (1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Kull applikazzjoni jew l-irtirar ta' l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-varjetà, kull dħul f'katalogu tal-varjetajiet kif ukoll kull emenda għalih għandhom jiġu nnotifikat minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni."

6. L-Artikolu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 12:

"Artikolu 12a

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull dubju li jista' jinħoloq wara l-aċċettazzjoni tal-varjetà li jikkonċerna l-istima tad-distintività tagħha jew ta' l-isem tagħha fiż-żmien ta' l-aċċettazzjoni jkun iċċarat.

2. Meta, wara l-aċċettazzjoni tal-varjetà, jiġi stabbilit li l-kondizzjoni li tikkonċerna d-distintività fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 5 ma tkunx ġiet imħarsa fiż-żmien ta' l-aċċettazzjoni, l-aċċettazzjoni għandha tinbidel b'deċiżjoni oħra jew, fejn japplika, revoka, li tkun konformi ma' din id-Direttiva.

B'din id-deċiżjoni l-oħra, il-varjetà għandha, b'effett mid-data ta' l-aċċettazzjoni inizjali, ma titqiesx aktar bħala varjetà magħrufa fil-Komunità fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 5 (1).

3. Meta, wara l-aċċettazzjoni tal-varjetà, ikun stabbilit li l-isem tagħha fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 9 ma kienx aċċettabbli meta l-varjetà kienet aċċettata, l-isem għandu jiġi addattat b'dak il-mod li jkun konformi ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-isem ta' qabel jintuża temporanjament bħala isem addizzjonali. L-arranġamenti dettaljati li skondhom l-isem ta' qabel jista' jintuża bħala isem addizzjonali jistgħu jkunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 23."

7. Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 15 (2):

"Applikazzjonijiet biss mibgħuta erba' xhur qabel iż-żmien tal-perjodu msemmi hawn fuq għandhom ikunu meqjusa."

8. Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 15 (5):

"Fil-każ ta' Beta vulgaris L. u Solanum tuberosum L. din il-kondizzjoni għandha titqies li tkun konformi fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena dwar il-varjetajiet li dwarhom il-komunikazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 10 (1) u (2) kienu magħmula erba' xhur qabel dik id-data, sakemm xi Stat Membru ma javżax lill-Kummissjoni jew ma jagħmilx dikjarazzjoni lill-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni fis-sens li m'għandux il-ħsieb li jiddispensa milli jagħmel applikazzjoni bi qbil mal-paragrafu 2. Waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi jekk dawn id-disposizzjonijiet għandhomx ukoll jiġu applikati għall-ispeċi l-oħrajn."

9. Fl-Artikolu 21 (2), il-kliem "30 ta' Ġunju 1977" għandhom jiġu mibdula bi "30 ta' Ġunju 1978".

Artikolu 4

Fl-Artikolu 32 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ħaxix [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/641/KEE, il-kliem "it-30 ta' Ġunju 1977" għandhom jiġu mibdula bi "it-30 ta' Ġunju 1978".

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi:

- ma' l-Artikoli 1 u 2 b'effett mill-1 ta' Jannar 1980,

- ma' l-Artikoli 3 (9) u 4 b'effett mill-1 ta' Lulju 1977,

- mad-disposizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva sa l-1 ta' Lulju 1982.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 24 ta' Lulju 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gibbons

[1] ĠU C 174, tal-21.7.1978, pġ. 8.

[2] ĠU C 239, tad-9.10.1978, pġ. 54.

[3] ĠU C 114, tas-7.4.1979, pġ. 26.

[4] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2298/66.

[5] ĠU L 183, tad-19.7.1979, pġ. 13.

[6] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2309/66.

[7] ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 1.

[8] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1978, pġ. 23.

[9] ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 7.

--------------------------------------------------

Top