Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975L0440

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilma tal-wiċċ illi huwa maħsub għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb fl-Istati Membri

ĠU L 194, 25.7.1975, p. 26–31 (EN, FR)
ĠU L 194, 25.7.1975, p. 34–39 (DA, DE, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2007: This act has been changed. Current consolidated version: 22/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1975/440/oj

31975L0440

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilma tal-wiċċ illi huwa maħsub għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb fl-Istati Membri

Official Journal L 194 , 25/07/1975 P. 0026 - 0031
Greek special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0080
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0123
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 1 P. 0123
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0232
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0232
CS.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
ET.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
HU.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
LT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
LV.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
MT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
PL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
SK.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
SL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 17 - 22
DE L 328 25/07/1975 P. 0034-0039


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-16 ta’ Ġunju 1975

dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilma tal-wiċċ illi huwa maħsub għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb fl-Istati Membri

(75/440/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ;

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi ż-żieda fl-użu tar-riżorsi ta’ l-ilma għall-produzzjoni ta’ l-ilma għall-konsum tan-nies teħtieġ it-tnaqqis fit-tniġġiż ta’ l-ilma u l-protezzjoni kontra d-deterjorament li jsir bħala konsegwenza;

Billi jeħtieġ li s-saħħa pubblika tiġi protetta u li, b’dan il-għan, issir sorveljanża fuq l-ilma tal-wiċċ li huwa maħsub għall-produzzjoni ta’ l-ilma għax-xorb u fuq it-trattament ta’ purifikazzjoni ta’ dan l-ilma;

Billi kull nuqqas ta’ qbil bejn id-dispożizzjonijiet dwar il-kwalità meħtieġa ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb diġa applikati jew fi stat ta’ preparazzjoni fid-diversi Stati Membri jista’ joħloq kondizzjonijiet mhux ugwali tal-kompetizzjoni u b’hekk ikollu effett dirett fuq il-funżjoni tas-suq komuni; billi, jeħtieġ illi l-liġijiet f’dan il-qasam jiġu approssimati kif ipprovvdut fl-Artikolu 100 tat-Trattat;

Billi jidħer illi jeħtieġ li din l-approssimazzjoni tal-liġijiet tiġi akkompanjati b’azzjoni tal-Komunità sabiex wieħed mill-għanijiet tal-Komunità fl-isfera tal-protezzjoni ta’ l-ambjent u u tat-titjib fil-kwalità tal-ħajja jista jseħħ permezz ta’ regolamenti aktar wiesgħa; billi ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi b’dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti; billi l-Artikolu 235 tat-Trattat għandu jiġi invokat minħabba l-fatt li l-poteri meħtieġa għal dan il-għan mħumiex ipprovvduti fit-Trattat;

Billi l-programm ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent [3] jipprovdi li miri tal-kwalità għandhom jitfasslu flimkien billi jiġu stabbiliti l-ħtiġiet varji li ambjent irid jilħaq inter alia d-definizzjoni tal-valuri parametriċi għall-ilma, inkuż l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb;

Billi t-tfassil flimkien tal-ħtiġiet minimi tal-kwalità għall-ilma tal-wiċċ maħsub għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb ma jipprekludu la ħtiġiet aktar stretti fil-każ ta’ dan l-ilma tax-xorb użat għal xi skop ieħor u lanqas il-ħtiġiet imposti mill-ħajja akwatika;

Billi jeħtieġ li l-valuri parametriċi li jiddefinixxu l-kwalità ta’ l-ilma tal-wiċċ użat għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb jiġu riveduti fid-dawl ta’ l-għarfien teknoloġiku u xjentifiku ġdid;

Billi l-metodi li bħalissa qed jitfasslu sabiex jittieħdu kampjuni ta’ l-ilma u sabiex jitqiesu l-parametri li jiddefinixxu l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb ser jaqgħu taħt Direttiva li ser tiġi adottata mill-iktar fis possibbli,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tinteressa l-ħtiġiet tal-kwalità li l-ilma ħelu tal-wiċċ użat jew maħsub għall-użu ta’ l-produzzjoni ta’ ilma tax-xorb, minn hawn il-quddiem riferit bħala "l-ilma tal-wiċċ", irid jilħaq wara l-applikazzjoni tat-trattament xieraq. L-ilma ta’ taħt l-art, l-ilma salmastru u l-ilma maħsub għalbiex jergħu jimtlew is-saffi li fihom jagħmel l-ilma ma għandhomx jaqgħu taħt din id-Direttiva.

2. Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ilma tal-wiċċ kollu maħsub għall-konsum tan-nies u fornit permezz tas-sistemi tad-distribuzzjoni għall-użu pubbliku għandu jiġi meqjus bħala ilma tax-xorb.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva l-ilma tal-wiċċ għandu jinqasam skond valuri limitattivi fi tlett kategoriji, A1, A2 u A3, li jikkorispondu għall-metodi standard xierqa tat-trattament stabbiliti fl-Anness I. Dawn il-gruppi jikkorispondu għal tlett kategoriji differenti ta’ ilma tal-wiċċ, il-karatterisitiċi fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi rispettivi li huma mniżżla fit-tabella fl-Anness II.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, għal kull punt fejn isir it-teħid tal-kampjuni, jew għal kull punt individwali tat-teħid tal-kampjuni, il-valuri li japplikaw għall-ilma tal-wiċċ għall-parametri kollha stabbiliti fl-Anness II.

L-Istati Membri jistgħu ma jistabbilixxux il-valuri tal-parametri li għalihom ma jidħrux valuri fit-tabella fl-Aness II, skond l-ewwel subparagrafu sakemm jiġu stabbiliti ċ-ċifri b’konformità mal-proċeduri fl-Artikolu 9.

2. Il-valuri stabbiliti skond il-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu inqas stretti minn dawk mogħtija fil-kolonni "I" ta’ l-Anness II.

3. Fejn hemm valuri fil-kolonni "G" ta’ l-Anness II, sewwa jekk hemm valur li jikkorrispondi fil-kolonni "I" ta’ l-Anness u sewwa jekk le, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jirrispettawhom bħala linji ta’ gwida, bla ħsara għall-Artikolu 6.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-ilma tal-wiċċ jikkonforma mal-valuri stabbiliti skond l-Artikolu 3. Kull Stat Membru għandu japplika din id-Direttiva mingħajr distinzjoni għall-ilmijiet nazzjonali u għall-ilmijiet li jaqsmu l-fruntieri tiegħu.

2. L-Istati Membri għandhom, b’mod konformi ma’ l-għanijiet ta’ din id- Direttiva, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw it-titjib kontinwu ta’ l-ambjent. B’dan il-għan, għandhom ifasslu pjan sistematiku ta’ azzjoni li jinkludi skeda taż-żmien għat-titjib ta’ l-ilma tal-wiċċ u b’mod speċjali dak li jaqa’ taħt il-kategorija A3. F’dan il-kuntest, irid jitwettaq titjib konsiderevoli taħt il-programmi nazzjonali fl-10 snin li ġejjin.

L-iskeda taż-żmien riferita fl-ewwel subparagrafu għandha ssir fid-dawl tal-bżonn tat-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent, u b’mod partikolari ta’ l-ilma, u ta’ l-ostakli ekonomiċi u teknoloġiċi li jeżistu jew li jistgħu jinqalgħu fir-reġjunijiet diversi tal-Komunità.

Il-Kummisjoni trid teżamina tajjeb il-pjanijiet riferiti fl-ewwel subparagrafu, inklużi l-iskedi taż-żmien, u jekk meħtieġ, tagħmel proposti xierqa lill-Kunsill.

3. L-ilma tal-wiċċ li l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi tiegħu jkunu inqas mill-valuri limitattivi mandatorji li jikkorrispondu għat-tip ta’ trattament A3 ma jistax jintuża għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb. Madankollu, dan l-ilma ta’ kwalità inferjuri jista’ jintuża f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk proċessi xierqa — inkluż it-taħlit — jintużaw sabiex il-karatteristiċi tal-kwalità ta’ l-ilma jitgħollew għal-livell ta’ l-istandards tal-kwalità ta’ l-ilma tax-xorb. Il-Kummissjoni trid tiġi nnotifikata dwar ir-raġunijiet għal dawn l-eċċezzjonijiet, fuq il-bażi ta’ pjan tal-maniġġjar tar-riżorsi ta’ l-ilma fiż-żona interessata, mill-iktar fis possibli fil-każ ta’ l-installazzjonijiet eżistenti, u bil-quddiem, fil-każ ta’ installazjonijiet ġodda. Il-Kummissjoni trid teżamina tajjeb dawn ir-raġunijiet u fejn meħtieġ, tissottometti proposti xierqa lill-Kunsill.

Artikolu 5

1. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 4, l-ilma tal-wiċċ għandu jitqies illi jikkonforma mal-parametri relevanti jekk kampjuni ta’ dan l-ilma mittieħda f’intervalli regolari mill-istess punt tat-tehid tal-kampjuni u użati għall-produzzjoni ta’ l-ilma tax-xorb juru li huwa konformi mal-valuri parametriċi għall-kwalità ta’ l-ilma kkonċernat, fil-każ ta’:

- 95 % tal-kampjuni għall-parametri konformi ma dawk speċifikati fil-kolonni "I" fl-Anness II,

- 90 % tal-kampjuni f’kull każ ieħor,

u jekk fil-każ tal-5 jew 10 % tal-kampjuni li ma jikkomformawx:

(a) l-ilma ma jiddevjax mill-valuri tal-parametri interessati b’iktar min 50 %, għajr għat-temperatura, il-pH, is-soluzzjoni ta’ l-ossiġnu u l-parametri mikrobijoloġiċi;

(b) ma jistax jirriżulta periklu għas-saħħa publika;

(ċ) kampjuni konsekuttivi ta’ l-ilma mittieħda f’intervalli statistikament adattati mhumiex differenti mill-valuri parametriċi relevanti.

2. Sakemm tidħol fis-seħħ politika Komunitarja dwar il-kwistjoni, il-frekwenza tat-tehid tal-kampjuni u ta’ l-analiżi ta’ kull parametru, flimkien mal-metodi tal-kejl għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li għandhom iqisu l-volum ta’ l-ilma prodott, l-estensjoni ta’ l-produzzjoni, il-popolazzjoni moqdija, il-grad tar-riskju ikkaġunat mill-kwalità ta’ l-ilma u d-differenzi fil-kwalità skond l-istaġun.

3. Valuri ogħla minn dawk riferiti fil-paragrafu 2, ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-perċentwali riferiti fil-paragrafu 1 meta jirriżultaw minn għargħar jew diżastri naturali jew kondizzjonijiet tat-temp mhux normali.

4. It-tehid ta’ kampjuni għandu jfisser il-post fejn l-ilma tal-wiċċ jiġi prodott qabel jintbagħat għat-trattament ta’ purifikazzjoni.

Artikolu 6

L-Istati Membri jistgħu meta jridu jagħmlu regoli għall-ilma tal-wiċċ iktar stretti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva.

Artikolu 7

It-twettiq tal-miżuri li jittieħdu skond din id-Direttiva ma tista’ taħt l-ebda ċirkostanza twassal b’mod dirett jew indirett għal tnaqqis fil-kwalità korrenti ta’ l-ilma tal-wiċċ.

Artikolu 8

Din id-Direttiva tista’ tiġi rtirata:

(a) f’każ ta’għarar jew diżastri naturali oħra;

(b) f’każ ta’ parametri oħra mmarkati (O) fl-Anness II minħabba kondizzjonijiet meteoroloġiċi jew ġeografiċi eċċezzjonali;

(ċ) fejn l-ilma tal-wiċċ jiġi arrikkit b’mod naturali b’ċerti sustanzi b’riżultat li jaqbeż il-limiti stabbiliti fil-kategoriji A1, A2 u A3 fit-tabella fl-Anness II;

(d) f’kaz ta’ ilma tal-wiċċ f’laġi mhux fondi jew ilma tal-wiċċ kważi qiegħed, għall-parametri mmarkati b’asterisk fit-tabella fl’L-Anness II, billi din id-deroga tapplika biss għal-laġijiet b’fond li ma jaqbisx il-20m, b’tibdil ta’ l-ilma inqas minn darba f sena, u mingħajr skariku ta’ ilma ħażin għal ġo l-ilma.

L-arrikkiment naturali hawn ifisser li mingħajr l-intervent tal-bniedem, korp speċifikat ta’ ilma jirċievi ċerti sostanżi li jinsabu fil-ħamrija.

L-eċċeżjonijiet ipprovvduti fl-ewwel subparagrafu ma’ jistgħu fl-ebda każ ma jħarsux il-ħtiġiet tas-saħħa pubblika.

Meta Stat Membru jirrinunzja għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandu minnufih jinnotifika lill-Kummisjoni b’dan u jiddikjara r-raġunijiet tiegħu u il-perjodi maħsuba.

Artikolu 9

Il-valuri numeriċi u l-lista tal-paramentri stabbiliti fit-tabella ta’ l-Anness II, li jfissru il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi ta’ l-ilma tal-wiċċ jistgħu jiġu riveduti permezz ta’ talba minn Stat Membru jew fuq proposta tal-Kummisjoni, kull meta l-għarfien tekniku u xjentifiku dwar il-metodi ta’ trattament jiġi estiż jew l-i standards għall-ilma tax-xorb jinbidlu.

Artikolu 10

l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn min-notifikazzjoni tagħha. Għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-16 ta’ Frar 1975,

Għall-Kunsill

Il-President

R. Ryan

[1] ĠU C 62, tat-30.05.74, p. 7.

[2] ĠU C 109, tad-19.09.74, p. 41.

[3] ĠU C 112, ta’ l-20.12.73, p. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Id-definizzjoni tal-metodi standard tat-trattament għat-tibdil ta' l-ilma tal-wiċċ tal-kategoriji A1, A2 u A3 f'ilma għax-xorb

Kategorija A1:

It-trattament fiżiku u d-diżinfezzjoni sempliċi, p.e. il-filtrazzjoni u d-diżinfezzjoni mgħaġġla.

Kategorija A2:

It-trattament fiżiku, it-trattament kimiku u d-diżinfezzjoni normali, p.e. il-klorurazzjoni ta' qabel, il-koagulazzjoni, il-flokkulazzjoni, id-dekantazzjoni, il-filtrazzjoni, id -diżinfezzjoni (il-klorurazzjoni finali).

Kategorija A3:

It-trattament fiżiku u t-trattament kimiku intensivi, it-trattament u d-diżinfezzjoni estiżi, p.e. il-klorurazzjoni sal-punt li ma jiflahx iżjed, il-koagulazzjoni, il-flokkulazzjoni, id-dekantazzjoni, il-filtrazzjoni, l-assorbiment (karbonju attivat), id-diżinfezzjoni (ożonu, klorurazzjoni finali).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Il-karatteristiċi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb

I = mandatorju.

G = ta' gwida.

O = kondizzjonijiet ġeografiċi jew tat-temp eċċezzjonali.

* = ara l-Artikolu 8(d).

[1] [2]

| Il-parametri | A1 G | A1 I | A2 G | A2 I | A3 G | A3 I |

| |

1 | Il-PH | | 6.5 sa 8.5 | 5.5 sa 9 | 5.5 sa 9 |

2 | Il-kolorazzjoni (wara l-filtrazzjoni sempliċi | Mg/l skala Pt | 10 | 20 (0) | 50 | 100 (0) | 50 | 200 (0) |

3 | It-total tas-solidi fis-sospensjoni | Mg/l SS | 25 | | | | | |

4 | It-temperatura | oC | 22 | 25 (0) | 22 | 25 (0) | 22 | 25 (0) |

5 | Il-konduttività | μs/ċm –1 f'temperatura ta' 20oĊ | 1000 | | 1000 | | 1000 | |

6 | Ir-riħa | (il-fattur tat-tgħammid f'temperatura ta' 25oĊ) | 3 | | 10 | | 20 | |

7* | In-nitrati | Mg/1 NO3 | 25 | 50(0) | | 50(0) | | 50(0) |

8 [1] | Il-fluworidi | Mg/1 F | 0.7 sa 1 | 1.5 | 0.7 sa 0.7 | | 0.7 sa 0.7 | |

9 | It-total tal-kloru organiku li jista' jiġi estratt | Mg/1 Cl | | | | | | |

10* | Il-ħadid f'soluzzjoni | Mg/1 Fe | 0.1 | 0.3 | 1 | 2 | 1 | |

11* | Il-manganiż | Mg/1 Ma | 0.05 | | 0.1 | | 1 | |

12 | Ir-ram | Mg/1 Ca | 0.02 | 0.05(0) | 0.05 | | 1 | |

13 | Iż-żingu | Mg/1 Za | 0.5 | 3 | 1 | 5 | 1 | 5 |

14 | Il-boron | Mg/1 B | 1 | | 1 | | 1 | |

15 | Il-berillju | Mg/1 Be | | | | | | |

16 | Il-kobalt | Mg/1 Co | | | | | | |

17 | In-nikil | Mg/1 Ni | | | | | | |

18 | Il-vanadju | Mg/1 V | | | | | | |

19 | l-arseniku | Mg/1 As | 0.01 | 0.05 | | 0.05 | 0.05 | 0.1 |

20 | Il-kadmju | Mg/1 Cd | 0001 | 0005 | 0001 | 0005 | 0001 | 0005 |

21 | It-total tal-kromju | Mg/1 Cr | | 0.05 | | 0.05 | | 0.05 |

22 | Iċ-ċomb | Mg/1 Pb | | 0.05 | | 0.05 | | 0.05 |

23 | Is-silenju | Mg/1 Se | | 0.01 | | 0.01 | | 0.01 |

24 | Il-merkurju | Mg/1 Hg | 0005 | 0001 | 0.0005 | 0001 | 0.0005 | 0001 |

25 | Il-barju | Mg/1 Ba | | 0.1 | | 1 | | 1 |

26 | Iċ-ċjanur | Mg/1 Cn | | 0.05 | | 0.05 | | 0.05 |

27 | Is-sulfati | Mg/1 SO4 | 150 | 250 | 150 | 250 (O) | 150 | 250 (O) |

28 | Il-kloruri | Mg/1 CI | 200 | | 200 | | 200 | |

29 | Is-surfactants (li jirreaġixxu mal-metil blu) | Mg/1 (sulfattal-lauryl) | 0.2 | | 0.2 | | 0.5 | |

30* [2] | Il-fosfati | Mg/1 P2O5 | 0.4 | | 0.7 | | 0.7 | |

31 | L-aċidi karboliċi (l-indiċi ta' l-aċidi karboliċi) paranitranilina 4 aminoantipirina | C6H3OH | | 0001 | 0001 | 0005 | 0.01 | 0.1 |

32 | L-idrokarburi f'soluzzjoni jew emulsifikati (wara l-produzzjoni permezz ta' l-etere tal-petrolejum) | Mg/1 | | 0.05 | | 0.2 | 0.5 | 1 |

33 | L-idrokaburi poliċikliċi aromatiċi | Mg/1 | | 0.0002 | | 0.0002 | | 0001 |

34 | Pestiċidi totali (paratjon, BHC, dijeldrin) | Mg/1 | | 0001 | | 0.0025 | | 0005 |

35* | Id-domanda għall-ossiġnu kimiku (COD) | Mg/1 O2 | | | | | 30 | |

36* | Ir-rata tas-saturazzjoni ta' l-ossiġnu f'soluzzjoni | % O2 | > 70 | | > 50 | | > 30 | |

37* | Id-domanda għall-ossiġnu bijokimiku (BOD2) (f'temperatura ta' 20 oĊ mingħajr nitrifikazzjoni) | Mg/1 O2 | < 3 | | < 5 | | < 7 | |

38 | In-nitroġenu permezz tal-metodu Kjedaħl (għajr għall-NO2) | Mg/1 N | 1 | | 2 | | 3 | |

39 | L-ammonja | Mg/1 NH4 | 0.05 | | 1 | 1.5 | 2 | 4 (O) |

40 | Is-sustanzi li jistgħu jiġu estratti permezz tal-kloroform | Mg/1 SEC | 0.1 | | 0.2 | | 0.5 | |

41 | It-total tal-karbun organiku | Mg/1 C | | | | | | |

42 | Il-karbun organiku residwu wara l-flokkulazzjoni u l-filtrazzjoni mill-membrana (5 μ) TOC | Mg/1 C | | | | | | |

43 | It-total tal-koliformi 37 oĊ | /100 ml | 50 | | 5000 | | 50000 | |

44 | Il-koliformi fekali | /100 ml | 20 | | 2000 | | 20000 | |

45 | L-istreptokokki fekali | /100 ml | 20 | | 1000 | | 10000 | |

46 | Is-salmonella | | Mhux preżenti f'5000 ml | | Mhux preżenti f'1000 ml | | | 250 (0) |

[1] Il-valuri mogħija huma l-ogħla limiti stabbiliti fir-rigward tal-medja tat-temperatura ta' matul is-sena (l-ogħla u l-inqas).

[2] Dan il-parametru ġie inkluż għalbiex jissodisfa l-ħtiġiet ekoloġiċi ta' ċerti tipi ta' ambjent.

--------------------------------------------------

Top