This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22022D0292
Decision No 2/2022 of the Joint Committee established by the Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Communi of 21 February 2022 amending Decision No 7/2020 establishing a list of 25 persons who are willing and able to serve as members of an arbitration panel under the Agreement (2022/292)
Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni Nru 7/2020 li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim [2022/292]
Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni Nru 7/2020 li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim [2022/292]
PUB/2022/78
ĠU L 43, 24.2.2022, p. 86–86
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 22020D2251 | Sostituzzjoni | anness I Test | 22/02/2022 |
24.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/86 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
tal-21 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni Nru 7/2020 li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim [2022/292]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 171(1) u (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 171(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), il-Kumitat Konġunt stabbilixxa, sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit skont dan il-Ftehim, lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ordinarji ta’ bord ta’ arbitraġġ. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li l-lista tkun konformi mar-rekwiżiti fi kwalunkwe mument. |
(2) |
Skont l-Artikolu 171(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-lista ma għandhiex tinkludi persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ xi Stat Membru, jew tal-gvern tar-Renju Unit. |
(3) |
Waħda mill-persuni fuq il-lista li proposta mill-Unjoni nħatret bħala membru bħala istituzzjoni tal-Unjoni u għalhekk ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti biex tkun arbitru skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
(4) |
Għaldaqstant hemm bżonn li dik il-persuna fuq il-lista ta’ persuni stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 7/2020 tal-Kumitat Konġunt (2) tiġi sostitwita, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ 25 persuna lesti u kapaċi jservu bħala arbitri skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ kif stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 7/2020 tal-Kumitat Konġunt hija emendata kif ġej:
Is-Sinjura Tamara ĆAPETA hija sostitwita mis-Sur Ezio PERILLO.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
Maroš ŠEFČOVIČ
Elizabeth TRUSS