Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1836

Deċiżjoni Tal-Kumitat Konġunt Taż-Żee Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE 2019/1836

ĠU L 279, 31.10.2019, p. 143–148 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1836/oj

31.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/143


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE NRU 78/2019

tad-29 ta’ Marzu 2019

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE 2019/1836

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (3), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (4) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Direttiva 2014/65/UE tħassar id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jispeċifika l-każijiet li fihom l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jistgħu temporanjament jipprojbixxu jew jirrestrinġu ċerti attivitajiet finanzjarji, u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet neċessarji f’konformità, rispettivament, mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont il-punti 31g u 31i tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE. Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-EBA u tal-ESMA fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri taż-ŻEE, tali deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati abbażi ta’ abbozzi mħejjija mill-EBA jew mill-ESMA, skont il-każ. Dan jippreserva l-vantaġġi ewlenin ta’ superviżjoni minn awtorità waħda.

(7)

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim rifless fil-konklużjonijiet (8) tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA tal-14 ta’ Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 13b (id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendata bi:

32014 L 0065: id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116.”

2.

It-test tal-punt 31ba (id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) qed jinbidel b’dan li ġej:

32014 L 0065: id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, kif emendata bi:

32016 L 1034: id-Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 8).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini ‘Stat Membru/i’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ għandhom jinftiehmu li qed jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fid-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Ir-referenzi għall-membri tas-SEBĊ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fid-Direttiva, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Ir-referenzi għal atti oħrajn fid-Direttiva għandhom jitqiesu rilevanti sal-punt u b’mod illi dawk l-atti jiġu inkorporati fil-Ftehim.

(d)

Fl-Artikolu 3(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘it-2 ta’ Lulju 2014’ għandu jsir ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019’ u l-kliem ‘sat-3 ta’ Lulju 2019’ għandu jsir ‘sa ħames snin minn hemm ’il quddiem’

(e)

Fl-Artikolu 16(11), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘it-2 ta’ Lulju 2014’ għandu jsir ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019’.

(f)

Fl-Artikolu 41(2), il-kliem ‘tal-Unjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘taż-ŻEE’.

(g)

Fl-Artikolu 57:

(i)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, il-kliem ‘hija għandha tieħu azzjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘l-ESMA jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tieħu azzjoni’;

(ii)

fil-paragrafu 6, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara ‘AETS’.

(h)

Fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 70(6), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘fit-2 ta’ Lulju 2014’ għandu jsir ‘fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019’.

(i)

Fl-Artikolu 79:

(i)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘lill-AETS’;

(ii)

fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘lill-Kummissjoni, lill-AETS’.

(j)

Fl-Artikolu 81(5), fl-Artikolu 82(2) u fl-Artikolu 87(1), il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘AETS’.

(k)

Fl-Artikolu 86, il-kliem ‘lill-AETS, li’ għandu jinbidel bil-kliem ‘lill-ESMA. L-ESMA jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.

(l)

Fl-Artikolu 95(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘mit-3 ta’ Jannar 2018’ għandu jsir ‘mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019’.”

3.

It-test tal-punt 31baa (imħassar) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

32014 R 0600: ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, kif emendat bi:

32016 R 1033: ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini ‘Stat Membru/i’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ għandhom jinftiehmu li qed jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Ir-referenzi għall-membri tas-SEBĊ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) jew l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), skont il-każ, u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw ma’ xulxin għall-finijiet tar-Regolament, b’mod partikolari qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni.

(d)

Ir-referenzi għal atti oħrajn fir-Regolament għandhom jitqiesu rilevanti sal-punt u b’mod illi dawk l-atti jiġu inkorporati fil-Ftehim.

(e)

Ir-referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31i ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(f)

Fil-punt (e) tal-Artikolu 1(1):

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘mill-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA’ għandu jsir ‘mill-awtoritajiet kompetenti u mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;

(ii)

il-kliem ‘jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘setgħat tal-ESMA’.

(g)

Fl-Artikolu 4:

(i)

fil-paragrafu 4, il-kliem ‘u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘lill-Kummissjoni’;

(ii)

fil-paragrafu 7, il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ eżenzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘it-3 ta’ Jannar 2018’.

(h)

Fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 19(1), il-kliem ‘u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘lill-Kummissjoni’.

(i)

Fl-Artikolu 36(5):

(i)

fl-ewwel u fit-tieni sentenza, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘lill-ESMA’ għandha ssir ‘lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;

(ii)

il-kliem ‘u għandha tinkludi fil-lista n-notifiki kollha rċevuti mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘ESMA għandha tippubblika lista tan-notifiki kollha li tirċievi’.

(j)

Fl-Artikolu 37(2):

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘it-3 ta’ Jannar 2018’ għandu jsir ‘mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019’;

(ii)

il-kliem ‘għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE’ għandu jiġi ssostitwit bil-kliem ‘għall-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim ŻEE’.

(k)

Fl-Artikolu 40:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 1 sa 4, 6 u 7, il-kelma ‘l-ESMA’ għandha ssir ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2 il-kliem ‘il-liġi tal-Unjoni’ għandu jsir ‘il-Ftehim ŻEE’;

(iii)

fil-paragrafu 3, il-kliem ‘wara konsultazzjoni mal-korpi pubbliċi’ għandu jiġi ssostitwit bil-kliem ‘wara li l-ESMA tikkonsulta mal-korpi pubbliċi’;

(iv)

fil-paragrafu 3, il-kliem ‘mingħajr ma toħroġ l-opinjoni’ għandu jiġi ssostitwit bil-kliem ‘mingħajr ma l-ESMA toħroġ l-opinjoni’;

(v)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘kull deċiżjoni tagħha li tieħu azzjoni’;

(vi)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż dwar kull deċiżjoni tagħha li tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu. Referenza għall-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha titqiegħed fuq is-sit web tal-ESMA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘dan l-Artikolu’.

(l)

Fl-Artikolu 41:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 1 sa 4, 6 u 7, il-kelma ‘l-EBA’ għandha ssir ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2 il-kliem ‘il-liġi tal-Unjoni’ għandu jsir ‘il-Ftehim ŻEE’;

(iii)

fil-paragrafu 3, il-kliem ‘mingħajr ma toħroġ l-opinjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘mingħajr il-ħruġ mill-EBA tal-opinjoni’;

(iv)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni’ għandu jinbidel bil-kliem ‘kull deċiżjoni tagħha li tieħu azzjoni’;

(v)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż dwar kull deċiżjoni tagħha li tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu. Referenza għall-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha titqiegħed fuq is-sit web tal-EBA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘dan l-Artikolu’.

(m)

Fl-Artikolu 45:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem ‘jew, fil-każ tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘l-ESMA’;

(ii)

fil-paragrafi 2, 4, 5, 8 u 9 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘l-ESMA’;

(iii)

fit-tieni u fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem ‘jew, skont il-każ, tipprepara abbozzi għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘qabel ma tieħu xi miżura’;

(iv)

fil-paragrafu 6, il-kliem ‘kwalunkwe deċiżjoni’ għandu jsir ‘kull deċiżjoni tagħha’;

(v)

fil-paragrafu 6, il-kliem ‘. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika avviż fuq is-sit web tagħha dwar kull deċiżjoni proprja li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1(c). Referenza għall-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha titqiegħed fuq is-sit web tal-ESMA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘fil-paragrafu 1(c)’;

(vi)

fil-paragrafu 7, il-kliem ‘fuq is-sit web tal-ESMA jew, fir-rigward ta’ miżuri meħuda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, meta l-avviż jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘meta jiġi ppubblikat l-avviż’.”

4.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

32014 R 0600: ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, u mir-Regolament (UE) 2016/1033 u tad-Direttiva 2014/65/UE, kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, u mid-Direttiva (UE) 2016/1034 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (9).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(4)  ĠU L 175, 30.6.2016, p. 8.

(5)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(7)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(8)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(9)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ANNESS

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti

tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019 li tinkorpora d-Direttiva 2014/65/UE fil-Ftehim ŻEE

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-inkorporazzjoni fil-Ftehim ŻEE tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE hija bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali tal-applikazzjoni ġenerali b’rabta mal-kontroll tal-investiment dirett barrani għall-finijiet ta’ sigurtà jew ta’ ordni pubbliku.


Top