EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0330

2013/330/UE: Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera tas- 6 ta’ Ġunju 2013 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanziji kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà

ĠU L 175, 27.6.2013, p. 73–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/330/oj

27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/73


DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-SVIZZERA

tas-6 ta’ Ġunju 2013

li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanziji kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà

(2013/330/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-25 ta’ Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanziji kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu;

Billi bil-konklużjoni tal-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti ħadu l-impenn li jiggarantixxu fit-territorju rispettiv tagħhom, livell ta’ sigurtà ekwivalenti għall-mezzi tal-miżuri doganali bbażati fuq il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) li jiffissa d-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Kodiċi Doganali;

Billi mill-konklużjoni tal-Ftehim, saru xi emendi fil-leġiżlazzjoni msemmija li jolqtu l-miżuri doganali ta’ sigurtà, b’mod partikolari permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 312/2009 (4), Nru 169/2010 (5) u Nru 430/2010 (6);

Billi hemm il-possibbiltà li l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li huma relevanti għaż-żamma ta’ livell ekwivalenti ta’ sigurtà bejn il-Partijiet Kontraenti jkunu riflessi fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Il-paragrafu 2 fl-Artikolu 1 qed jiġi mibdul bit-test li ġej:

“2.   Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ fiha d-dejta prevista għal din id-dikjarazzjoni fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7), (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93”), ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2010 (8). Id-dikjarazzjoni għandha timtela skont in-noti ta’ spjegazzjoni li jinsabu fl-imsemmi Anness 30a. Hi għandha tiġi awtentikata mill-persuna li tistabbilixxiha.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1."

(8)  ĠU L 125, 21.5.2010, p. 10.”"

2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt e) tal-ewwel paragrafu jinbidel bit-test li ġej:

“(e)

il-merkanziji li għalihom tkun awtorizzata dikjarazzjoni doganali verbali jew ikun awtorizzat sempliċi qsim bejn il-fruntieri, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Partijiet Kontraenti, bl-eċċezzjoni ta’ affarijiet tad-dar, kif ukoll pelletts, ta’ kontejners u mezzi tat-trasport bit-triq, ferrovjarju, bl-ajru, marittimu u tax-xmajjar”;

(b)

il-punt j) tal-ewwel paragrafu jinbidel bit-test li ġej:

“(j)

il-merkanziji segwenti, li ġew introdotti fi jew maħruġin mit-territorju doganali ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti u li ġew trasferiti direttament fi jew minn pjattaformi ta’ tħaffir jew ta’ produzzjoni jew fi jew minn turbini tar-riħ operati minn persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti:

il-merkanziji li kienu inkorporati f’tali pjattaformi jew turbini tar-riħ, għall-għanijiet tal-kostruzzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni jew il-konverżjoni tagħhom,

il-merkanziji li ġew użati biex jattrezzaw lil dawn il-pjattaformi jew lit-turbini tar-riħ; il-fornimenti użati jew ikkunsmati fuq dawn il-pjattaformi jew it-turbini tar-riħ u l-iskart mhux perikoluż prodott minn dawn il-pjattaformi jew it-turbini tar-riħ”;

(c)

il-punt l) ġdid huwa miżjud fl-ewwel paragrafu:

“(l)

il-merkanziji miġjuba mill-Ġżira ta’ Helgoland, mir-Repubblika ta’ San Marino u mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan lejn destinazzjoni ta’ Parti Kontraenti jew mibgħuta mingħand Parti Kontraenti lejn wieħed mit-territorji msemmija”;

(d)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“3.   Fil-Komunità, mhijiex meħtieġa dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ dwar il-merkanziji msemmija fl-Artikolu 181c, ittri i) u j), l-Artikolu 592a, ittri i) u j) kif ukoll dwar dawk imsemmija fl-Artikolu 786(2) u fl-Artikolu 842a(4) ittri b) u f) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93”;

(e)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“4.   Mhijiex meħtieġa dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ:

(a)

għal dawn il-merkanziji:

l-ispare parts u l-partijiet ta’ sostituzzjoni maħsuba biex ikunu inkorporati fil-bastimenti u fl-inġenji tal-ajru għat-tiswija,

il-fjuwils, il-lubrifikanti u l-gassijiet meħtieġa għat-tħaddim ta’ bastimenti jew ta’ inġenji tal-ajru, u

il-prodotti tal-ikel, u affarijiet oħra li għandhom jiġu kkonsmati jew mibjugħa abbord;

(b)

għall-merkanzija li tinsab f’sistema ta’ tranżitu, meta d-dejta tad-dikarazzjoni sommarja ta’ ħruġ tkun inkluża fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu elettronika, sakemm l-uffiċċju tad-destinazzjoni tat-tranżitu jkun ukoll l-uffiċċju doganali ta’ ħruġ;

(c)

meta, f’port jew ajruport, il-merkanzija ma tkunx ġiet maħtuta mill-mezz tat-trasport li kien ġarrha fit-territorju doganali rispettiv tal-Partijiet Kontraenti u li jkun se jġorrha ‘l barra minn dak it-territorju;

(d)

meta l-merkanzija tkun ġiet mgħobbija f’port jew f’ajruport ieħor fit-territorju doganali rispettiv tal-Partijiet Kontraenti u jibqgħu fuq il-mezz ta’ trasport li jkun se jġorrhom ’il barra mit-territorju doganali msemmi;

(e)

meta l-merkanzija li tkun qed tinżamm f’maħżen temporanju jew f’żona libera sottoposta għal kontroll tat-tip I tiġi trażbordata mill-mezz ta’ trasport li jkun wassalha sa dak il-maħżen temporanju jew saż-żona libera, taħt is-superviżjoni tal-istess uffiċċju doganali fuq bastiment, inġenju tal-ajru jew ferrovija li se joħodha minn dak il-maħżen temporanju jew miż-żona libera ‘l barra mit-territorju doganali rispettiv tal-Partijiet Kontraenti, b’kundizzjoni li:

(i)

it-trażbord iseħħ fi żmien erbatax-il jum ċivili minn meta l-merkanzija tiġi ppreżentata biex tinżamm f’maħżen temporanju jew f’żona libera sottoposta għal kontroll tat-tip I; f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jtawlu dan il-perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi inkwistjoni;

(ii)

li l-informazzjoni dwar il-merkanzija tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali; u

(iii)

li ma jkun hemm l-ebda tibdil fid-destinazzjoni tal-merkanziji u fid-destinatarju, sa fejn ikun jaf it-trasportatur.”

Artikolu 2

L-Artikolu 6, it-tieni inċiż tal-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jinbidel bit-test li ġej:

“—

l-operatur ekonomiku awtorizzat jista’ jressaq id-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul jew ta’ ħruġ suġġetti għar-rekwiżiti mnaqqsa dwar id-dejta li trid tiġi indikata, imsemmija fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat- 2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (9), ir-Regolament tal-Kummissjoni l-aħħar emendat bir-Regolament (UE) Nru 430/2010 (10); madankollu, meta l-operatur ekonomiku awtorizzat ikun trasportatur, kummissarju tat-trasport jew kummissarju tad-dwana, hu ma jibbenefikax minn dawn ir-rekwiżiti mnaqqsa ħlief jekk hu jkun involut fl-importazzjoni jew fl-esportazzjoni tal-merkanzija f’isem xi operatur ekonomiku awtorizzat;

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kumitat konġunt

Il-President

Antonis KASTRISSIANAKIS


(1)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 98, 17.4.2009, p. 3.

(5)  ĠU L 51, 2.3.2010, p. 2.

(6)  ĠU L 125, 21.5.2010, p. 10.


Dikjarazzjoni kommuni

Rigward Anness I, Artikolu 1(2) tal-Ftehim

F’dak li jirrigwarda d-dejta prevista għad-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul u ta’ ħruġ, il-Partijiet Kontraenti jikkonfermaw li

id-dispożizzjonijiet rigward in-numru EORI, kif ukoll

l-eżiġenzi fir-rigward tat-talbiet ta’ diversjoni (il-punt 2.6 tal-Anness 30a — tabella 6)

introdotti permezz tar-Regolament (KE) Nru 312/2009 tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2009, ma japplikawx għad-dikjarazzjonijiet irreġistrati mal-Awtoritajiet Doganali Svizzeri.


Top