Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008M013

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET - Artikolu 13

    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2008/art_13/oj

    12008M013

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET - Artikolu 13

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0022 - 0022


    Artikolu 13

    1. L-Unjoni għandha qafas istituzzjonali maħsub sabiex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-objettivi tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk ta' l-Istati Membri, kif ukoll sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kontinwità tal-politika u ta' l-azzjonijiet tagħha.

    L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni huma:

    - il-Parlament Ewropew,

    - il-Kunsill Ewropew,

    - il-Kunsill,

    - il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Kummissjoni"),

    - il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea,

    - il-Bank Ċentrali Ewropew,

    - il-Qorti ta' l-Awdituri.

    2. Kull Istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skond il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. L-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali.

    3. Id-dispożizzjonijiet dwar il-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-Qorti ta' l-Awdituri, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-istituzzjonijiet l-oħrajn, jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    4. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.

    --------------------------------------------------

    Top