EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E177

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XVIII: KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI - Artikolu 177 (ex Artikolu 161 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 128–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_177/oj

12008E177

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XVIII: KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI - Artikolu 177 (ex Artikolu 161 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0128 - 0128


Artikolu 177

(ex Artikolu 161 TKE)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 178, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja kif ukoll wara li jkunu kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jagħtu definizzjoni tal-kompiti, ta' l-għanijiet prioritarji u ta' l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali, li jistgħu jinvolvu l-istabbiliment tal-Fondi. Ir-regoli ġenerali applikabbli għalihom u l-provvedimenti meħtieġa sabiex jiżguraw l-effettività tagħhom, u l-koordinazzjoni tal-Fondi ma' xulxin kif ukoll mal-bqija ta' l-istrumenti finanzjari eżistenti għandhom ikunu definiti wkoll mill-istess proċedura.

Permezz ta' l-istess proċedura, għandu jiġi stabbilit Fond ta' Koeżjoni sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-proġetti fl-oqsma ta' l-ambjent u ta' networks trans-Ewropej fil-qasam ta' l-infrastruttura tat-trasport.

--------------------------------------------------

Top