Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E167

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XIII: KULTURA - Artikolu 167 (ex Artikolu 151 TKE)

    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 121–122 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_167/oj

    12008E167

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XIII: KULTURA - Artikolu 167 (ex Artikolu 151 TKE)

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0121 - 0122


    Artikolu 167

    (ex Artikolu 151 TKE)

    1. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi ta' l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta il-wirt kulturali komuni.

    2. L-azzjoni ta' l-Unjoni għandha jkollha il-mira li tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk jinħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li ġejjin:

    - it-titjib fit-tagħrif u fit-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej,

    - il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew sinifikanti,

    - skambji kulturali li mhumiex ta' natura kummerċjali,

    - il-kreazzjoni artistika u letterarja, inklużi dawk fis-settur awdjo-viżiv.

    3. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura, partikolarment il-Kunsill ta' l-Ewropa.

    4. L-Unjoni għandha tagħti każ ta' l-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, partikolarment sabiex tirrispetta u tippromwovi id-diversità tal-kulturi tagħha.

    5. Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-għanijiet indikati f'dan l-Artikolu:

    - il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jadottaw miżuri ta' inċentiv, eskluża l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri;

    - il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjonijiet fuq proposta mill-Kummissjoni.

    --------------------------------------------------

    Top