EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E117

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 3: Aprossimazzjoni ta' liġijiet - Artikolu 117 (ex Artikolu 97 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 96–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_117/oj

12008E117

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 3: Aprossimazzjoni ta' liġijiet - Artikolu 117 (ex Artikolu 97 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0096 - 0096


Artikolu 117

(ex Artikolu 97 TKE)

1. Jekk ikollu raġuni għax jibża’ li l-adozzjoni jew emenda ta' liġi, regolament jew regola amministrattiva tkun se ġġib f’nuqqas ta' bilanċ fis-sens ta' l-Artikolu preċedenti, l-Istat Membru li jkun irid jipproċedi għal dan għandu jikkonsulta l-Kummissjoni. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda lill-Istati interessati dawk il-miżuri li jistgħu jkunu xierqa sabiex jevitaw in-nuqqas ta' bilanċ imsemmi.

2. Jekk l-Istat li jkun jixtieq jintroduċi jew jemenda dispożizzjonijiet nazzjonali ma jwettaqx ir-rakkomandazzjoni magħmula lilu mill-Kummissjoni, Stati Membri oħra ma għandhomx jintalbu, skond it-termini ta' l-Artikolu 116, sabiex jemendaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom stess sabiex jikkoreġu dak in-nuqqas ta' bilanċ. Jekk l-Istat Membru li jinjora r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jġib nuqqas ta' bilanċ bi ħsara tiegħu nnifsu biss, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 116 ma għandhomx japplikaw.

--------------------------------------------------

Top