Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E064

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 4: Il-kapital u l-pagament - Artikolu 64 (ex Artikolu 57 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_64/oj

12008E064

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 4: Il-kapital u l-pagament - Artikolu 64 (ex Artikolu 57 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0072 - 0072


Artikolu 64

(ex Artikolu 57 TKE)

1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 63 ma jippreġudikawx l-applikazzjoni għall-pajjiżi terzi ta' xi restrizzjonijiet li jkunu jeżistu fil- 31 ta' Diċembru 1993 skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi ta' l-Unjoni dwar il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett – inkluż ukoll investiment f’beni immobbli – l-istabbiliment, il-provvediment ta' servizzi finanzjarji jew id-dħul ta' titoli fi swieq kapitali. Rigward ir-restrizzjonijiet eżistenti skond il-liġi nazzjonali tal-Bulgarija, l-Estonja u l-Ungerija, id-data rilevanti għandha tkun il- 31 ta' Diċembru 1999.

2. Filwaqt li jaħdmu sabiex jiksbu l-mira ta' moviment liberu tal-kapital bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, sa fejn huwa l-aktar possibbli u mingħajr ħsara għall-Kapitoli l-oħra tat-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri dwar il-moviment ta' kapital lejn u minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett – li jinkludi investiment f’beni immobbli – l-istabbiliment, il-provvediment ta' servizzi finanzjarji jew id-dħul ta' titoli fi swieq kapitali.

3. B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill biss, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b'unanimità u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jadotta miżuri li jikkostitwixxu pass lura fid-dritt ta' l-Unjoni fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi.

--------------------------------------------------

Top