This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12008E046
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union - PART THREE: UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS - TITLE IV: FREE MOVEMENT OF PERSONS, SERVICES AND CAPITAL - Chapter 1: Workers - Article 46 (ex Article 40 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 1: Il-ħaddiema - Artikolu 46 (ex Artikolu 40 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 66–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 1: Il-ħaddiema - Artikolu 46 (ex Artikolu 40 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0066 - 0066
Artikolu 46 (ex Artikolu 40 TKE) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom joħorġu direttivi jew jagħmlu regolamenti li jistipulaw l-miżuri li jkunu meħtieġa sabiex iġibu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, kif definit fl-Artikolu 45, b’mod partikolari: a) billi tiġi assigurata kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali tax-xogħol, b) billi jiġu aboliti l-proċeduri u l-prattiċi amministrattivi kollha u t-termini għat-teħid ta' impjiegi disponibbli skond leġislazzjoni interna jew skond ftehim milħuqa qabel bejn Stati Membri, li jekk jibqgħu eżistenti ikunu ta' xkiel għal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, ċ) billi jiġu mneħħija t-termini u r-restrizzjonijiet l-oħra kollha kontemplati sew fil-leġislazzjoni interna sew taħt ftehim milħuqa qabel bejn Stati Membri, li għall-għażla ħielsa ta' mpjieg, jimponu fuq ħaddiema ta' Stati Membri oħra kondizzjonijiet differenti minn dawk imposti fuq ħaddiema nazzjonali, d) billi jinħolqu mekkaniżmi adatti sabiex iġibu flimkien l-offerti tax-xogħol u t-talbiet għax-xogħol, u sabiex dawn jiġu bilanċjati b’tali mod li jiġi evitat theddid serju għal-livell ta' għajxien u ta' l-impjiegi fid-diversi reġjuni u industriji. --------------------------------------------------