Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02005R2111-20190726

    Test konsolidat: Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2111/2019-07-26

    02005R2111 — MT — 26.07.2019 — 003.003


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2111/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005

    dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ►C1  trasportaturi tal-ajru ◄ li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità ►C1  tat-trasportatur tal-ajru ◄ li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 344 27.12.2005, p. 15)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009

      L 188

    14

    18.7.2009

    ►M2

    REGOLAMENT (UE) 2018/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018

      L 212

    1

    22.8.2018

    ►M3

    REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

      L 198

    241

    25.7.2019


    Ikkoreġut bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 151, 2.6.2022, p.  74 (Nru 2111/2005)




    ▼B

    IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2111/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005

    dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ►C1  trasportaturi tal-ajru ◄ li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità ►C1  tat-trasportatur tal-ajru ◄ li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



    KAPITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    1.  

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli:

    (a) 

    dwar l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni ta’ lista Komunitarja, ibbażata fuq kriterji komuni, ta’ ►C1  trasportaturi tal-ajru ◄ li, għal raġunijiet ta’ sigurtà, huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità,

    u

    (b) 

    li jinfurmaw lil passiġġieri ta’ l-ajru dwar l-identità ►C1  tat-trasportatur tal-ajru ◄ li jopera t-titjiriet li fuqhom huma jivvjaġġaw.

    2.  
    L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà titqies li hija bla ħsara għall-posizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tal-kwistjoni dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.
    3.  
    L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta’ Diċembru 1987 jibdew jitħaddmu. Il-Gvernijiet ta’ Spanja u tar-Renju Unit jinfurmaw lill-Kunsill b’din id-data ta’ bidu ta’ tħaddim.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ ” tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja valida sabiex topera jew ekwivalenti;

    (b) 

    “kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt għal servizzi ta’ trasport bl-ajru jew li jinkludihom, inkluż meta t-trasport huwa magħmul minn żewġ titjiriet jew iżjed operati mill-istess ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jew minn ►C1  trasportaturi tal-ajru ◄ differenti;

    (ċ) 

    “kuntrattur ta’ trasport bl-ajru” tfisser il-kumpannija li tikkonkludi kuntratt ta’ trasport ma’ passiġġier jew fejn il-kuntratt jinkludi pakkett, l-organizzatur ta’ ġiti. Kwalunkwe bejjiegħ tal-biljetti għandu wkoll jitqies bħala kuntrattur ta’ trasport bl-ajru;

    (d) 

    “bejjiegħ ta’ biljetti” tfisser il-bejjiegħ ta’ biljett ta’ l-ajru li jirranġa kuntratt ta’ trasport bl-ajru ma’ passiġġier, sew jekk ikun għal titjira biss kif ukoll jekk ikun parti minn pakkett, minbarra ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jew organizzatur ta’ ġiti;

    (e) 

    ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ li jopera” tfisser ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ li qiegħed iwettaq jew biħsiebu jwettaq titjira taħt kuntratt ta’ trasport ma’ passiġġier, jew f’isem persuna oħra, ġuridika jew naturali, li għandha kuntratt ta’ trasport ma’ dak il-passiġġier;

    (f) 

    “awtorizzazzjoni għall-operar jew permess tekniku” tfisser kwalunkwe att leġislattiv jew amministrattiv minn Stat Membru, li jistipula jew li ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jopera servizzi ta’ l-ajru minn u lejn l-ajruporti tiegħu jew li ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jopera fl-ispazju ta’ l-ajru tiegħu jew li ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jeżerċita drittijiet tat-traffiku;

    (g) 

    “projbizzjoni ta’ l-operar” tfisser ir-rifjut, is-sospensjoni, ir-revoka jew ir-restrizzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-operar jew permess tekniku ta’ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ għal raġunijiet ta’ sigurtà, jew kwalunkwe miżura ta’ sigurtà ekwivalenti fir-rigward ta’ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ li m’għandu l-ebda drittijiet ta’ traffiku fil-Komunità imma li l-ajruplani tiegħu jistgħu joperaw fil-Komunità taħt ftehim ta’ kiri;

    (h) 

    “pakkett” tfisser dawk is-servizzi definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 90/314/KEE;

    (i) 

    “riservazzjoni” tfisser il-fatt li passiġġier għandu biljett jew prova oħra, li jindika li r-riservazzjoni ġiet aċċettata u reġistrata mill-kuntrattur ta’ trasport ta’ l-ajru;

    (j) 

    “standards ta’ sigurtà relevanti” tfisser l-istandards ta’ sigurtà internazzjonali li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Annessi tagħha kif ukoll, fejn hu applikabbli, dawk fil-liġi Komunitarja relevanti.



    KAPITOLU II

    LISTA KOMUNITARJA

    Artikolu 3

    L-istabbiliment tal-Lista Komunitarja

    1.  
    Bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà ta’ l-ajru, għandha tiġi stabbilita lista ta’ ►C1  trasportaturi tal-ajru ◄ li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ l-operar fil-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-lista Komunitarja”). Kull Stat Membru għandu jinforza, fit-territorju tiegħu, il-projbizzjonijiet ta’ l-operar inklużi fil-lista Komunitarja fir-rigward ►C1  tat-trasportaturi tal-ajru ◄ li huma suġġetti għal dawk il-projbizzjonijiet.

    ▼M3

    2.  
    Il-kriterji komuni biex tiġi imposta projbizzjoni operattiva fuq trasportatur tal-ajru, li għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards rilevanti tas-sikurezza, huma stabbiliti fl-Anness u minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalihom bħala “kriterji komuni”.

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a li jemendaw l-Anness sabiex jiġu mmodifikati l-kriterji komuni bil-għan li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi.

    ▼B

    3.  
    Sabiex tiġi stabbilita l-lista Komunitarja għall-ewwel darba, kull Stat Membru għandu, sa 16 ta’ Frar 2006, jikkomunika lill-Kummissjoni l-identità ►C1  tat-trasportaturi tal-ajru ◄ li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ l-operar fit-territorju tiegħu, flimkien mar-raġunijiet li wasslu għall-adozzjoni ta’ tali projbizzjonijiet u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-projbizzjonijiet ta’ l-operar.
    4.  
    Fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-kriterji komuni, tiddeċiedi dwar l-imposizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ l-operar ►C1  għat-trasportaturi tal-ajru ◄ kkonċernati u għandha tistabbilixxi l-lista Komunitarja ►C1  tat-trasportaturi tal-ajru ◄ li fuqhom tkun ġiet imposta projbizzjoni ta’ l-operar, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 15(3).

    Artikolu 4

    Aġġornament tal-lista Komunitarja

    1.  

    Il-lista Komunitarja għandha tkun aġġornata:

    (a) 

    biex timponi projbizzjoni ta’ l-operar fuq ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ u tinkludi ►C1  dan it-trasportatur tal-ajru ◄ fil-lista Komunitarja, fuq il-bażi tal-kriterji komuni;

    (b) 

    biex tneħħi ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ mil-lista Komunitarja, jekk in-nuqqas jew nuqqasijiet tas-sigurtà li wasslu għall-inklużjoni ►C1  tat-trasportatur tal-ajru ◄ fil-lista Komunitarja ikunu ġew rimedjati u ma jkun hemm l-ebda raġuni oħra, fuq il-bażi tal-kriterji komuni, għaż-żamma ►C1  tat-trasportatur tal-ajru ◄ fil-lista Komunitarja;

    (ċ) 

    biex jiġu modifikati l-kondizzjonijiet ta’ projbizzjoni ta’ l-operar imposti fuq ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ li huwa inkluż fil-lista Komunitarja.

    2.  
    Il-Kummissjoni, li taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, għandha tiddeċiedi li taġġorna l-lista Komunitarja malli dan ikun meħtieġ taħt il-paragrafu 1, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) u fuq il-bażi tal-kriterji komuni. Il-Kummissjoni għandha tivverifika, mill-inqas kull tliet xhur, jekk ikunx xieraq li tiġi aġġornata l-lista Komunitarja.
    3.  
    Kull Stat Membru u l-Aġenzija għas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tista’ tkun relevanti fil-kuntest ta’ l-aġġornar tal-lista Komunitarja. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni relevanti kollha lill-Istati Membri l-oħra.

    Artikolu 5

    Miżuri proviżorji għall-aġġornar tal-lista Komunitarja

    1.  
    Fejn ikun evidenti li t-tkomplija ta’ l-operar ta’ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ fil-Komunità x’aktarx toħloq riskju serju għas-sigurtà, u li dan ir-riskju ma jkunx issolva b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri urġenti meħuda mill-Istat(i) Membru/i kkonċernati skond l-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni tista’ tadotta, b’mod proviżorju, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) jew 4(1)ċ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).
    2.  
    Kemm jista’ jkun malajr, u fi żmien mhux aktar minn għaxart ijiem tax-xogħol, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15(1) u għandha tiddeċiedi li tikkonferma, temenda, tirrevoka jew testendi l-miżura li hi tkun adottat taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3).

    Artikolu 6

    Miżuri eċċezzjonali

    1.  
    F’każ ta’ urġenza, dan ir-Regolament m’għandux jipprekludi lil Stat Membru milli jirreaġixxi għal xi problema ta’ sigurtà mhux mistennija billi jimponi projbizzjoni ta’ l-operar immedjata fir-rigward tat-territorju tiegħu stess, b’kont meħud tal-kriterji komuni.
    2.  
    Deċiżjoni mill-Kummissjoni biex ma tinkludix ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ fil-lista Komunitarja skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(4) jew 4(2) m’għandhiex tipprekludi Stat Membru milli jimponi jew iżomm projbizzjoni ta’ l-operar fuq ►C1  it-trasportatur tal-ajru ◄ kkonċernat minħabba problema ta’ sigurtà li taffettwa speċifikament lil dak l-Istat Membru.
    3.  
    Fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta mingħajr dewmien talba lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista Komunitarja, skond l-Artikolu 4(2).

    Artikolu 7

    Drittijiet ta’ difiża

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta tadotta deċiżjonijiet kif imsemmi fl-Artikoli 3(4), 4(2) u 5, ►C1  it-trasportatur tal-ajru ◄ kkonċernat jingħata l-opportunità li jinstema’, b’kont meħud tal-bżonn, f’ċerti każijiet, għal proċedura ta’ urġenza.

    ▼M3

    Artikolu 8

    Regoli dettaljati

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f’dan il-Kapitolu filwaqt li jittieħed kont debitu tal-ħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet malajr fuq l-aġġornament tal-lista Komunitarja.

    Meta, fil-każ tal-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu, ir-raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 14b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

    ▼B

    Artikolu 9

    Pubblikazzjoni

    1.  
    Il-lista Komunitarja u kwalunkwe modifika li ssir għaliha għandhom jiġu ppubblikati immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
    2.  
    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex iħaffu l-aċċess pubbliku għal-lista Komunitarja, kif aġġornata l-aħħar, b’mod partikolari permezz ta’ l-użu ta’ l-Internet.
    3.  
    Il-kuntratturi ►C1  tat-trasportaturi tal-ajru ◄ , l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-avjazzjoni ċivili, l- Aġenzija ta’ l-Avjazzjoni tas-Sigurtà Ewropea u l-ajruporti fit-territorju ta’ l-Istati Membri għandhom iġibu l-lista Komunitarja għall-attenzjoni tal-passiġġieri, kemm permezz tal-websites tagħhom, kif ukoll, fejn hu relevanti, fuq il-postijiet tagħhom.



    KAPITOLU III

    INFORMAZZJONI GĦALL-PASSIĠĠIERI

    Artikolu 10

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.  

    Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri bl-ajru, meta t-titjira tkun parti minn kuntratt ta’ trasport u dak it-trasport ikun beda fil-Komunità, u

    (a) 

    it-titjira titlaq minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat;

    jew

    (b) 

    it-titjira titlaq minn ajruport f’pajjiż terz u tasal f’ajruport fit-territorju ta’ Stat li għalih japplika t-Trattat;

    jew

    (ċ) 

    it-titjira titlaq minn ajruport li jinsab f’pajjiż terz u tasal f’ajruport ieħor bħal dan.

    2.  
    Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw kemm jekk it-titjira hija skedata kif ukoll jekk mhijiex skedata, u kemm jekk it-titjira tagħmel parti minn pakkett kif ukoll jekk le.
    3.  
    Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tal-passiġġieri taħt id-Direttiva 90/314/KEE u r-Regolament (KEE) Nru 2299/89.

    Artikolu 11

    Informazzjoni dwar l-identità ►C1  tat-trasportatur tal-ajru ◄ li topera

    1.  
    Meta ssir riservazzjoni, il-kuntrattur tat-trasport bl-ajru għandu jinforma lill-passiġġier dwar l-identità tal-kumpannija jew ►C1  trasportaturi tal-ajru ◄ li joperaw, ikun xi jkun il-mezz użat għar-riservazzjoni.
    2.  
    Fejn l-identità tal-kumpannija jew ►C1  tat-trasportaturi tal-ajru ◄ li joperaw ma jkunux magħrufa fiż-żmien tar-riservazzjoni, il-kuntrattur tat-trasport tal-ajru għandu jiżgura li l-passiġġier jiġi infurmat bl-isem jew l-ismijiet tal-kumpannija jew ►C1  tat-trasportaturi tal-ajru ◄ li x’aktarx se jkun jew ikunu it-trasportatur jew ►C1  trasportaturi tal-ajru ◄ li joperaw għat-titjira jew titjiriet ikkonċernati. F’każ bħal dan, il-kuntrattur tat-trasport bl-ajru għandu jiżgura li l-passiġġier huwa infurmat bl-identità tal-kumpannija jew tat-trasportatur jew ►C1  tat-trasportaturi tal-ajru ◄ li joperaw malli din l-identità tkun magħrufa.
    3.  
    Kull fejn it-trasportatur jew ►C1  it-trasportaturi tal-ajru ◄ li joperaw jinbidel jew jinbidlu wara r-riservazzjoni, il-kuntrattur tat-trasport ta’ l-ajru, irrispettivament mir-raġuni għall-bidla, għandu jieħu immedjatament il-passi xierqa kollha biex jiżgura li l-passiġġier jiġi infurmat dwar il-bidla kemm jista’ jkun malajr. Fil-każi kollha, il-passiġġieri għandhom jiġu infurmati fiċ-check-in, jew mat-tlugħ fuq l-ajruplan fejn m’hemmx bżonn ta’ check-in għal titjira ta’ konnessjoni.
    4.  
    ►C1  It-trasportatur tal-ajru ◄ jew l-organizzatur ta’ ġiti, skond il-każ, għandu jiżgura li l-kuntrattur relevanti tat-trasport ta’ l-ajru jiġi infurmat dwar l-identità tat-trasportatur jew ►C1  it-trasportaturi tal-ajru ◄ li joperaw hekk kif dan ikun magħruf, b’mod partikolari f’każ ta’ bdil ta’ tali identità.
    5.  
    Jekk bejjiegħ tal-biljetti ma jkunx ġie infurmat dwar l-identità ►C1  tat-trasportatur tal-ajru ◄ li topera, m’għandux ikun responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligazzjonijiet provduti f’dan l-Artikolu.
    6.  
    L-obligazzjoni tal-kuntrattur tat-trasport bl-ajru li jinforma lill-passiġġieri bl-identità tal-kumpannija jew tat-trasportatur jew ►C1  it-trasportaturi tal-ajru ◄ li joperaw għandha tiġi speċifikata fil-kondizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ li japplikaw għall-kuntratt tat-trasport.

    Artikolu 12

    Dritt għal rimbors jew l-għoti ta’ rotta ġdida

    1.  
    Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa d-dritt għal rimbors jew l-għoti ta’ rotta ġdida kif inhu provdut fir-Regolament (KE) Nru 261/2004.
    2.  

    F’każijiet fejn ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 ma japplikax, u

    (a) 

    ►C1  it-trasportatur tal-ajru ◄ li jopera u li ġie nnotifikat lill-passiġġier tniżżel fil-lista Komunitarja u huwa suġġett għal projbizzjoni ta’ l-operar li wasslet għat-tħassir tat-titjira kkonċernata, jew li kienet twassal għal tħassir bħal dan jkieku it-titjira kkonċernata tkun ġiet operata fil-Komunità;

    jew

    (b) 

    ►C1  it-trasportatur tal-ajru ◄ li jopera u li ġie nnotifikat lill-passiġġier inbidel bi ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ li jopera ieħor u li tniżżel fil-lista Komunitarja u huwa suġġett għal projbizzjoni ta’ l-operar li wasslet għat-tħassir tat-titjira kkonċernata, jew li kienet twassal għal tħassir bħal dan kieku t-titjira kkonċernata kienet ġiet operata fil-Komunità;

    il-kuntrattur tat-trasport ta’ l-ajru li huwa parti mill-kuntratt tat-trasport għandu joffri lill-passiġġier id-dritt għal rimbors jew l-għotji ta’ rotta ġdida stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, kemm-il darba, meta t-titjira ma tkunx ġiet ikkanċellata, il-passiġġier ikun għażel li ma jieħux dik it-titjira.

    3.  
    Il-paragrafu 2 għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004.

    Artikolu 13

    Penali

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu rrispettati r-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu u għandhom jistabbilixxu penali għall-ksur ta’ dawn ir-regoli. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.



    KAPITOLU IV

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 14

    Informazzjoni u emendar

    Sa 16 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti għall-emendar ta’ dan ir-Regolament.

    ▼M3

    Artikolu 14a

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  
    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
    3.  
    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
    4.  
    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).
    5.  
    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
    6.  
    Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahar min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 14b

    Proċedura ta’ urġenza

    1.  
    L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.
    2.  
    Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14a(6). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    ▼M1

    Artikolu 15

    ▼M2

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat (“il-Kumitat tal-UE għas-Sikurezza tal-Ajru”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
    2.  
    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
    3.  
    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    ▼M3 —————

    ▼M1

    5.  
    Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Kumitat dwar kwalunkwe materja oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    ▼B

    Artikolu 16

    Tħassir

    L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE huwa hawnhekk imħassar.

    Artikolu 17

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    L-Artikoli 10, 11 u 12 għandhom japplikaw minn 16 ta’ Lulju 2006 u l-Artikolu 13 għandu japplika minn 16 ta’ Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS

    Kriterji komuni għall-kunsiderazzjoni ta’ projbizzjoni ta’ l-operar għal raġunijiet ta’ sigurtà fuq livell Komunitarju

    Deċiżjonijiet għal azzjoni fuq livell Komunitarju għandhom jittieħdu skond il-merti ta’ kull każ individwali. Skond il-merti ta’ kull każ, kumpannija jew il-kumpanniji kollha ċċertifikati fl-istess stat jistgħu jkunu eliġibbli għal azzjoni fuq livell Komunitarju.

    Fil-kunsiderazzjoni ta’ jekk ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ għandux jiġi totalment jew parzjalment projbit, għandu jiġi evalwat jekk ►C1  it-trasportatur tal-ajru ◄ hux qed jissodisfa l-istandards relevanti tas-sigurtà billi jitqiesu dawn li ġejjin:

    1. 

    Evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji tas-sigurtà min-naħa ►C1  tat-trasportatur tal-ajru ◄ :

    — 
    Rapporti li juru nuqqasijiet serji tas-sigurtà, jew nuqqas persistenti min-naħa tal-kumpannija biex tirranġa n-nuqqasijiet identifikati bi spezzjonijiet fuq l-art magħmula taħt il-programm SAFA li ġew mgħarrfa lill-kumpannija minn qabel.
    — 
    Nuqqasijiet serji tas-sigurtà identifikati fi ħdan il-qafas tad-disposizzjonijiet għall-ġbir ta’ informazzjoni fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/36/KE dwar is-sigurtà fuq ajruplani ta’ pajjiżi terzi.
    — 
    Projbizzjoni ta’ l-operar imposta fuq ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ minn pajjiż terz minħabba nuqqasijiet sustanzjati fir-rigward ta’ l-istandards internazzjonali tas-sigurtà.
    — 
    Informazzjoni sostanzjata li għandha x’taqsam ma aċċidenti jew informazzjoni serja li għandha x’taqsam ma’ inċidenti li tindika nuqqasijiet ta’ sigurtà moħbija sistematiċi.
    2. 

    Nuqqas ta’ kapaċità u/jew volontà ta’ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ biex jindirizza nuqqasijiet ta’ sigurtà kif jidhru minn:

    — 
    Nuqqas ta’ trasparenza jew komunikazzjoni adegwata u fil-ħin min-naħa ta’ kumpannija bħala tweġiba għal inkjesta mill-awtorità ta’ l-avjazzjoni ċivili ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ l-aspett tas-sigurtà ta’ l-operazzjonijiet tiegħu.
    — 
    Pjan ta’ azzjoni korrettiv mhux xieraq jew insuffiċjenti ppreżentat bħala tweġiba għal xi nuqqas ta’ sigurtà serju identifikat.
    3. 

    Nuqqas ta’ kapaċità u/jew volontà ta’ l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza ta’ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ biex jiġu ndirizzati nuqqasijiet ta’ sigurtà kif jidher minn:

    — 
    Nuqqas ta’ koperazzjoni ma’ l-awtorità ta’ l-avjazzjoni ċivili ta’ Stat Membru mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat ieħor, meta jkun hemm jitqajjem tħassib dwar is-sigurtà ta’ l-operazzjoni ta’ kumpannija liċenzjata jew iċċertifikata f’dak l-istat.
    — 
    Nuqqas ta’ kapaċità suffiċjenti ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu sorveljanza regolatorja tal-kumpannija biex jiġu implimentati u infurzati l-istandards relevanti tas-sigurtà. Għandhom jitqiesu b’mod partikolari dawn li ġejjin:
    (a) 

    verifiki u pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva relatati stabbiliti taħt il-Programm Universali għall-Verifika tas-Sorveljanza tas-Sigurtà ta’ l-ICAO jew taħt kwalunkwe liġi Komunitarja applikabbli;

    (b) 

    jekk l-awtorizzazzjoni li topera jew il-permess tekniku ta’ kwalunkwe kumpannija taħt is-sorveljanza ta’ dak l-Istat kienux ġew rifjutati jew revokati qabel minn xi Stat ieħor;

    (ċ) 

    iċ-ċertifikat ta’ l-operatur ta’ l-ajru ma nħariġx mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat fejn il-kumpannija għandha l-post prinċipali tan-negozju.

    — 
    Nuqqas ta’ kapaċità suffiċjenti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li fih l-ajruplan użat ►C1  mit-trasportatur tal-ajru ◄ huwa rreġistrat biex jissorveljaw l-ajruplan użat mill-kumpannija skond l-obbligi taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago.



    ( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    Fuq