Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0063

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEETest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 187, 16.7.2002, pp. 30–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/07/2002

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/63/oj

32002L0063

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEETest b’rilevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 187 , 16/07/2002 P. 0030 - 0043
CS.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241
ET.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241
HU.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241
LT.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241
LV.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241
MT.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241
PL.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241
SK.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241
SL.ES Chapter 3 Volume 36 P. 228 - 241


Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/63/KE

tal-11 ta’ Lulju 2002

li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 li għandha x’taqsam ma’ l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq il-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/57/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6 miġjub fih,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq iċ-ċereali [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/42/KE [4], u partikolarment l-Artikolu 8 miġjub fih,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali [5], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/42/KE, u partikolarment l-Artikolu 8 miġjub fih,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħaxix ta’ l-ikel [6], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 2002/42/KE, u partikolarment l-Artikolu 6 miġjub fih,

Billi:

(1) Id-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE jipprovdu għal spezzjonijiet u kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata konformità ma’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u l-annimali. Jipprovdu wkoll li metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

(2) Metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għal residwi ta’ pestiċidi fi frott u ħaxix ta’ l-ikel ġew preskritti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 79/700/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1979 li tistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni Komunitarji għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq frott u ħaxix ta’ l-ikel [7].

(3) Huwa xieraq li jiġu aġġornati dawn il-metodi biex jiġi rifless progress tekniku u biex jiġu stabbiliti metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għal residwi ta’ pestiċidi ġo prodotti li joriġinaw mill-annimali kif ukoll ġo prodotti li joriġinaw mill-pjanti.

(4) Metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għall-istabbilizzazzjoni ta’ residwi ta’ pestiċidi għal konformità ma’ livelli massimi ta’ residwi (LMR) ġew żviluppati u miftiehma mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius [8]. Il-Komunità appoġġjat u endorsjat il-metodi rakkomandati. Huwa xieraq li d-disposizzjonijiet eżistenti ta’ teħid ta’ kampjuni jiġu mibdula b’dawk żviluppati u miftiehma mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius.

(5) Id-Direttiva 79/700/KEE għandha għalhekk titħassar u tiġi mibdula b’din id-Direttiva.

(6) Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-disposizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva japplikaw għat-teħid ta’ kampjuni ta’ prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ residwi ta’ pestiċidi għall-għanijiet tad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE u ma jaffettwawx l-istrateġija ta’ teħid ta’ kampjuni, il-livelli u l-frekwenza ta’ teħid ta’ kampjuni kif speċifikat fl-Annessi III u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE [9] dwar miżuri biex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u residwi li jinstabu f’annimali ħajjin u prodotti minn annimali.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li teħid ta’ kampjuni għall-ispezzjonijiet provvduti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 76/895/KEE, fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 86/362/KEE, fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 86/363/KEE u fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 90/642/KEE jitwettqu bi qbil mal-metodi deskritti fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Id-Direttiva 79/700/KEE hija mħassra.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa’ l-1 ta’ Jannar 2003. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tagħhu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 26.

[2] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 76.

[3] ĠU L 221, tas-7.08.1986, p. 37.

[4] ĠU L 134, tat-22.5.2002, p. 36.

[5] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

[6] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71.

[7] ĠU L 207, tal-15.8.1979, p. 26.

[8] Dokument CAC/GL 33-1999 tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. FAO Rome. ftp://ftp.fao.org/codex/standard/volume2a/en/GL_033e.pdf

[9] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

METODI TA’ TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-PJANTI U MILL-ANNIMALI GĦALL-ISTABILIZZAZZJONI TA’ RESIDWI TA’ PESTIĊIDI GĦALL-ISPEZZJONAR TA’ LMR

1. GĦAN

Kampjuni maħsuba għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq frott u ħaxix ta’ l-ikel u ġo prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jittieħdu skond il-metodi deskritti hawn taħt.

Il-għan ta’ dawn il-proċeduri ta’ kampjunar huwa biex kampjun rappreżentattiv ikun jista’ jinkiseb minn lott għal analiżi biex tiġi stabbilita konformità ma’ livelli massimi ta’ residwi (LMR) għal pestiċidi stabbiliti fl-Annessi mad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE u, fl-assenza ta’ LMR tal-Komunità, ma’ LMR oħra bħal ma huma dawk stabbiliti fil-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. Il-metodi u proċeduri preskritti jinkorporaw dawk rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius.

2. IL-PRINĊIPJI

LMR tal-Komunità huma bbażati fuq data ta’ prattika agrikola tajba u prodotti naturali kif ukoll ikel derivat minnhom li jikkonforma mal-LMR huma maħsuba bħala aċċettabbli tossikoloġikament.

LMR għal pjanta, bajda jew prodott mill-ħalib iqis il-livell massimu mistenni f’kampjun kompost, li jkun ħareġ minn unitajiet multipli tal-prodott trattat u li huwa maħsub li jirrappreżenta l-livell medju tar-residwu f’lott. LMR għal laħam u għat-tjur iqis il-livell massimu mistenni fit-tessuti ta’ annimali jew għasafar trattati individwalment.

Minħabba f’hekk, LMR għal laħam u tjur japplikaw għal kampjun bil-massa li joħroġ minn kapjun wieħed ewlieni, billi LMR għal prodotti mill-pjanti, bajd u prodotti mill-ħalib japplikaw għal kampjun bil-massa kompost li joħroġ minn kampjun wieħed sa għaxra ewlenija.

3. DEFINIZZJONI TA’ TERMINI

Porzjoni analitika

Kwantità rappreżentattiva ta’ materjal imneħħi mill-kampjun analitiku, ta’ daqs xieraq għall-kejl tal-konċentrazzjoni residwa.

Nota:

Mezz ta’ kampjunar jista’ jintuża biex jiġi rtirat il-porzjon analitiku.

Kampjun analitiku

Il-materjal preparat għal analiżi mill-kampjun tal-laboratorju, permezz ta’ separazzjoni tal-porzjoni tal-prodott li jrid jiġi analizzat [1] u mbagħad permezz ta’ taħlit, tħin, tqattiegħ fin, eċċ., għat-tneħħija ta’ porzjonijiet analitiċi bi żball minimu ta’ kampjunar.

Nota:

It-tħejjija tal-kampjun analitiku jrid jirrifletti l-proċedura wżata fit-twaqqif ta’ LMR u b’hekk il-porzjoni tal-prodott li jrid jiġi analizzat jista’ jinkludi partijiet li mhumiex normalmentkonsumati.

Kampjun tal-massa/kampjun aggregat

Għal prodotti oħra għajr il-laħam u t-tjur, l-aggregat kombinat u mħallat sew tal-kampjuni ewlenin meħuda minn lott. Għal laħam u tjur, il-kampjun ewlieni huwa kkunsidrat li huwa ekwivalenti għall-kampjun tal-massa.

Noti:

(a) Il-kampjuni ewlenin iridu jikkontribwixxu materjal biżżejjed biex il-kampjuni kollha tal-laboratorju jkunu jistgħu jiġu rtirati mill-kampjun tal-massa.

(b) Fejn kampjuni tal-laboratorju separati huma preparati matul il-ġbir tal-kampjun(i) ewlenin, il-kampjun tal-massa huwa s-somma konċettwali tal-kampjuni tal-laboratorju, fil-ħin ta’teħid ta’ kampjuni mill-lott.

Kampjun tal-laboratorju

Il-kampjun mibgħut lil, jew irċevut, mill-laboratorju. Kwantità rappreżentattiva ta’ materjal imneħħi mill-kampjun tal-massa.

Noti:

(a) Il-kampjun tal-laboratorju jista’ jkun l-intier jew parti mill-kampjun tal-massa.

(b) Unitajiet m’għandhomx jitqattgħu jew jitkissru biex jipproduċu kampjun(i) tal-laboratorju, minbarra fejn aktar tqassim ta’ unitajiet huwa speċifikat fit-Tabella 3.

(ċ) Kampjuni tal-laboratorju li huma repliki jistgħu jitħejjew.

Lott

Kwantità ta’ materjali ta’ ikel imwassal f’ħin wieħed u magħruf jew meqjus, mill-uffiċjali ta’ kampjunar li jkollu karatteristiċi uniformi bħal ma huma oriġini, produttur, varjetà, pakkjatur, tip ta’ pakkeġġjar, markar, kunsinjatur, eċċ. Lott suspettat huwa wieħed li, għal xi raġuni, huwa suspettat li jikkontjeni residwu eċċessiv. Lott mhux suspettat huwa wieħed li ma hemm l-ebda raġuni li tissuspetta li jista’ jikkontjeni residwu eċċessiv.

Noti:

(a) Fejn kunsinna hija magħmula minn lottijiet li jistgħu jiġu identifikati bħala li joriġinaw minnpersuni li jkabbru differenti, eċċ., kull lott għandu jiġi kkunsidrat separatament.

(b) Kunsinna tista’ tikkonsisti minn lott wieħed jew aktar.

(ċ) Fejn id-daqs jew il-limitu ta’ kull lott f’kunsinna kbira mhix stabbilita faċilment, kull wieħed minn serje ta’ vaguni, trakkijiet, pjattaformi ta’ bastimenti, eċċ., jistgħu jiġukkunsidrati li huma lott separat.

(d) Lott jista’ jiġi mħallat permezz ta’ gradazzjoni jew proċessi ta’ fabbrikazzjoni, per eżempju.

Kampjun ewlieni/kampjun taż-żjieda

Unità wieħed jew aktar meħuda minn pożizzjoni f’lott.

Noti:

(a) Il-pożizzjoni minn liema kampjun ewlieni huwa meħud fil-lott għandu preferibbilment jiġimagħżul b’mod kif ġie ġie imma, fejn dan ma jkunx prattiku fiżikament, għandu jkun minnpożizzjoni meħuda kif ġie ġie fil-partijiet aċċessibbli tal-lott.

(b) In-numru ta’ unitajiet meħtieġa għal kampjun ewlieni għandu jiġi stabbilit permezz tad-daqsminimu u n-numru ta’ kampjuni tal-laboratorju meħtieġa.

(ċ) Għal prodotti mill-pjanti, mill-bajd u mill-ħalib, fejn aktar minn kampjun ewlieni wieħed jittieħed minn lott, kull wieħed għandu jikkontribwixxi proporzjoni approssimattivamentsimili għall-kampjun tal-massa.

(d) Unitajiet jistgħu jiġu allokati b’mod kif ġie ġie biex il-kampjuni tal-laboratorju jiġu replikatifil-ħin tal-ġbir tal-kampjun(i) ewlieni, f’każijiet fejn l-unitajiet huma ta’ daqs medju jew kbiru taħlit tal-kampjun tal-massa ma jagħmilx il-kampjun(i) tal-laboratorju aktarrappreżentattiv, jew fejn l-unitajiet (p.e. bajd, frott artab) jistgħu jiġu danneġġjati permezztat-taħlit.

(e) Fejn kampjuni ewlenin huma meħuda f’intervalli matul tagħbija jew ħatt ta’ lott, il- "pożizzjoni" ta’ kampjunar huwa f’ħin partikolari.

(f) Unitajiet m’għandhomx jitqattgħu jew jitkissru biex jipproduċu kampjun(i) ewlieni, fejn aktar tqassim ta’ unitajiet huwa speċifikat fit-Tabella 3.

Kampjun

Unità waħda jew aktar magħżula minn popolazzjoni ta’ unitajiet, jew porzjon ta’ materjal magħżul minn kwantità akbar ta’ materjal. Għall-għanijiet ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, kampjun rappreżentattiv huwa maħsub li jkun rappreżentattiv tal-lott, il-kampjun tal-massa, l-annimal, eċċ., rigward il-kontenut residwu ta’ pestiċidi tiegħu u mhux neċessarjament rigward attributi oħra.

Il-kampjunar

Il-proċedura wżata biex tfassal u tikkostitwixxi kampjun.

Mezz ta’ kampjunar

(i) Għodda bħal ma hija sassla, kuċċarun, taqqaba, sikkina jew lanza, użata biex tneħħi unità minn materjal tal-massa, minn pakketti (bħal ma huma drums, ġobnijiet kbar) jew minn unitajiet ta’ laħam u tjur li huma kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni ewlenin.

(ii) Għodda bħal ma hija kaxxa ta’ mehrież, użata biex jitħejja kampjun tal-laboratorju minn kampjun tal-massa, jew biex jitħejja porzjon analitiku minn kampjun analitiku.

Noti:

(a) Mezzi ta’ kampjunar speċifiċi huma deskritti minn livelli ISO [2] u IDF [3] Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardizzazzjoni, 1979. Standard Internazzjonali ISO 950: Ċereali - kampjunar (bħala qamħ)..

(b) Għal materjali bħal ma huma weraq maħlula, l-id ta’ l-uffiċjal tal-kampjunar jista’ jiġi kkunsidrat bħala mezz ta’ kampjunar.

Uffiċjal tal-kampjunar

Persuna mħarrġa fil-proċeduri tal-kampjunar u, fejn meħtieġa, awtorizzata mill-awtoritajiet xierqa biex jieħdu kampjuni.

Nota:

L-uffiċjal tal-kampjunar huwa responsabbli għall-proċeduri kollha li jwassli għal u jinkludu t-tħejjija, l-pakkeġġjar u t-trasport bil-baħar tal-kampjun(i) tal-laboratorju. L-uffiċjal irid jifhem li żamma konsistenti mal-proċeduri ta’ kampjunar speċifiċi huma meħtieġa, irid jipprovdi dokumentazzjoni kompleta għal kampjuni, u għandu jikkollabora mill-viċin mal-laboratorju.

Daqs tal-kampjun

In-numru ta’ unitajiet, jew il-kwantità ta’ materjal, li jikkostitwixxu l-kampjun.

Unità

Il-porzjon li huwa l-iżgħar u l-aktar diskret f’lott, li jista’ jiġi rtirat biex jiġi ffurmat il-kampjun ewlieni kollu jew parti minnu.

Noti:

Unitajiet għandhom jiġu definiti kif ġej.

(a) Frott frisk u ħaxix ta’ l-ikel. Kull frotta sħiħa, ħaxix jew għanqud naturali tagħhom (p.e. għeneb) għandhom jiffurmaw unità, minbarra fejn dawn ikunu żgħar. Unitajiet ta’ prodotti żgħar ippakkeġġjati jistgħu jiġu identifikati bħal f’(d). Fejn mezz ta’ kampjunar jista’ jintuża mingħajr ma jsir ħsara lill-materjal, unitajiet jistgħu jinħolqu b’dan il-mezz. Bajd individwali, frott jew ħaxix frisk m’għandhomx jitqattgħu jew jitqassmu biex jipproduċu unitajiet.

(b) Annimali kbar jew partijiet jew organi tagħhom. Porzjon, jew l-intier, ta’ parti jew organu speċifikat għandu jifforma unità. Partijiet jew organi jistgħu jitqattgħu biex jiffurmaw unitajiet.

(ċ) Annimali żgħar jew partijiet jew organi tagħhom. Kull annimal sħiħ jew parti jew organu ta’ annimal komplet preżenti jista’ jifforma unità. Fejn ippakkeġġjati, unitajiet jistgħu jiġu identifikati bħal f’(d), hawn taħt. Fejn mezz ta’ kampjunar jista’ jintuża mingħajr ma jaffettwa residwi, unitajiet jistgħu jinħolqu b’dan il-mezz.

(d) Materjali ppakkeġġjati. Il-pakketti li huma l-iżgħar u l-aktar diskreti għandhom jittieħdu bħala unitajiet. Fejn l-iżgħar pakketti huma kbar ħafna, għandhom jiġu kampjunati bħala massa, bħal f’(e). Fejn l-iżgħar pakketti huma żgħar ħafna, pakk ta’ pakketti jista’ jifforma l-unità.

(e) Materjali bil-massa u pakketti kbar (bħal ma huma drums, ġobnijiet, eċċ) li huma individwalment kbar wisq biex jittieħdu bħala kampjuni ewlenin. L-unitajiet jinħolqu permezz ta’ mezz ta’ kampjunar.

4. PROĊEDURI TA’ KAMPJUNAR [4] Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardizzazzjoni, 1979. Standard Internazzjonali ISO 951: Pulses f’boroż - kampjunar.

4.1. Prekawzjonijiet li jridu jittieħdu

M’għandhiex titħalla l-kontaminazzjoni u deterjorazzjoni ta’ kampjuni fl-istadji kollha, minħabba li jistgħu jiġu affettwati r-riżultati analitiċi. Kull lott li jrid jiġi spezzjonat għal konformità jrid jiġi kampjunat b’mod separat.

4.2. Kollezzjoni ta’ kampjuni ewlenin

In-numru minimu ta’ kampjuni ewlenin li jridu jittieħdu minn lott huwa stabbilit minn Tabella 1, jew Tabella 2 fil-każ ta’ lott suspettat ta’ laħam jew tjur. Kull kampjun ewlieni għandu jittieħed minn pożizzjoni magħżula b’mod kif ġie ġie fil-lott, sa fejn ikun prattikabbli. Il-kampjuni ewlenin iridu jikkonsistu minn materjal biżżejjed biex jipprovdu l-kampjun(i) tal-laboratorju meħtieġa mill-lott.

Nota:

Mezzi ta’ kampjunar meħtieġa għal qamħ [5] Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardizzazzjoni, 1980. Standard Internazzjonali ISO 1839: Kampjunar - te., pulses [6] Federazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti mill-Ħalib, 1995. Standard Internazzjonali IDF 50C: Ħalib u prodotti mill-ħalib – metodi ta’ kampjunar. u te [7] Rakkomandazzjonijiet ta’ l-ISO għall-kampjunar tal-qamħ (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3), jew prodotti oħra trasportati bil-baħar jistgħu jiġu adottati, jekk ikun meħtieġ. huma deskritti f’rakkomandazzjonijiet ta’ ISO u dawk meħtieġa għal prodotti mill-ħalib [8] Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardizzazzjoni, 1979. Standard Internazzjonali ISO 950: Ċereali - kampjunar (bħala qamħ). huma deskritti mill-IDF.

Tabella 1 Numru minimu ta' kampjuni ewlenin li jridu jittieħdu minn lott

| Numru minimu ta' kampjuni ewlenin li jridu jittieħdu mill-lott |

(a)Laħam u tjur

Lott mhux suspettat | 1 |

Lott suspettat | Stabbilit skond it-Tabella 2 |

(b)Prodotti oħra

(i)Prodotti, ippakkeġġjati jew bil-massa, li jistgħu jitqiesu bħala mħallta sew jew omoġenji | 1 (Lott jista' jiġi mħallat permezz ta' gradazzjoni jew proċessi ta' fabbrikazzjoni, per eżempju) |

(ii)Prodotti, ippakkeġġjati jew bil-massa, li ma jistgħux jiġu mħallta sew jew omoġenji | Numru minimu ta' kampjuni ewlenin li jridu jittieħdu mill-lottGħal prodotti magħmula minn unitajiet kbar, bħal ma huma prodotti ta' l-ikel naturali li joriġinaw mill-pjanti biss, in-numru minimu ta' kampjuni ewlenin għandhom jikkonformaw man-numru minimu ta' unitajiet meħtieġa għall-kampjun tal-laboratorju (ara Tabella 4) |

jew: |

Piż tal-lott, kg | |

< 50 | 3 |

50-500 | 5 |

>500 | 10 |

jew: |

Numru ta' bottijiet, kaxxi/pakketti tal-kartun jew kontenituri oħra fil-lott |

1-25 | 1 |

26-100 | 5 |

> 100 | 10 |

Tabella 2 Numru ta' kampjuni ewlenin magħæula kif ġie ġie meħtieġa għal probabilità msemmija biex jinstab għall-inqas kampjun wieħed b'nuqqas ta' konformità f'lott ta' laħam jew tjur, għal inċidenza mogħtija ta' residwi b'nuqqas ta' konformità fil-lott

Inċidenza ta' residwi b'nuqqas ta' konformità fil-lott | Numru minimu ta' kampjuni (no) meħtieġa biex jinkixef residwu b'nuqqas ta' konformità b'probabilità ta': |

| | |

% | 90 % | 95 % | 99 % |

90 | 1 | — | 2 |

80 | — | 2 | 3 |

70 | 2 | 3 | 4 |

60 | 3 | 4 | 5 |

50 | 4 | 5 | 7 |

40 | 5 | 6 | 9 |

35 | 6 | 7 | 11 |

30 | 7 | 9 | 13 |

25 | 9 | 11 | 17 |

20 | 11 | 14 | 21 |

15 | 15 | 19 | 29 |

10 | 22 | 29 | 44 |

5 | 45 | 59 | 90 |

1 | 231 | 299 | 459 |

0,5 | 460 | 598 | 919 |

0,1 | 2301 | 2995 | 4603 |

Noti:

(a) It-tabella tassumi kampjunar kif ġie ġie.

(b) Fejn in-numru ta’ kampjuni ewlenin indikati f’Tabella 2 huwa aktar minn xi 10 % ta’ unitajiet fil-lott totali, in-numru ta’ kampjuni ewlenin meħuda jista’ jkun anqas u għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

n =

n

- 1

/N

fejn

n = numru minimu ta’ kampjuni ewlenin li jridu jittieħdu

no = numru ta’ kampjuni ewlenin mogħtija f’Tabella 2

N = numru ta’ unitajiet, kapaċi li jagħtu kampjun ewlieni, fil-lott.

(ċ) Fejn kampjun ewlieni waħdieni huwa meħud, il-probabilità li jinkixef nuqqas ta’ konformità hija simili għall-inċidenza ta’ residwi b’nuqqas ta’ konformità.

(d) Għal probabiltajiet eżatti jew alternattivi, jew għal inċidenza differenti ta’ nuqqas ta’ konformità, in-numru ta’ kampjuni li jridu jittieħdu jistgħu jiġu kkalkolati minn:

=

,

fejn p hija l-probabilità u i hija l-inċidenza tar-residwi b’nuqqas ta’ konformità fil-lott (it-tnejn espressi bħala frazzjonijiet, mhux persentaġġi), u n huwa n-numru ta’ kampjuni.

4.3. Tħejjija tal-kampjun tal-massa

Il-proċeduri għal laħam u tjur huma deskritti fit-Tabella 3. Kull kampjun ewlieni huwa kkunsidrat bħala kampjun tal-massa separat.

Il-proċeduri għal prodotti mill-pjanti, bajd jew prodotti mill-ħalib huma deskritti fit-Tabelli 4 u 5. Il-kampjuni ewlenin għandhom jiġu kombinati u mħallta sew, jekk ikun prattikabbli, biex jiġi ffurmat il-kampjun tal-massa.

Fejn it-taħlit biex jiġi ffurmat il-kampjun tal-massa mhuwiex xieraq jew huwa imprattikabbli, il-proċedura alternattiva li ġejja tista’ tiġi segwita. Fejn unitajiet jistgħu jiġu danneġġjati (u b’hekk residwi jistgħu jiġu affettwati) mill-proċessi ta’ taħlit jew sud-diviżjoni tal-kampjun tal-massa, jew fejn unitajiet kbar ma jistgħux jitħalltu biex jipproduċu distribuzzjoni tar-residwu aktar uniformi, l-unitajiet għandhom jiġu allokati b’mod kif ġie ġie biex jiġu replikati kampjuni tal-laboratorju fil-ħin li jittieħdu l-kampjuni ewlenin. F’dan il-każ, ir-riżultat li jrid jintuża għandu jkun il-mezz ta’ riżultati validi miksuba mill-kampjuni tal-laboratorju analizzati.

Tabella 3 Laħam u tjur: deskrizzjoni ta' kampjuni ewlenin u daqs minimu ta' kampjuni tal-laboratorju

| Klassifikazzjoni tal-prodott [9] | Eżempji | Natura ta' kampjun ewlieni li jrid jittieħed | Daqs minimu ta' kull kampjun tal-laboratorju |

Prodotti ta' l-ikel ewlenin li joriġinaw mill-annimali

1. | Laħmijiet tal-mammiferi |

Nota:għall-infurzar ta' LMR għal pestiċidi li jinħallu fix-xaħam kampjuni jridu jittieħdu skond il-parti 2 hawn taħt. |

1.1. | Mammiferi kbar, karkassa sħiħa jew nofs, is-soltu ≤ 10 kg | Baqar, nagħaġ, ħnieżer | Dijaframma sħiħa jew parti minnha supplimentata minn muskolu ċervikali, jekk ikun meħtieġ | 0,5 kg |

1.2. | Mammiferi żgħar, karkassa sħiħa | Fniek | Karkassa sħiħa jew il-parti ta' wara | 0,5 kg wara t-tneħħija ta' ġilda u għadam |

1.3. | Partijiet tal-laħam tal-mammiferi, separati friski/imkessħin/iffriżati, ippakkeġġjati jew mod ieħor | Kwartijiet, chops, steaks, spallejn | Unità(unitajiet) sħiħa (sħaħ), jew porzjon ta' unità kbira | 0,5 kg wara t-tneħħija ta' l-għadam |

1.4. | Partijiet tal-laħam tal-mammiferi, bil-massa iffriżat | Kwartjiet, chops | Jew qsim min-nofs ta' kontenitur iffiriżat jew il-parti sħiħa (jew porzjonijiet) ta' partijiet ta' laħam individwali | 0,5 kg wara t-tneħħija ta' l-għadam |

n2. | Xaħmijiet tal-mammiferi, inkluż xaħam tal-karkass |

Nota:kampjuni ta' xaħam meħuda kif deskritt f'partijiet 2.1, 2.2 u 2.3 jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità tax-xaħam, jew il-prodott sħiħ, bil-LMR korrispondenti. |

2.1. | Mammiferi kbar, għall-qatla, karkassa sħiħa jew nofs, is-soltu ≥10 kg | Baqar nagħaġ, ħnieżer | Kilwa, xaħam addomenali jew ta' taħt il-ġilda maqtugħ minn annimal wieħed | 0,5 kg |

2.2. | Mammiferi żgħar, għall-qatla, karkassa sħiħa jew nofs, <10 kg | Xaħam addomenali jew ta' taħt il-ġilda minn annimal wieħed jew aktar | 0,5 kg |

2.3. | Partijiet tal-laħam tal-mammiferi | Saqajn, chops, steaks | Jew xaħam li huwa viżibbli, imneħħi minn unità(ajiet) | 0,5 kg |

jew unità(ajiet) jew porzjonijiet ta' unità(ajiet) sħaħ, fejn ix-xaħam ma jistax jiġi mneħħi | 2 kg |

2.4. | Tessut tax-xaħam ta' mammiferu tal-massa | Unità(ajiet) meħuda permezz ta' kampjunar minn għall-inqas tlett pożizzjonijiet | 0,5 kg |

3. | Ġewwieni tal-mammiferi |

3.1. | Fwied tal-mammiferi frisk, imkessaħ, iffriżat | Fwied sħiħ(sħaħ), jew parti mill-fwied | 0,4 kg |

3.2. | Kilwa tal-mammiferi imkessaħa, iffriżata, friska | Kilwa waħda jew it-tnejn, minn annimal wieħed jew tnejn | 0,2 kg |

3.3. | Qalb tal-mammiferi friska, imkessħa, iffriżata | Qalb (qlub), jew porzjon tal-ventricle biss, jekk tkun kbira | 0,4 kg |

3.4. | Ġewwieni ieħor tal-mammiferi frisk, imkessaħ, iffriżat | Parti minn unità jew unità sħiħa minn annimal wieħed jew aktar, jew qasma min-nofs meħuda minn prodott iffriżat bil-massa | 0,5 kg |

4. | Laħam tat-tjur |

Nota:għall-infurzar ta' LMR għal pestiċidi li jinħallu fix-xaħam kampjuni jridu jittieħdu skond il-parti 5 hawn taħt |

4.1. | Tajra, karkassa ta' daqs kbir > 2 kg | Dundjan, wiżża, sriedak, ħasi u papri | Koxox, saqajn u laħam ieħor skur | 0,5 kg wara t-tneħħija ta' ġilda u għadam |

4.2. | Tajra, karkassa ta' daqs medju 500 g – 2 kg | Tiġieġ, fargħun, tiġieġ żgħir | Koxox, saqajn jew laħam ieħor skur minn għall-inqas tliet tjur | 0,5 kg wara t-tneħħija ta' ġilda u għadam |

4.3. | Tajra, karkass ta' daqs żgħir < 500g | Summiena, ħamiema | Karkassi minn għall-inqas sitt itjur | 0,2 kg ta' tessut tal-muskolu |

4.4. | Partijiet tat-tjur friski, imkessħa, jew ippakkeġġjati bl-imnut jew bl-ingrossa iffriżati | Saqajn, kwartijiet, isdra u ġwienaħ | Unitajiet ippakkeġġjati, jew unitajiet individwali | 0,5 kg wara t-tneħħija ta' ġilda u għadam |

5. | Xaħmijiet tat-tjur, inkluż xaħam tal-karkassi |

Nota:kampjuni ta' xaħam meħuda kif deskritt f'partijiet 5.1 u 5.2 jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità tax-xaħam, jew il-prodott sħiħ, bil-LMR korrispondenti |

5.1. | Tjur, għall-qatla, karkassa sħiħa jew parti minnha | Xaħam tat-tiġieġ u tad-dundjani | Unitajiet ta' addomenali minn għall-inqas 3 itjur | 0,5 kg |

5.2. | Partijiet tal-laħam tat-tjur | Saqajn, muskolu tas-sider | Jew xaħam li jidher, imraqqm minn unità(ajiet) | 0,5 kg |

jew unità(ajiet) jew porzjonijiet ta' unità(ajiet) sħaħ, fejn xaħam ma jistax jiġi mraqqam | 2 kg |

5.3. | Tessut tax-xaħam tat-tajr bil-massa | | Unitajiet meħuda b'mezz ta' kampjunar minn għall-inqas tliet pożizzjonijiet | 0,5 kg |

6. | Ġewwieni tat-tjur |

6.1. | Ġewwieni tat-tjur li jittiekel, minbarra fwied xaħmi tal-wiżż u tal-papra u prodotti simili ta' valur għoli | | Unitajiet minn ta' l-inqas sitt itjur, jew kampjun rappreżentattiv minn kontenitur | 0,2 kg |

6.2. | Fwied xaħmi tal-wiżż u tal-papra u prodotti simili ta' valur għoli | | Unità minn tajra waħda jew minn kontenitur | 0,05 kg |

Ikel proċessat li joriġina mill-annimali

7. | Prodotti ta' l-ikel sekondarji li joriġinaw mill-annimali, laħmijiet imnixxfin Prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, xaħmijiet ta' l-annimali proċessati, inklużi xaħmijiet miġbura jew estratti Ikel fabbrikat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, b'ingredjenti medji jew minuri bl-ippakkeġġjar jew mingħajru bħal ma huma aġenti li jagħtu t-togħma, ħwawar u kondimenti, u li huwa normalment ippakkjat minn qabel u lest għall-konsum, imsajjar jew le Ikel fabbrikat (b'ħafna ingredjenti) li joriġina mill-annimali, ikel b'ħafna ingredjenti li jikkonsisti minn ingredjenti li joriġinaw kemm mill-annimali u kemm mill-pjanti se jiġu nklużi hawn anke jekk l-ingredjent(i) li joriġina(w) mill-annimal huwa (huma) predominanti |

7.1. | Mammiferu jew tajra, imfarrak, imsajjar, impoġġi f'landa, imnixxef, jew prodotti magħmulin jew proċessati mod ieħor, inklużi prodotti b'ħafna ingredjenti | Perżut, zalzett, ċanga kkapuljat, paste tat-tiġieġ | Unitajiet ippakkeġġjati, jew kampjun rappreżentattiv minn kontenitur, jew unitajiet (inklużi meraq mit-tagħsir tal-frott, jekk ikun hemm) meħuda b'mezz ta' kampjunar | 0,5 kg jew 2 kg jekk il-kontenut tax-xaħam ikun < 5 % |

Tabella 4 Prodotti mill-pjanti: deskrizzjoni ta' kampjuni ewlenin u daqs minimu ta' kampjuni tal-laboratorju

| Klassifikazzjoni tal-prodott [10] | Eżempji | Natura ta' kampjun ewlieni li jrid jittieħed | Daqs minimu ta' kull kampjun tal-laboratorju |

Prodotti ta' l-ikel ewlenin li joriġinaw mill-pjanti

1. | Il-frott frisk kollu |

Il-ħaxix ta' l-ikel frisk kollu inklużi l-patata u l-pitravi taz-zokkor u minbarra ħwawar tal-kċina |

1.1. | Prodotti friski tad-daqs żgħir, unitajiet ġeneralment < 25 g | Frott żgħir, piżelli, żebbuġ | Unitajiet sħaħ, jew pakketti, jew unitajiet meħuda permezz ta' kampjunar | 1 kg |

1.2. | Prodotti friski ta' daqs medju, unitajiet ġeneralment 25 sa 250 g | Tuffieħ, larinġ | Unitajiet sħaħ | 1 kg (għall-inqas 10 unitajiet) |

1.3. | Prodotti friski tad-daqs kbir, unitajiet ġeneralment > 250 g | Kaboċċi, ħjar, għeneb (bl-għanqud) | Unità (ajiet) sħaħ | 2 kg (għall-inqas 5 unitajiet) |

2. | Pulses | Fażola, imnixxfa; piżelli, imnixxfa | 1 kg |

Frott taċ-ċereali | Ross, qamħ | 1 kg |

Ġewż tas-siġar | Minbarra ġewż ta' l-Indi | 1 kg |

Ġewż ta' l-Indi | 5 unitajiet |

Żerriegħa taż-żejt | Karawett | 0,5 kg |

Żerriegħa għal xarbiet u ħelu | Żerriegħa tal-kafe | 0,5 kg |

3. | Ħxejjex aromatiċi | Tursin frisk | Unitajiet sħaħ | 0,5 kg |

Oħrajn, friski | 0,2 kg |

(għal ħwawar tal-kċina imnixxfa ara parti 4 ta' din it-tabella) |

Ħwawar | Imnixxfa | Unitajiet sħaħ, jew meħuda permezz ta' kampjunar | 0,1 kg |

Ikel proċessat li joriġina mill-pjanti

4. | Prodotti ta' l-ikel sekondarji li joriġinaw mill-pjanti, frott imqadded, ħaxix ta' l-ikel, ħxejjex aromatiċi, ħops, prodotti taċ-ċereali mgħarbla Prodotti li joriġinaw mill-pjanti, te, te tal-ħxejjex, żjut veġetali, meraq mit-tagħsir tal-frott u prodotti mixxellanji p.e. żebbuġ proċessat u ġulepp magħqud taċ-ċitru Ikel fabbrikat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-pjanti, b'ingredjenti medji jew minuri bl-ippakkeġġjar jew mingħajru bħal ma huma aġenti tat-togħma, ħwawar u kondimenti, u li huwa normalment ippakkjat minn qabel u lest għall-konsum imsajjar jew le Ikel fabbrikat (b'ħafna ingredjenti) li joriġina mill-pjanti, inklużi prodotti b'ingredjenti li joriġinaw mill-annimali fejn l-ingredjent(i) li joriġinaw mill-pjanti jippredominaw, ħobż, u prodotti taċ-ċereali msajjra oħra |

4.1. | Prodotti ta' valur ta' unità għoli | | Pakketti jew unitajiet meħuda permezz ta' kampjunar | 0,1 kg [11] |

4.2. | Prodotti solidi ta' massa baxxa | Il-ħops, te, te tal-ħxejjex | Unitajiet pakkeġġjati jew unitajiet meħuda permezz ta' kampjunar | 0,2 kg |

4.3. | Prodotti solidi oħra | Ħobż, dqiq, frott imqadded | Pakketti jew unitajiet oħra sħaħ jew unitajiet meħuda permezz ta' kampjunar | 0,5 kg |

4.4. | Prodotti likwidi | Żjut veġetali, meraq mill-għasir tal-frott | Unitajiet ippakkeġġjati jew unitajiet meħuda permezz ta' kampjunar | 0,5 l jew 0,5 kg |

Tabella 5 Prodotti mill-bajd u l-ħalib: deskrizzjoni ta' kampjuni ewlenin u daqs minimu ta' kampjuni tal-laboratorju

| Klassifikazzjoni tal-prodott [12] | Eżempji | Natura ta' kampjun ewlieni li jrid jittieħed | Daqs minimu ta' kull kampjun tal-laboratorju |

Prodotti ta' l-ikel ewlenin li joriġinaw mill-annimali

1. | Bajd mit-tjur |

1.1. | Bajd, minbarra summien u simili | | Bajd sħiħ | 12 il-bajda sħiħa tat-tiġieġ, 6 bajd sħiħ tal-wiżż jew tal-papri |

1.2. | Bajd, summien u simili | | Bajd sħiħ | 24 bajda sħiħa |

2. | Ħalib | | Unitajiet sħaħ, jew unitajiet meħuda permezz ta' kampjunar | 0,5 l |

Ikel proċessat li joriġina mill-annimali

3. | Prodotti ta' l-ikel sekondarji li joriġinaw mill-annimali, prodotti tal-ħalib sekondarji bħal ma huma ħalib xkumat, ħalib evaporat u trab tal-ħalib Prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, xaħam tal-ħalib, prodotti li joħorġu mill-ħalib bħal ma huma butir, żjut tal-butir, kremi, trab tal-krema, kaseini, eċċ. Ikel fabbrikat (ingredjent wieħed) li joriġina mill-annimali, prodotti tal-ħalib fabbrikati bħal ma huma il-yoghurt, ġobnijiet Ikel fabbrikat (b'ħafna ingredjenti) li joriġina mill-annimali, prodotti tal-ħalib fabbrikati (inklużi prodotti b'ingredjenti li joriġinaw mill-pjanti fejn l-ingredjent(i) li joriġinaw mill-annimali jippredominaw) bħal ma humaprodotti proċessati tal-ġobon, preparazzjonijiet tal-ġobon, il-yoghurt imħawwar, ħalib ħelu kondensat |

3.1. | Ħalib likwidu, trab tal-ħalib, ħalib u kremi evaporati, ġelati, kremi, yoghurts | | Unità(ajiet) ipakkeġġjati jew unità(ajiet) meħuda permezz ta' kampjunar | 0,5 l (likwidu) jew 0,5 kg (solidu) |

| (i)Ħalib evaporat u kremi evaporati bil-massa jridu jitħalltu sew qabel il-kampjunar, jitneħħa materjal li jeħel minn mal-ġnub u l-qiegħ ta' kontenituri u jiġi mħawwad sew. Xi 2 sa 3 l għandu jitneħħa u jiġi mħawwad sew għal darb'oħra qabel ma jitneħħa l-kampjun tal-laboratorju. |

| (ii)Trab tal-ħalib bil-massa għandu jiġi kampjunat b'mod settiku, jiġi mgħoddi tubu dry borer mit-trab b'rata li tkun dejjem l-istess. |

| (iii)Kremi bil-massa għandhom jitħalltu sew bi plunger qabel il-kampjunar imma trid tiġi evitata ir-ragħwa, li tiġi mħabbta u li ssir butir. |

3.2. | Butir u żjut tal-butir | Butir, butir tax-xorrox, butir li jiddellek li fih xaħam tal-butir, żejt tal-butir anidru, xaħam tal-ħalib anidru | Unità (ajiet) sħaħ jew partijiet minnhom meħuda permezz ta' kampjunar | 0,2 kg jew 0,2 l |

3.3. | Ġobnijiet, inklużi ġobnijiet proċessati |

| Unitajiet 0,3 kg jew akbar | | Unità (ajiet) sħaħ jew unità (ajiet) maqtugħa permezz ta' kampjunar | 0,5 kg |

| Unitajiet < 0,3 kg | | 0,3 kg |

| Nota:Ġobnijiet b'bażi ċirkolari għandhom jiġu kampjunati permezz ta' żewġ qasmiet li joħorġu minn-nofs. Ġobnijiet b'bażi rettangolari għandhom jiġu kampjunati permezz ta' żewġ qasmiet paralleli mal-ġnubijiet. |

3.4. | Prodotti mill-bajd likwidi, iffriżati jew imnixxfa | | Unità(ajiet) meħuda assettikament permezz ta' kampjunar | 0,5 kg |

4.4. Tħejjija tal-kampjun tal-laboratorju

Fejn il-kampjun tal-massa huwa akbar minn dak li huwa meħtieġ għal kampjun tal-laboratorju, għandu jiġi mqassam biex jipproduċi kampjun rappreżentattiv. Mezz ta’ kampjunar, qsim fi kwartijiet, jew proċess ieħor ta’ tnaqqis xieraq fid-daqs jista’ jintuża’ imma unitajiet ta’ prodotti mill-pjanti friski jew bajd sħiħ m’għandhomx jitqattgħu jew jinqasmu. Fejn meħtieġ, kampjuni repliki tal-laboratorju għandhom jiġu rtirati f’dan l-istadju jew jistgħu jiġu preparati permezz tal-proċedura alternattiva deskritta fuq. Id-daqsijiet minimi meħtieġa għal kampjuni tal-laboratorju huma mogħtija fit-Tabelli 3, 4 u 5.

4.5. Rekord ta’ kampjunar

L-uffiċjal tal-kampjunar irid jirrekordja n-natura u l-oriġini tal-lott; is-sid, il-fornitur jew dak li jġorru; id-data u l-post tal-kampjunar; u xi tagħrif ieħor rilevanti. Kull tip ta’ żvijar mill-metodu ta’ kampjunar rakkomandat jista’ jiġi rekordjat. Kopja firmata tar-rekord jista’ jakkompanja kull kampjun repliku tal-laboratorju u kopja għandha tinżamm mill-uffiċjal tal-kampjunar. Kopja tar-rekord tal-kampjunar għandha tingħata lis-sid tal-lott, jew lil rappreżentant tas-sid, sewwa jekk se jiġu provvduti b’kampjun tal-laboratorju u sewwa jekk le. Jekk ir-rekords tal-kampjunar huma prodotti f’għamla kompjuterizzata, dawn għandhom jiġu distribbwiti lill-istess reċipjenti u għandha tinżamm audit trail simili li tista’ tiġi verifikata.

4.6. Pakkeġġjar u trasmissjoni tal-kampjun tal-laboratorju

Il-kampjun tal-laboratorju jrid jitpoġġa ġo kontenitur inerti u nadif li jipprovdi protezzjoni żgura minn kontaminazzjoni, ħsara u tqattir. Il-kontenitur għandu jkun issiġillat, tikkettjat b’mod żgur u r-rekord tal-kampjunar irid jitwaħħal. Fejn jintuża bar code, huwa rakkomandat li tagħrif alfanumeriku jiġi provvdut ukoll. Il-kampjun irid jitwassal lill-laboratorju malli jkun prattikabbli. Ħela waqt it-trasport irid jiġi evitat, p.e. kampjuni friski għandhom jinżammu kesħin u kampjuni ffriżati għandhom jibqgħu ffriżati. Kampjuni ta’ laħam u tjur għandhom jiġu ffriżati qabel ma jintbagħatu, sakemm ma jkunux trasportati lill-laboratorju qabel ma tkun tista’ sseħħ il-ħela.

4.7. Preparazzjoni tal-kampjun analitiku

Il-kampjun tal-laboratorju għandu jingħata identifier għalih waħdu li, flimkien mad-data ta’ l-irċevuta u d-daqs tal-kampjun, għandu jiżdied mar-rekord tal-kampjun. Il-parti tal-prodott li jrid jiġi analizzat [9] Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardizzazzjoni, 1979. Standard Internazzjonali ISO 951: Pulses fil-boroż - kampjunar., [10] Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardizzazzjoni, 1980. Standard Internazzjonali ISO 1839: Kampjunar – te., jiġifieri l-kampjun analitiku, għandu jiġi separat malli jkun prattikabbli. Fejn il-livell tar-residwu jrid jiġi kkalkolat biex jinkludi partijiet li mhumiex analizzati [11] Federazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti mill-Ħalib, 1995. Standard Internazzjonali IDF 50C: Ħalib u prodotti mill-ħalib – metodi ta’ kampjunar., il-piżijiet tal-partijet separati jridu jiġu rekordjati.

4.8. Tħejjija u ħażna tal-porzjon analitiku

Il-kampjun analitiku għandu jiġi mitħun, jekk ikun xieraq, u mħallat sew, biex il-porzjonijiet analitiċi rappreżentanti jkunu jistgħu jiġu rtirati. Id-daqs tal-porzjon analitiku għandu jiġi stabbilit mill-metodu analitiku u l-effiċjenza tal-taħlit. Il-metodi għat-tħin u t-taħlit għandhom jiġu rekordjati u m’għandhomx jaffettwaw ir-residwi preżenti fil-kampjun analitiku. Fejn xieraq, il-kampjun analitiku għandu jiġi proċessat taħt kondizzjonijiet speċjali, p.e. fit-temperatura taħt iż-żero, biex jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara. Fejn proċessar ikun jista’ jaffettwa residwi u fejn proċeduri prattiċi alternattivi mhumiex disponibbli, il-porzjon analitiku jista’ jikkonsisti minn unitajiet sħaħ, jew segmenti li jitneħħew minn unitajiet sħaħ. Jekk il-porzjon analitiku b’hekk jikkonsisti minn ftit unitajiet jew segmenti, mhuwiex mistenni li jkun rappreżentattiv tal-kampjun analitiku u porzjonijiet repliki suffiċjenti jridu jiġu analizzati, biex jindikaw l-inċertezza tal-valur medju. Jekk porzjonijiet analitiċi jridu jinħażnu qabel l-analiżi, il-metodu u t-tul ta’ ħin tal-ħażna għandhom ikunu li ma jaffettwawx il-livell tar-residwi preżenti. Porzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu rtirati għal analiżi repliki u konfermatorji, kif meħtieġ.

4.9. Rappreżentazzjonijiet skematiċi

Rappreżentazzjonijiet skematiċi ta’ proċedura ta’ kampjunar deskritti fuq huma mogħtija fid-dokument riferit fin-nota fil-qiegħ tal-paġna 30.

5. KRITERJI GĦALL-ISTABBILIZZAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Riżultati analitiċi jridu jiġu derivati minn wieħed jew aktar mill-kampjuni tal-laboratorju meħuda mill-lott u rċevuti fi stat [12] Klassifikazzjoni tal-KE ta’ ikel: l-Anness I mad-Direttiva 86/362/KEE u l-Anness I mad-Direttiva 86/363/KEE, it-tnejn kif emendati mid-Direttiva 93/57/KE (ĠU L 211, tat-23.8.1993 p. 1) u l-Anness I mad-Direttiva 90/642/KEE, kif emendat mid-Direttiva 95/38/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 14). tajjeb għall-analiżi. Ir-riżultati jistgħu jiġu appoġġjati minn fatti magħrufa ta’ kontroll ta’ kwalità aċċettabbli [13] Parti mill-prodotti għal liema japplikaw limiti massimi: l-Anness I mad-Direttiva 90/642/KEE, kif emendat bid-Direttiva 93/58/KEE (ĠU L 211, tat-23.8.1993, p. 6).. Fejn residwu jinstab li jaqbeż LRM, l-identità tiegħu għandu jiġi konfermat u l-konċentrazzjoni tiegħu trid tiġi verifikata minn analiżi ta’ porzjon wieħed jew aktar addizzjonali li joħorġu mill-kampjun(i) tal-laboratorju oriġinali.

Il-LMR japplika għall-kampjun tal-massa.

Il-lott jikkonforma ma’ LMR fejn il-LMR ma jinqabiżx mir-riżultat(i) analitiċi.

Fejn riżultati għall-kampjun bil-massa jaqbżu l-LMR, deċiżjoni li l-lott mhuwiex konformi għandha tqis:

(i) ir-riżultati miksuba minn kampjun tal-laboratorju wieħed jew aktar, kif applikabbli,

(ii) l-eżattezza u l-preċiżjoni ta’ l-analiżi, kif indikati mill-fatti magħrufa tal-kontroll tal-kwalità li jappoġġjawha.

[1] Klassifikazzjoni tal-KE ta’ l-ikel: L-Anness I mad-Direttiva 86/362/KEE u l-Anness I mad-Direttiva 86/363/KEE, it-tnejn kif emendati mid-Direttiva 93/57/KE (ĠU L 211, tat-23.8.1993 p. 1) u l-Anness I mad-Direttiva 90/642/KEE, kif emendat mid-Direttiva 95/38/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 14).

[2] Parti mill-prodotti għal liema japplikaw limiti massimi: L-Anness I mad-Direttiva 90/642/KEE, kif emendat bid-Direttiva 93/58/KEE (ĠU L 211, tat-23.8.1993, p. 6).

[9] Klassifikazzjoni tal-KE ta' l-ikel: l-Anness I mad-Direttiva 86/362/KEE u l-Anness I mad-Direttiva 86/363/KEE, it-tnejn kif emendati mid-Direttiva 93/57/KE (ĠU L 211, tat-23.8.1993 p. 1) u l-Anness I mad-Direttiva 90/642/KEE, kif emendat mid-Direttiva 95/38/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 14).

[10] Klassifikazzjoni tal-KE ta' ikel: l-Anness I mad-Direttiva 86/362/KEE u l-Anness I mad-Direttiva 86/363/KEE, it-tnejn kif emendati mid-Direttiva 93/57/KE (ĠU L 211, tat-23.8.1993, p. 1) u l-Anness I mad-Direttiva 90/642/KEE, kif emendat mid-Direttiva 95/38/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 14).

[11] Kampjun iżgħar tal-laboratorju jista' jittieħed minn prodott ta' valur eċċezzjonalment għoli imma r-raġuni għal dan għandu jiġi nnotat fir-rekord tal-kampjunar.

[12] Klassifikazzjoni tal-KE ta' ikel: l-Anness I mad-Direttiva 86/362/KEE u l-Anness I mad-Direttiva 86/363/KEE, it-tnejn kif emendati mid-Direttiva 93/57/KE (ĠU L 211, tat-23.8.1993 p. 1) u l-Anness I mad-Direttiva 90/642/KEE, kif emendat mid-Direttiva 95/38/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 14).

--------------------------------------------------

Top