This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0756
Commission Decision (EU) 2022/756 of 30 September 2021 on the measures SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implemented by Italy and the Region of Sardinia in favour of Saremar (notified under document C(2021) 6990) (Only the Italian text is authentic) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (EU) 2022/756 tat-30 ta’ Settembru 2021 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja u mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar (notifikata bid-dokument C(2021) 6990) (It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (EU) 2022/756 tat-30 ta’ Settembru 2021 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja u mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar (notifikata bid-dokument C(2021) 6990) (It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
C/2021/6990
ĠU L 138, 17.5.2022, pp. 19–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
17.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (EU) 2022/756
tat-30 ta’ Settembru 2021
dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja u mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar
(notifikata bid-dokument C(2021) 6990)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-6 ta’ Awwissu 1999 il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward ta’ għajnuna mħallsa fuq il-bażi tal-kuntratti inizjali ta’ servizz pubbliku (il-“konvenzjonijiet inizjali”) lis-sitt kumpaniji li dak iż-żmien kienu jifformaw Tirrenia Group (2). |
|
(2) |
Matul il-fażi tal-investigazzjoni, l-awtoritajiet Taljani talbu li l-każ ta’ Tirrenia Group jinqasam sabiex jiġi prijoritizzat l-ilħuq ta’ deċiżjoni finali dwar il-kumpanija Tirrenia di Navigazione (“Tirrenia”). Din it-talba kienet immotivata mill-pjan tal-awtoritajiet Taljani li jipprivatizzaw il-Grupp, billi jibdew b’Tirrenia, u l-intenzjoni tagħhom li jħaffu l-proċess fir-rigward ta’ dik il-kumpanija. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni aderixxiet mat-talba tal-awtoritajiet Taljani, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/851/KE (3) hija għalqet il-proċedura mnedija fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lil Tirrenia. L-għajnuna ġiet iddikjarata kompatibbli soġġetta għal ċerti impenji mill-awtoritajiet Taljani. |
|
(4) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE (4) (“id-Deċiżjoni tal-2004”) il-Kummissjoni ddikjarat il-kumpens mogħti lill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group minbarra Tirrenia (5) bħala parzjalment kompatibbli mas-suq intern, parzjalment kompatibbli bil-patt li jiġu rrispettati diversi impenji mill-awtoritajiet Taljani, u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern. Id-deċiżjoni tal-2004 kienet ibbażata fuq data kontabilistika li kienet tkopri mill-1992 sal-2001 u kienet tinkludi ċerti kundizzjonijiet li kellhom l-għan li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-kumpens matul id-durata sħiħa tal-Konvenzjonijiet inizjali (jiġifieri sal-2008). |
|
(5) |
Bis-Sentenza tal-4 ta’ Marzu 2009 fil-Kawżi T-265/04, T-292/04 u T-504/04 (6) il-Qorti Ġenerali ħassret id-Deċiżjoni tal-2004. |
|
(6) |
Permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)6961 (“id-Deċiżjoni tal-2011”) (7), fil-5 ta’ Ottubru 2011 il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-Italja favur il-kumpaniji tal-ex Tirrenia Group Fost l-oħrajn, il-proċediment kien jirrigwarda l-kumpens li ngħata lil Saremar - Sardenja Regionale Marittima (“Saremar”) għall-ġestjoni ta’ għadd ta’ rotot marittimi mill-1 ta’ Jannar 2009 u diversi miżuri oħrajn li ttieħdu favur din il-kumpanija. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-2011 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri taħt investigazzjoni. |
|
(8) |
Fis-7 ta’ Novembru 2012 il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni fost l-oħrajn fir-rigward ta’ uħud mill-miżuri ta’ għajnuna li ngħataw mir-Reġjun ta’ Sardenja lil Saremar. Fid-19 ta’ Diċembru 2012 il-Kummissjoni adottat verżjoni modifikata (8) ta’ din id-deċiżjoni (id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 9452, id-“Deċiżjoni tal-2012”). |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-2012 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri taħt investigazzjoni. |
|
(10) |
Permezz tal-ittra tal-14 ta’ Mejju 2013, ir-Reġjun ta’ Sardenja talab lill-Kummissjoni sabiex tifred il-miżuri li jikkonċernaw lil Saremar mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali mibdija bid-deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 u tagħti prijorità lill-miżuri relatati ma’ Saremar, b’mod partikolari fid-dawl tal-privatizzazzjoni imminenti tagħha. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni aċċettat it-talba tal-awtoritajiet ta’ Sardenja u, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (10) (UE) 2018/261 (“id-Deċiżjoni tal-2014”), għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ ċerti miżuri mogħtija li Saremar mir-Reġjun ta’ Sardenja. Mill-ħames miżuri adottati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar, erbgħa minnhom ġew ivvalutati fid-Deċiżjoni tal-2014, minbarra l-proġett “Bonus Sardo - Vacanza” (ara l-premessa (29) ta’ din id-Deċiżjoni). |
|
(12) |
Saremar u r-Reġjun ta’ Sardenja ppreżentaw rikorsi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-2014 quddiem il-Qorti Ġenerali, li ġew miċħuda permezz ta’ sentenzi tas-6 ta’ April 2017 fil-Kawżi T-219/14 (11) u T-220/14 (12). La Saremar u lanqas ir-Reġjun ta’ Sardenja ma appellaw minn dawk is-sentenzi, li issa huma finali. |
|
(13) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (13) (UE) 2020/1411, il-Kummissjoni kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha dwar il-kumpaniji tat-Tirrenia Group, minbarra t-Tirrenia, għall-perjodu bejn l-1992 u l-2008. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna mogħtija għall-forniment ta’ servizzi ta’ kabotaġġ marittimu kienet tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, filwaqt li l-għajnuna mogħtija għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali kienet kompatibbli mal-Qafas SIEĠ tal-2011 (“il-Qafas SIEĠ tal-2011”) (14). |
|
(14) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1412 (15), il-Kummissjoni temmet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri mogħtija lil Tirrenia u lix-xerrej tagħha CIN għall-perjodu mill-2009 sal-2020. |
|
(15) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/4268 (16), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/4271 (17), il-Kummissjoni temmet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri mogħtija lil Siremar u Toremar u lix-xerrej tagħhom mill-2009 ’il quddiem. |
|
(16) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss il-miżuri favur Saremar identifikati fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 li ma kinux koperti mid-Deċiżjoni tal-2014, kif spjegat fil-premessi (28) u (29). Il-Kummissjoni se tindirizza l-miżuri kollha li jifdal koperti mid-deċiżjonijiet tal-2011 u l-2012 imsemmija fil-każijiet SA.32014, SA.32015 u SA.32016 skont deċiżjonijiet separati. B’mod partikolari, il-miżuri li jifdal jikkonċernaw kumpaniji oħra li kienu parti mit-Tirrenia Group (jiġifieri Caremar u Laziomar). |
2. SFOND U DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI SOĠĠETTI GĦALL-INVESTIGAZZJONI
2.1. Kuntest
2.1.1. Il-konvenzjonijiet inizjali
|
(17) |
It-Tirrenia Group, li oriġinarjament kien sjieda tal-Istat Taljan permezz tal-kumpanija Finanziaria per i Settori Industriale e dei Servizi S.p.A (“Fintecna”) (18), kien magħmul minn sitt kumpaniji, jiġifieri Tirrenia, Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar. Dawn il-kumpaniji pprovdew servizzi ta’ trasport marittimu fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku separati konklużi fl-1991 mal-Istat Taljan u li damu fis-seħħ għal għoxrin sena, bejn Jannar 1989 u Diċembru 2008. Fintecna kellha 100 % tal-kapital azzjonarju ta’ Tirrenia. Tirrenia kellha s-sjieda tal-ishma kollha f’Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar e Toremar (magħrufa flimkien bħala “l-kumpaniji reġjonali”). Adriatica, li kienet topera numru ta’ rotot bejn l-Italja u l-Albanija, il-Kroazja, il-Greċja u l-Montenegro, ingħaqdet ma’ Tirrenia fl-2004. |
|
(18) |
L-iskop ta’ dawn il-konvenzjonijiet inizjali kien li jiggarantixxu r-regolarità u l-affidabbiltà tas-servizzi tat-trasport marittimu li, fil-parti l-kbira tagħhom, kienu jgħaqqdu lill-Italja kontinentali ma’ Sqallija, ma’ Sardenja u ma’ gżejjer Taljani iżgħar oħra. Għal dan l-għan, l-Istat Taljan ta appoġġ finanzjarju fil-forma ta’ sussidji mħallsa direttament lil kull waħda mill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group. |
|
(19) |
Saremar kienet tamministra uħud mill-kollegamenti internazzjonali bejn Sardenja u l-gżejjer lejn il-Grigal u l-Lbiċ, kif ukoll kollegament internazzjonali ma’ Korsika, fis-sens tal-konvenzjoni inizjali mal-Istat. |
2.1.2. L-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali
|
(20) |
Il-konvenzjonijiet inizjali, fosthom dik applikabbli għal Saremar, ġew estiżi tliet darbiet. |
|
(21) |
L-ewwel, l-Artikolu 26 tad-Digriet Amministrattiv Nru 207 tat-30 ta’ Diċembru 2008, ikkonvertit fil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, stabbilixxa l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali sal-31 ta’ Diċembru 2009, li inizjalment kellhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2008. |
|
(22) |
It-tieni, L-Artikolu 19 ter tad-Digriet Amministrattiv Nru 135 tal-25 ta’ Settembru 2009 (“l-Ordni Amministrattiv 135/2009”), ikkonvertit fil-Liġi Nru 166 tal-20 ta’ Novembru 2009 (“il-Liġi tal-2009”), stabbilixxa li, minħabba l-privatizzazzjoni tal-kumpaniji ta’ Tirrenia Group, il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-kumpaniji reġjonali (ħlief għal Siremar) tiġi ttrasferita mill-kumpanija omm Tirrenia kif ġej.
|
|
(23) |
Il-Liġi tal-2009 speċifikat ukoll li sal-31 ta’ Diċembru 2009 kellhom jiġu miftiehma “Konvenzjonijiet” ġodda bejn l-Istat Taljan u Tirrenia u Siremar. Bl-istess mod, is-servizzi reġjonali kellhom jiġu rregolati taħt kuntratti ġodda ta’ servizz pubbliku li kellhom jiġu miftiehma bejn Saremar, Toremar u Caremar u l-awtoritajiet reġjonali rispettivi sal-31 ta’ Diċembru 2009 (Sardenja u Toskana) u sat-28 ta’ Frar 2010 (Campania u Lazio). Il-ftehimiet il-ġodda jew il-kuntratti ta’ servizz pubbliku kellhom jinfetħu għall-offerti, flimkien mal-kumpaniji nfushom. Imbagħad is-sidien il-ġodda ta’ kull waħda minn dawk il-kumpaniji iffirmaw il-ftehim jew il-kuntratt ta’ servizz pubbliku rispettiv. (20) |
|
(24) |
Għal dak il-għan, il-Liġi tal-2009 estendiet ulterjorment il-Konvenzjonijiet inizjali, inkluża dik applikabbli għal Saremar, mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Settembru 2010. |
|
(25) |
Fl-aħħar nett, il-Liġi Nru 163 tal-1 ta’ Ottubru 2010 li tbiddel l-Ordni Amministrattiv Nru 125 tal-5 ta’ Awwissu 2010 (“il-Liġi tal-2010”) stabbilixxa l-estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjonijiet inizjali (inkluża dik applikabbli għal Saremar) mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-tlestija tal-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u ta’ Siremar. |
2.1.3. L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-2014
|
(26) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-2014 il-Kummissjoni kkonkludiet li żewġ miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil Saremar ma kinux kompatibbli mas-suq intern u żewġ miżuri oħra ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ordnat l-irkupru ta’:
|
|
(27) |
L-Italja implimentat id-Deċiżjoni tal-2014, għalkemm dakinhar tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni xi proċeduri għadhom pendenti. B’mod partikulari:
|
2.2. Il-miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012
|
(28) |
Il-miżuri li ġejjin kienu soġġetti għal valutazzjoni fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa bid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012:
|
|
(29) |
Bid-Deċiżjoni tal-2014, il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ erbgħa mill-ħames miżuri adottati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar imsemmija hawn fuq bħala miżura 7. Madankollu ma waslitx għal konklużjoni dwar il-ħames miżura: Il-proġett “Bonus Sardo - Vacanza (23)”. Għalhekk, fir-rigward ta’ Saremar il-Kummissjoni għadha ma ħaditx pożizzjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri 1, 3, 4, 5, 6 u l-proġett Bonus Sardo — Post Bacancy mas-suq intern. |
3. Il-likwidazzjoni tal-benefiċjarju u n-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika
|
(30) |
Il-Kummissjoni tfakkar li s-sistema ta’ kontroll ex ante ta’ miżuri ġodda ta’ għajnuna mill-Kummissjoni prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE għandha l-għan li tevita l-għoti ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern (24). Fir-rigward tal-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, is-setgħa tal-Kummissjoni li tordna lill-Istati Membri jirkupraw għajnuna li tqis inkompatibbli mas-suq intern hija intiża li telimina d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv li minnu jibbenefika l-benefiċjarju ta’ din l-għajnuna, u b’hekk treġġa’ lura s-sitwazzjoni preċedenti għall-ħlas ta’ din l-għajnuna (25). Jekk impriża ma tkunx tista’ tħallas lura l-għajnuna, sabiex twettaq l-irkupru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprevedi l-likwidazzjoni ta’ dik l-impriża (26), u b’hekk il-waqfien tal-attivitajiet tagħha u l-bejgħ tal-assi tagħha skont il-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(31) |
Fi kliem ieħor, l-għan ewlieni tas-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat huwa li tipprevjeni l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli. Konsegwentement, jekk il-kompetizzjoni fis-suq intern tiġi mfixkla bl-għoti ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, għandu jiġi żgurat li, jekk ikun meħtieġ, titreġġa’ lura s-sitwazzjoni ta’ qabel tali distorsjoni tal-kompetizzjoni permezz tal-likwidazzjoni tal-benefiċjarju. |
|
(32) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri pendenti msemmija fil-premessi (28) u (29) jirreferu għal Saremar, attwalment f’likwidazzjoni (miżuri 1 u Bonus Sardo Vacanza), jew għas-suċċessuri ta’ Saremar wara l-privatizzazzjoni tagħha (miżuri 3 u 4), jew għat-tnejn li huma (miżuri 5 u 6). Barra minn hekk, il-privatizzazzjoni ta’ Saremar ma seħħitx kif ġie deskritt u vvalutat qabel fil-premessi (149) u (150), (238)-(246) u (305) u (306) tad-deċiżjoni tal-2012. Saremar ġiet likwidata u l-assi tagħha u l-għoti tas-servizz pubbliku kienu s-suġġett ta’ żewġ proċeduri separati. |
|
(33) |
Skont il-liġi Taljana (27), ladarba kumpanija tiġi likwidata, l-assi tagħha jiġu ttrasferiti u r-rikavat mill-bejgħ jiġi ttrasferit lill-kredituri, skont il-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet tagħhom fl-obbligazzjonijiet. F’dan il-kuntest, l-ewwel il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk għadux utli li titkompla l-investigazzjoni kontra Saremar u, jekk le, jekk jistax ikun hemm kontinwità ekonomika bejn Saremar u kumpaniji oħra, abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(34) |
Fir-rigward ta’ Saremar, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li, fil-15 ta’ Jannar 2015, wara d-deċiżjoni tal-2014, Saremar ġiet ammessa għall-proċedura għal arranġament mal-kredituri u nħatar likwidatur. Skont il-liġi Taljana din il-proċedura hija normalment maħsuba biex tiżgura l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali. Madankollu, il-Kummissjoni tenfasizza li f’dan il-każ il-kumpanija kienet awtorizzata tidħol f’arranġament mal-kredituri bil-għan li tiddisponi mill-assi, jiġifieri, proċedura ta’ likwidazzjoni miftiehma mal-kredituri għall-bejgħ tal-assi tal-kumpanija u l-waqfien tal-attivitajiet tagħha, li jipprevedi t-tkomplija ta’ dawn l-attivitajiet għal perjodu limitat biss. Din il-proċedura hija ssorveljata minn qorti, li trid tivvalida l-ftehim bejn il-kredituri. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li fit-22 ta’ Lulju 2015 it-Tribunale di Cagliari vvalida l-ftehim bejn il-kredituri ta’ Saremar, li jipprevedi kontinwazzjoni tal-attivitajiet sal-31 ta’ Diċembru 2015 (ara l-premessa (27)). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-proċedura magħżula diġà implikat li, fi tmiem il-proċedura, Saremar kienet se toħroġ mis-suq. |
|
(35) |
Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li Saremar waqqfet l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-31 ta’ Marzu 2016 (ara l-premessa (27)), inklużi servizzi ta’ laneċ fuq rotot operati abbażi ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku. Minn dakinhar, il-kuntratt ta’ servizz pubbliku ġie fdat lil Delcomar u, b’mod parallel, il-bastimenti tagħha nbiegħu lil Delcoservizi. Wara l-bejgħ tal-assi ta’ Saremar fit-22 ta’ April 2016, il-Kunsill Reġjonali ta’ Sardenja ordna l-likwidazzjoni tal-kumpanija permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 24/23. |
|
(36) |
Barra minn hekk, l-Italja implimentat id-Deċiżjoni tal-2014 b’mod korrett, għalkemm b’xi dewmien. It-talba għall-ħlas lura tal-għajnuna mill-Istat ta’ EUR 10 824 309,69, flimkien mal-imgħax tal-irkupru, ġiet irreġistrata kif xieraq fl-obbligazzjonijiet tal-kumpanija. Minn dan l-ammont, madwar EUR 4,4 miljun biss setgħu jitħallsu lill-Italja wara l-bejgħ tal-assi ta’ Saremar. Madankollu, peress li l-proċedimenti ta’ insolvenza ta’ Saremar wasslu għal-likwidazzjoni tagħha u l-kumpanija ma għadhiex attiva (28), il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ rkupru provviżorjament permezz tal-ittra lill-Italja tat-13 ta’ Settembru 2017. |
|
(37) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li Saremar ma wettqet l-ebda attività ekonomika għal aktar minn ħames snin, li l-assi tagħha nbiegħu u l-persunal tagħha tkeċċa u li, ladarba titlesta l-proċedura ta’ likwidazzjoni, se titneħħa mir-reġistru tan-negozju. Kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni jew effett fuq il-kummerċ tal-miżuri msemmija fil-premessi (28) u (29) intemmu meta Saremar waqfet tinnegozja. Barra minn hekk, it-talba ta’ rkupru fid-Deċiżjoni tal-2014 kienet sodisfatta parzjalment biss (għal madwar 40 % tal-ammont dovut, ara l-premessi (27) u (36)). |
|
(38) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-objettivi msemmija hawn fuq tal-kontroll u l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat diġà ntlaħqu: L-għoti ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli jiġi evitat u jiġi żgurat li terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta’ qabel id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata minn għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. Tabilħaqq, Saremar ma għadhiex operatur tas-suq u diġà tinsab f’likwidazzjoni u t-talbiet għall-għajnuna mill-Istat ġew issodisfati wara l-bejgħ tal-assi tal-kumpanija, għalkemm parzjalment biss minħabba n-nuqqas ta’ fondi. Għalhekk, ma jagħmilx sens li l-investigazzjoni kontra Saremar titkompla. |
|
(39) |
Fir-rigward tal-kwistjoni tal-kontinwità ekonomika potenzjali bejn Saremar u s-suċċessuri tagħha, skont il-ġurisprudenza, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi li ġejjin: l-ambitu tat-trasferiment (l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-kontinwità tal-forza tax-xogħol, l-iggruppar tal-assi), il-prezz tat-trasferimenti, l-identità tas-sidien tal-impriża akkwirenti u tal-impriża oriġinali, il-mument li fih twettaq it-trasferiment (wara l-bidu tal-investigazzjoni, it-tnedija tal-proċedura jew tad-deċiżjoni finali) u l-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni (29). |
|
(40) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-2014, hija diġà vvalutat jekk l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna mogħtija lil Saremar kellux jiġi estiż għal impriżi oħra li l-assi jew l-attivitajiet tal-benefiċjarju setgħu jiġu ttrasferiti lilhom. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ rkupru, il-Kummissjoni aċċettat li l-obbligu ta’ rkupru kien jikkonċerna biss lil Saremar, billi eskludiet l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika ma’ Delcomar jew Delcoservizi (flimkien, is- “suċċessuri”), għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(41) |
Mill-għeluq provviżorju tal-każ ta’ rkupru, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni li twassalha biex tibdel il-pożizzjoni tagħha f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-kontinwità ekonomika bejn Saremar u Delcomar jew Delcoservizi, jew tat-tnejn li huma, tista’ tiġi eskluża. Il-Kummissjoni se tkompli ssegwi l-likwidazzjoni ta’ Saremar sat-tneħħija tagħha mir-reġistru kummerċjali, li se jippermetti l-għeluq finali tal-proċedura ta’ rkupru għad-Deċiżjoni tal-2014 (31). |
|
(42) |
F’dan il-kuntest, fid-dawl tal-likwidazzjoni ta’ Saremar u tan-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika mas-suċċessuri tagħha, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-miżuri li għadhom pendenti favur Saremar jew is-suċċessuri tagħha, mibdija skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, ma għadx għandha skop. |
|
(43) |
Din id-Deċiżjoni ma tikkonċernax jew tippreġudika xi kwistjonijiet oħra koperti mid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 (32) jew li tressqu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni minn partijiet interessati fil-kors tal-investigazzjoni li nfetħet taħt dawk id-Deċiżjonijiet, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment li nbeda fil-5 ta’ Ottubru 2011 skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u estiżi fid-19 ta’ Diċembru 2012 kontra Saremar u s-suċċessuri tagħha jinsab magħluq.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 28, 1.2.2012, p. 18 u ĠU C 84, 22.3.2013, p. 58.
(2) ĠU C 306, 23.10.1999, p. 2. L-ex Tirrenia Group kien jikkonsisti mill-kumpaniji Tirrenia di Navigazione S.p.A., Adriatica S.p.A., Caremar – Campania Regionale Marittima S.p.A., Saremar – Sardenja Regionale Marittima S.p.A., Siremar – Sicilia Regionale Marittima S.p.A. u Toremar – Toscana Regionale Marittima S.p.A.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/851/KE tal-21 ta’ Ġunju 2001 dwar l-għajnuniet mogħtija mill-Italja lill-kumpanija marittima Tirrenia di Navigazione (ĠU L 318, 4.12.2001, p. 9).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE tas-16 ta’ Marzu 2004 dwar l-Għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia) (ĠU L 53, 26.2.2005, p. 29).
(5) B’mod partikolari: Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar.
(6) Il-Kawżi Magħquda T-265/04, T-292/04 u T-504/04 Tirrenia di Navigazione/il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:48.
(8) L-emendi kollha kienu jikkonċernaw miżuri favur Saremar.
(9) ĠU C 84, 22.3.2013, p. 58.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/261 tat-22 ta’ Jannar 2014 dwar il-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C), SA.32016 (2011/C) implimentati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar (ĠU L 49, 22.2.2018, p. 22).
(11) Il-Kawża T-219/14, Regione autonoma della Sardegna/il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2017:266.
(12) Il-Kawża T-220/14, Saremar/il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2017:267.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 64/99 (ex NN 68/99) implimentata mill-Italja għall-kumpaniji tat-tbaħħir Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (il-Grupp Tirrenia) (ĠU L 332, 12.10.2020, p. 1).
(14) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: dwar qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1412 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (11/C) (ex 11/NN) implimentati mill-Italja għal Tirrenia di Navigazione u għall-akkwirent tagħha Compagnia Italiana di Navigazione (ĠU L 332, 12.10.2020, p. 45).
(16) Għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(17) Għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(18) Fintecna hija kollha kemm hi proprjetà tal-Ministeru Taljan tal-Ekonomija u tal-Finanzi u hija speċjalizzata fil-ġestjoni tal-proċessi ta’ parteċipazzjoni azzjonarja u ta’ privatizzazzjoni; kif ukoll fl-indirizzar ta’ proġetti għar-razzjonalizzazzjoni u għar-ristrutturar ta’ kumpaniji li jaffaċċjaw diffikultajiet industrijali, finanzjarji jew organizzazzjonali.
(19) Dan it-trasferiment ġie fformalizzat fl-1 ta’ Ġunju 2011.
(20) L-Artikolu 19-ter (10) tal-Ordni Amministrattiv Nru 135/2009.
(21) Ara l-punti 130 u 133 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat (ĠU C 247, 23.7.2019, p. 1).
(22) Dan jinkludi l-pagament differit minn CIN ta’ parti mill-prezz tax-xiri għall-akkwiżizzjoni tiegħu tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u diversi miżuri ta’ għajnuna addizzjonali allegati fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (eż. kontrogaranzija u żieda tal-kapital mill-Istat għal CdI).
(23) Id-Deċiżjoni tal-2014 indikat li dan il-proġett kien se jiġi vvalutat f’deċiżjoni separata.
(24) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2020, Vodafone Magyarország, C-75/18, ECLI:EU:C:2020:139, il-punt 19.
(25) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2012, Il-Kummissjoni vs Spanja (“Magefesa II”), C-610/10, ECLI:EU:C:2012:781, il-punt 105.
(26) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (“United Textiles”), C-363/16, ECLI:EU:C:2018:12, il-punt 36.
(27) Id-digriet Irjali Nru 267 tas-16 ta’ Marzu 1942, kif emendat (magħruf ukoll bħala l-Liġi dwar il-Falliment).
(28) Ara l-punt 129 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat (ĠU C 247, 23.7.2019, p. 1).
(29) Il-Kawża T-121/15 Fortischem a.s. vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2019:684, il-punt 208.
(30) Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, Delcomar kellha tieħu anqas minn 20 % tal-forza tax-xogħol ta’ Saremar.
(31) Ara l-punti 136 sa 140 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat (ĠU C 247, 23.7.2019, p. 1).
(32) Ara l-premessi 6 u 8 ta’ din id-Deċiżjoni.