Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 jistabbilixxi s-sistema ta’ dħul/ħruġ (EES), sistema awtomatizzata tal-IT li tintuża minn 29 pajjiż ta’ Schengen (25 Stat Membru tal-UE flimkien mal-Iżlanda, mal-Liechtenstein, man-Norveġja u mal-Iżvizzera). Din tirreġistra d-dħul, il-ħruġ u r-rifjuti ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ċittadini mhux ta’ Schengen jew mhux tal-Unjoni Ewropea (UE)) li jaqsmu l-fruntieri esterni taż-żona Schengen għal soġġorn qasir (90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum). Din tirreġistra d-data taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-informazzjoni dwar il-passaport, il-marki tas-swaba’ u l-immaġnijiet tal-wiċċ.
L-EES għandha l-għan li ssaħħaħ is-sigurtà tal-fruntieri esterni taż-żona Schengen filwaqt li tiffaċilita l-qsim tal-fruntieri għall-vjaġġaturi billi tippermetti l-użu tal-awtomatizzazzjoni fil-fruntieri. Għandha wkoll l-għan li tipprevjeni l-migrazzjoni illegali u tgħin fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja.
Mill-, l-EES tissostitwixxi l-ittimbrar manwali tal-passaporti u tippermetti lill-awtoritajiet jidentifikaw awtomatikament lill-persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn.
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 jemenda diversi liġijiet tal-UE:
il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet, il-kriteria u r-regoli dettaljati għall-qsim tal-fruntieri esterni tal-UE.
Ir-Regolament (UE) 2017/2225 li jemenda l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fir-rigward tal-użu tal-EES, huwa att leġiżlattiv separat.
PUNTI EWLENIN
Is-suġġett
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 jistabbilixxi l-EES, sistema ċentralizzata tal-IT li:
tirreġistra d-dħul, il-ħruġ u r-rifjuti ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni taż-żona Schengen għal soġġorn qasir;
tikkalkula awtomatikament it-tul tas-soġġorn awtorizzat ta’ dawk il-vjaġġaturi u tiġġenera twissijiet lill-pajjiżi ta’ Schengen meta s-soġġorn awtorizzat ikun skada.
Ir-Regolament (UE) 2025/1534 jistabbilixxi derogi temporanji minn dawn ir-regoli biex jippermetti perjodu ta’ “bidu progressiv” ta’ 180 jum, li jibda mit-, id-data li fiha l-EES bdiet topera f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2025/1544.
Matul dan il-bidu progressiv, il-pajjiżi ta’ Schengen għandhom il-flessibbiltà li jintroduċu l-EES gradwalment fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom, sakemm jissodisfaw il-limiti meħtieġa. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li jaċċelleraw l-introduzzjoni tas-sistema jew li jħaddmuha bis-sħiħ mit-12 ta’ Ottubru.
Permezz tar-Regolament (UE) 2025/1534 ġew introdotti diversi regoli biex ikun jista’ jsir bidu gradwali tal-operazzjonijiet, fosthom:
matul is-6 xhur tal-bidu progressiv tal-operat tal-EES, il-pajjiżi ta’ Schengen iridu jkomplu jittimbraw id-dokumenti tal-ivvjaġġar. B’mod parallel, għandhom jirreġistraw id-data fl-EES;
il-pajjiżi ta’ Schengen għandhom il-flessibbiltà li jvaraw gradwalment il-funzjonalitajiet bijometriċi; ċerti funzjonijiet jiġu sospiżi temporanjament – l-awtoritajiet nazzjonali jridu jinjoraw il-kalkolu awtomatiku tat-tul tas-soġġorn u l-listi tal-persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn iġġenerati mill-EES.
Kamp ta’ applikazzjoni
L-EES:
tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni taż-żona Schengen, kemm dawk li jeħtieġu l-viża kif ukoll dawk eżentati mill-viża, li jżuru għal soġġorn qasir sa 90 jum f’perjodu ta’ 180 jum;
topera fil-fruntieri esterni tal-pajjiżi ta’ Schengen li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ u fil-fruntieri tal-pajjiżi ta’ Schengen li – fiż-żmien meta tibda topera s-sistema – għadhom ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, iżda li għaddew b’suċċess mill-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen u kisbu aċċess passiv għall-VIS u aċċess sħiħ għas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS).
Ħażna ta’ data u aċċessibbiltà
L-EES taħżen data dwar dokumenti tal-identità u tal-ivvjaġġar (isem sħiħ, data tat-twelid, eċċ.), flimkien ma’ data bijometrika (marki tas-swaba’ u immaġnijiet tal-wiċċ) u d-data u l-post tad-dħul u l-ħruġ jew iċ-ċaħda tad-dħul.
Din id-data:
tinżamm għal 3 snin għal dawk il-vjaġġaturi li jirrispettaw ir-regoli tas-soġġorn qasir, magħduda mill-ħruġ jew miċ-ċaħda tad-dħul u 5 snin għal dawk li jaqbżu l-perjodu awtorizzat tas-soġġorn tagħhom, magħduda mid-data tal-iskadenza tas-soġġorn awtorizzat;
hija aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet tal-fruntiera u l-awtoritajiet li joħorġu l-viżi.
Sabiex tipprevjeni, tidentifika jew tinvestiga reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, l-awtoritajiet maħtura għall-infurzar tal-liġi kif ukoll l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jistgħu jitolbu li jikkonsultaw id-data tal-EES.
Arkitettura teknika
L-EES tikkonsisti fi:
sistema ċentrali li topera bażi tad-data ċentrali kompjuterizzata ta’ data bijometrika u alfanumerika (taħlita ta’ ittri u numri);
interfaċċa uniformi nazzjonali f’kull pajjiż parteċipant;
kanal ta’ komunikazzjoni sigur bejn is-sistemi ċentrali tal-EES u tal-VIS;
infrastruttura ta’ komunikazzjoni sigura u kriptata bejn is-sistema ċentrali tal-EES u l-interfaċċi uniformi nazzjonali (interfaċċi identiċi għall-pajjiżi kollha ta’ Schengen jgħaqqdu l-infrastrutturi tal-fruntiera tagħhom mas-sistema ċentrali tal-EES);
repożitorju tad-data biex jinkisbu rapporti u statistika personalizzabbli;
servizz tal-web biex jippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jivverifikaw is-soġġorn awtorizzat li jifdal tagħhom.
L-eu-LISAhija responsabbli għall-iżvilupp u għat-tħaddim tas-sistema, inkluż l-adattament tal-VIS biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ċentrali tal-EES u tal-VIS.
Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2024/1356 jadatta r-Regolament (UE) 2017/2226 għall-introduzzjoni tal-iskrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni tal-UE. Fost affarijiet oħra, huwa jagħti lill-awtoritajiet tal-iskrinjar aċċess għall-EES biex jivverifikaw jekk individwi jkunux qed ikunu ta’ theddida għas-sigurtà interna.
Emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen
Ir-Regolament (UE) 2017/2225 jemenda l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fir-rigward tal-użu tal-EES fil-fruntieri esterni taż-żona Schengen kif ġej:
id-dħul, il-ħruġ u r-rifjut tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-EES jiġu rreġistrati direttament fl-EES;
iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jridu jipprovdu data bijometrika li għandha tiġi rreġistrata fl-EES;
l-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-awtentiċità u l-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom għall-qsim tal-fruntiera jiġu vverifikati;
Il-pajjiżi ta’ Schengen jistgħu jistabbilixxu programmi nazzjonali ta’ faċilitazzjoni tad-dħul fuq bażi volontarja għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew ivverifikati minn qabel;
Il-pajjiżi ta’ Schengen jistgħu jiddeċiedu jekk, u sa liema punt, jużawx teknoloġiji bħal sistemi self-service għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jirreġistraw minn qabel jew jaġġornaw id-data fl-EES, l-e-gates u s-sistema ta’ Kontroll Awtomatizzat tal-Fruntieri, sakemm jiġi żgurat livell xieraq ta’ sigurtà, l-użu tagħhom jiġi ssorveljat u l-gwardji tal-fruntiera jkollhom aċċess għar-riżultati ta’ tali kontrolli fuq il-fruntiera.
Jekk jogħġbok innota li xi wħud minn dawn ir-regoli mhumiex applikabbli mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-EES iżda qed jiġu implimentati gradwalment, kif permess mir-Regolament (UE) 2025/1534.
Il-Kummissjoni Ewropea adottat serje ta’ atti li jimplimentaw ir-Regolament (UE) 2017/2226:
Id-Deċiżjoni (UE) 2018/1547 – speċifikazzjonijiet għall-konnessjoni tal-punti ta’ aċċess ċentrali mal-EES u għal soluzzjoni teknika biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ data mill-pajjiżi ta’ Schengen għall-ġenerazzjoni ta’ statistika dwar l-aċċess għad-data tal-EES għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;
Id-Deċiżjoni (UE) 2018/1548 – regoli għat-tfassil tal-lista ta’ persuni identifikati bħala persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn fl-EES u l-proċedura biex dik il-lista ssir disponibbli għall-pajjiżi ta’ Schengen;
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/328 — miżuri għaż-żamma u l-aċċess tal-logs fl-EES;
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/329 — speċifikazzjonijiet għall-kwalità, riżoluzzjoni u użu ta’ marki tas-swaba’ u immaġni tal-wiċċ għal verifika bijometrika u identifikazzjoni fl-EES;
Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1337 – mudell għall-għoti ta’ informazzjoni lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi dwar l-ipproċessar ta’ data personali fl-EES;
Ir-Regolament (UE) 2022/1409 — kundizzjonijiet għall-operazzjoni tas-servizz web ipprovdut mir-Regolament (UE) 2017/2226 u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni teknika tiegħu;
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2601 — regoli dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità għall-ġestjoni ċentralizzata tal-listi ta’ awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jaċċessaw l-EEs u l-VIS.
MINN META TAPPLIKA L-EES?
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 daħal fis-seħħ fid- u, b’diversi eċċezzjonijiet, ilu japplika mit-.
Ir-Regolament (UE) 2017/2225 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1544 ilhom japplikaw mill-istess data.
Ir-Regolament (UE) 2025/1534 ilu japplika mis-.
SFOND
L-EES hija inizjattiva ta’ prijorità biex timmodernizza l-ġestjoni tal-fruntieri esterni taż-żona Schengen u tgħin biex issaħħaħ is-sigurtà taż-żona Schengen, tipprevjeni l-immigrazzjoni illegali u tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità serja.
Mill-, hija disponibbli għodda online, inkluż fuq is-sit web tal-EES, li tippermetti lill-vjaġġaturi jiċċekkjaw kemm jistgħu jibqgħu fil-pajjiżi Ewropej bl-użu tal-EES. Hija disponibbli applikazzjoni għall-ismartphone li tippermetti lill-vjaġġaturi jirreġistraw minn qabel diversi elementi ta’ data qabel il-kontrolli fuq il-fruntiera f’punti ta’ qsim tal-fruntiera magħżula.
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, , pp. 20–82).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/2226 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2017/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (ĠU L 327, , pp. 1–19).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1544 tat- li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ għandha tibda topera skont ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/1544, ).
Ir-Regolament (UE) 2025/1534 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) 2017/2226 u (UE) 2016/399 fir-rigward tal-bidu progressiv tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (ĠU L, 2025/1534, ).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2024/1356 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jintroduċi l-iskrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817 (ĠU L, 2024/1356, ).
Ir-Regolament (UE) 2023/2667 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009 u (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża (ĠU L, 2023/2667, ).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2601 tal- li tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-ġestjoni tal-funzjonalità għall-ġestjoni ċentralizzata tal-listi tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaċċessaw is-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L, 2023/2601, ).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1409 tat- li jikkonċerna r-regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operar tas-servizz web u r-regoli tas-sigurtà u l-protezzjoni tad-data applikabbli għas-servizz web kif ukoll miżuri għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni teknika tas-servizz web u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1224 (ĠU L 216, , pp. 3–19).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1337 tat- li tistabbilixxi l-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi dwar l-ipproċessar tad-data personali fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (ĠU L 201, , pp. 48–53).
Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, , pp. 27–84).
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/326 tal- li tistipula miżuri biex tiddaħħal id-data fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) (ĠU L 57, , pp. 5–9).
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/327 tal- li tistipula miżuri biex tiġi aċċessata d-data fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) (ĠU L 57, , pp. 10–13).
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/328 tal- li tistipula miżuri biex tiġi aċċessata d-data fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) (ĠU L 57, , pp. 14–17).
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/329 tal- li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba' u tal-immaġni tal-wiċċ għall-verifika u l-identifikazzjoni bijometrika fis-Sistema ta' Dħul u Ħruġ (EES) (ĠU L 57, , pp. 18–28).
Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, , pp. 99–137).
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1547 tal- li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-kollegament tal-punti ta' aċċess ċentrali mas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u għal soluzzjoni teknika għall-iffaċilitar tal-ġbir tad-data mill-Istati Membri għall-fini ta' ġġenerar ta' statistika dwar l-aċċess għad-data tal-EES għal finijiet ta' infurzar tal-liġi (ĠU L 259, , pp. 35–38).
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1548 tal- li tistabbilixxi miżuri biex tkun stabbilita lista ta' persuni identifikati fis-Sistema ta' Dħul u Ħruġ (EES) bħala li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u l-proċedura sabiex dik il-lista tkun għad-disponibbiltà tal-Istati Membri (ĠU L 259, , pp. 39–42).
Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, , pp. 1–71).
Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (kodifikazzjoni) (ĠU L 77, , pp. 1–52).
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, , pp. 60–81).