Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Acquis

L-acquis tal-Unjoni Ewropea (UE) huwa ġabra ta’ drittijiet u obbligazzjonijiet komuni li jikkostitwixxu l-korp tal-liġi tal-UE u li huwa inkorporat fis-sistemi legali tal-Istati Membri tal-UE. L-acquis tal-UE jevolvi kontinwament tul iż-żmien u jinkludi:

  • il-kontenut, il-prinċipji u l-għanijiet politiċi tat-Trattati tal-UE;
  • kwalunkwe leġiżlazzjoni adottata biex tapplika dawk it-trattati u l-ġurisprudenza żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
  • dikjarazzjonijiet u riżoluzzjonijiet li huma adottati mill-UE;
  • miżuri fl-oqsma tal-politika barranija u ta’ sigurtà kif ukoll tal-ġustizzja u l-affarijiet interni;
  • ftehimiet internazzjonali li l-UE tikkonkludi, kif ukoll ftehimiet konklużi fost l-Istati Membri nnifishom rigward l-attivitajiet tal-UE.

Il-pajjiżi kandidati (applikanti) huma meħtieġa li jaċċettaw l-acquis qabel ma jkunu jistgħu jissieħbu fl-UE. Derogazzjonijiet (eċċezzjonijiet) mill-acquis jingħataw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u huma limitati fl-iskop. L-acquis jeħtieġ li jiġi inkorporat fl-ordni legali nazzjonali mill-pajjiżi kandidati sad-data tal-adeżjoni mal-UE, u huma obbligati li japplikawh minn dik id-data.

ARA WKOLL

Top