Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Atti leġiżlattivi

Skont l-Artikolu 289 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

  • atti leġiżlattivi huma deċiżjonijiet adottati taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja jew speċjali;
  • atti mhux leġiżlattivi huma deċiżjonijiet li huma adottati, ġeneralment mill-Kummissjoni Ewropea, wara delega (atti delegati) jew biex jimplimentaw att leġiżlattiv (atti ta’ implimentazzjoni).

F’ċerti każijiet speċifiċi definiti fit-trattati, atti leġiżlattivi jistgħu jinkludu atti adottati:

  • fuq l-inizjattiva ta’ grupp ta’ pajjiżi tal-UE jew tal-Parlament Ewropew;
  • fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew; jew
  • fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

Skont l-Artikolu 297 TFUE, l-atti leġiżlattivi adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għandhom jiġu ffirmati mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dawk adottati skont proċedura speċjali għandhom jiġu ffirmati mill-President tal-istituzzjoni rilevanti.

L-atti leġiżlattivi huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ fid-data speċifikata fih jew, jekk ma tkunx speċifikata l-ebda data, fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħhom.

ARA WKOLL

Top