Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Ftehim ta’ Schengen u l-Konvenzjoni ta’ Implimentazzjoni ta’ Schengen

Permezz tal-iffirmar tal-Ftehim ta’ Schengen fl-, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u n-Netherlands qablu li gradwalment jabolixxu l-kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom. Il-Konvenzjoni ta’ Implimentazzjoni ta’ Schengen tissupplimenta l-ftehim u tistabbilixxi l-arranġamenti u s-salvagwardji għat-twaqqif ta’ żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Din ġiet iffirmata mill-istess ħames Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) fid- u daħlet fis-seħħ fl-1995. Il-ftehim u l-konvenzjoni, flimkien mal-ftehimiet u mar-regoli rilevanti, flimkien jiffurmaw l-“acquis ta’ Schengen”, li ġie integrat fil-qafas legali tal-UE fl-1999, u b’hekk sar leġiżlazzjoni tal-UE. It-Trattat ta’ Liżbona għamel “żona ... mingħajr fruntieri interni, fejn il-moviment liberu tal-persuni hu assikrat” għan tal-UE.

Illum 30 pajjiż Ewropew, inklużi 26 mis-27-Stat Membru u l-erba’ pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles – l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera – huma parti minn Schengen.

Ċipru aċċetta l-acquis ta’ Schengen bħala parti mill-proċess ta’ adeżjoni tiegħu mal-UE u huwa stat ta’ Schengen. Dan ifisser li jieħu sehem f’kooperazzjoni aktar mill-qrib taħt Schengen. Madankollu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għadu ma abolixxiex il-kontrolli fil-fruntieri ma’ Ċipru, u bħalissa għaddejja l-integrazzjoni sħiħa tiegħu.

L-Irlanda, min-naħa l-oħra, hija eċċezzjonalment awtorizzata, skont il-Protokoll ta’ Schengen, li ma tapplikax ir-regoli ta’ Schengen. Għalhekk, hija żżomm il-politiki tagħha stess dwar il-viża u l-fruntieri. Madankollu, minħabba l-benefiċċji tal-kooperazzjoni ta’ Schengen, l-Irlanda talbet li tipparteċipa f’xi oqsma ta’ Schengen, inklużi s-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija.

Bħala parti mill-proċess tat-tkabbir tal-UE, il-pajjiżi kandidati tal-UE jeħtiġilhom jadottaw sistema ta’ governanza ta’ Schengen. Dan jirrikjedi l-allinjament tar-regoli nazzjonali mar-rekwiżiti kollha ta’ Schengen u l-bini ta’ sistemi nazzjonali b’saħħithom biex jiġu applikati b’mod effettiv.

Ladarba pajjiż jissieħeb fl-UE, isir Stat ta’ Schengen. Ir-regoli kollha ta’ Schengen huma vinkolanti mal-adeżjoni, għalkemm xi wħud japplikaw aktar tard. Dawn jinkludu aċċess sħiħ għas-sistemi ta’ informazzjoni kollha, id-dritt li jinħarġu viżi ta’ Schengen u l-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Sabiex jiġi applikat is-sett sħiħ ta’ regoli, bit-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni bħala l-istadju importanti finali, l-Istat ta’ Schengen il-ġdid jeħtieġlu jgħaddi minn proċess ta’ evalwazzjoni. Dan il-proċess huwa kkoordinat mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri taħt il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

Ladarba l-evalwazzjoni tikkonferma li l-Istat ta’ Schengen huwa lest li jissieħeb bis-sħiħ fiż-żona Schengen u jabolixxi l-kontrolli fil-fruntieri interni, il-Kunsill jeħtieġ li jieħu deċiżjoni biex jippermetti dan il-pass finali.

ARA WKOLL

Top