Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Programm għall-ambjent u l-azzjoni klimatika (LIFE) (2021-2027)

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2021/783 li jistabbilixxi programm għall-ambjent u l-azzjoni dwar il-klima (LIFE)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Għandu l-għan li:

  • jikkontribwixxi għall-bidla lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għall-klima;
  • jipproteġi, jirrestawra u jtejjeb il-kwalità tal-ambjent, inklużi l-arja, l-ilma u l-ħamrija;
  • iwaqqaf u jreġġa’ lura t-telfien tal-bijodiversità u jindirizza d-degradazzjoni tal-ekosistemi, inkluż permezz tal-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tan-network Natura 2000.

PUNTI EWLENIN

LIFE huwa l-uniku programm tal-Unjoni Ewropea (UE) iddedikat speċifikament għall-ambjent u l-azzjoni klimatika. Dan isegwi l-għanijiet stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew (ara s-sommarju) u l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 (ara s-sommarju) u jifforma parti mir-rispons tal-UE għall-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

Objettivi speċifiċi

Il-programm għandu tliet objettivi speċifiċi.

  1. Li jiżviluppa, juri u jippromwovi t-tekniki, metodi u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika ambjentali u klimatika u leġiżlattivi tal-UE u biex jikkontribwixxi għall-bażi tal-għarfien u l-applikazzjoni tal-aħjar prattika, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura u l-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tan-network Natura 2000.
  2. Li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u tal-politika ambjentali u klimatika rilevanti tal-UE, inkluż billi jtejjeb il-governanza fil-livelli kollha, u b’mod partikolari billi jtejjeb il-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u l-involviment tas-soċjetà ċivili.
  3. Li jaġixxi bħala katalizzatur għall-użu fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika ta’ suċċess għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika ambjentali u klimatika rilevanti tal-UE billi jirreplika r-riżultati, jintegra objettivi relatati f’politiki oħrajn u fi prattiki tas-settur pubbliku u privat, billi jimmobilizza l-investiment u billi jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament.

Baġit

  • Il-programm ikopri mill- sal- b’baġit ta’ EUR 5.432 biljun.
  • Il-baġit miftiehem jirrifletti l-mira miftiehma skont il-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027 li jintefaq mill-inqas 30% tal-baġit tal-UE fuq l-objettivi klimatiċi.

Għotjiet ta’ finanzjament

Ir-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-għoti ta’ finanzjament permezz tal-programm LIFE, inkluż:

  • l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti
  • l-eliġibbiltà tal-entitajiet li jipproponu l-azzjoni
  • il-kriterji għall-għoti.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-.

SFOND

  • Programm LIFE (Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent;

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (ĠU L 172, , pp. 53-78)

l-aħħar aġġornament

Top