This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Sabiex il-bijodiversità terġa’ taqbad it-triq tal-irkupru, l-istrateġija tistabbilixxi għadd ta’ miri u impenji li għandhom jintlaħqu sa mhux aktar tard mill-2030, fl-erba’ oqsma ewlenin li ġejjin.
In-network:
Mal-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea se tistabbilixxi u taqbel dwar kriterji u gwida għal żoni protetti u strettament protetti addizzjonali sa tmiem l-2021.
Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom sa tmiem l-2023 biex juru progress sinifikanti fid-deżinjazzjoni legali ta’ żoni protetti ġodda u fl-integrazzjoni ta’ kurituri ekoloġiċi.
Sal-2024, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-UE tinsabx fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tagħha għall-2030 jew jekk humiex meħtieġa azzjonijiet aktar b’saħħithom, inkluża l-leġiżlazzjoni tal-UE.
Il-pjan jinkludi l-impenji li ġejjin għall-2030:
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-impenji u tiġi mħeġġa bidla trasformattiva, il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE se jagħmlu dan li ġej.
L-UE se tikkontribwixxi għal din l-aġenda billi timpenja ruħha li:
Sal-2024, il-Kummissjoni se tirrevedi l-progress u tivvaluta jekk hemmx bżonn ta’ azzjoni ulterjuri biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni –– Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 — Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM(2020) 380 final, )
l-aħħar aġġornament