Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data (GDPR)

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-Regolament (UE) 2016/679, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), jipproteġi individwi (persuni fiżiċi) meta d-data tagħhom tkun qed tiġi pproċessata mis-settur privat u l-biċċa l-kbira tas-settur pubbliku. L-ipproċessar tad-data mill-awtoritajiet rilevanti għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa soġġett minflok għad-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data (LED) (ara s-sommarju).
  • Jippermetti liċ-ċittadini jikkontrollaw aħjar id-data personali tagħhom. Dan jimmodernizza u jgħaqqad ukoll regoli li jippermettu lin-negozji jnaqqsu l-burokrazija u jibbenefikaw minn aktar fiduċja tal-konsumatur.
  • Jistabbilixxi sistema ta’ awtoritajiet superviżorji kompletament indipendenti inkarigati mill-monitoraġġ u l-infurzar tal-konformità.
  • Din huwa parti mir-riforma dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni Ewropea (UE), flimkien mad-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data u r-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE (ara s-sommarju).

PUNTI EWLENIN

Drittijiet tal-individwi

Il-GDPR isaħħaħ id-drittijiet eżistenti, jipprovdi għal drittijiet ġodda u jagħti liċ-ċittadini aktar kontroll fuq id-data personali tagħhom. Huwa jinkludi dan li ġej.

  • Aċċess aktar faċli għad-data ta’ individwu. Dan jinkludi l-għoti ta’ aktar informazzjoni dwar kif dik id-data tiġi pproċessata u l-iżgurar li dik l-informazzjoni hija disponibbli b’mod ċar u li jinftiehem.
  • Dritt għall-portabbiltà tad-data. Dan jiffaċilita t-trażmissjoni tad-data personali bejn il-fornituri tas-servizzi.
  • Dritt għat-tħassir tad-data (dritt li wieħed ikun minsi). Meta individwu ma jkunx iktar irid li d-data tiegħu tiġi pproċessata u meta ma jkun hemm ebda raġuni leġittima biex tinżamm, id-data titħassar.
  • Id-dritt li jkunu jafu meta tkun inkisret id-data personali tagħhom. Il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità superviżorja rilevanti tal-protezzjoni tad-data u, f’każijiet ta’ ksur serju tad-data, anke lill-individwi affettwati.

Regoli għan-negozji

Il-GDPR joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji kollha li joperaw fis-suq intern, tal-UE, jadotta approċċ teknoloġikament newtrali u jistimula l-innovazzjoni permezz ta’ għadd ta’ passi, li jinkludu dan li ġej.

  • Sett uniku ta’ regoli għall-UE kollha. Liġi unika għall-UE kollha għall-protezzjoni tad-data żżid iċ-ċertezza legali u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi.
  • Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data. Persuna responsabbli għall-protezzjoni tad-data għandha tiġi nnominata mill-awtoritajiet pubbliċi u min-negozji li jipproċessaw id-data fuq skala kbira, jew li l-attività ewlenija tagħhom hija l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data, bħal data relatata mas-saħħa.
  • Punt uniku ta’ servizz. In-negozji għandhom jittrattaw biss ma’ awtorità superviżorja waħda (fl-Istat Membru tal-UE fejn għandhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom); l-awtoritajiet superviżorji rilevanti jikkooperaw fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għal każijiet transfruntiera, b’regoli proċedurali addizzjonali għall-infurzar transfruntier stabbiliti fir-Regolament (UE) 2025/2518.
  • Regoli tal-UE għal kumpaniji mhux fl-UE. Kumpaniji bbażati barra mill-UE għandhom japplikaw l-istess regoli meta joffru servizzi jew oġġetti, jew meta jimmonitorjaw l-imġiba ta’, individwi fl-UE.
  • Regoli favur l-innovazzjoni. Garanzija li jinbnew salvagwardji tal-protezzjoni tad-data fi prodotti u servizzi mill-aktar stadju bikri tal-iżvilupp (protezzjoni tad-data mit-tfassil u b’mod awtomatiku).
  • Tekniki favur il-privatezza. Il-psewdonimizzazzjoni (meta l-oqsma ta’ identifikazzjoni fi ħdan rekord tad-data jiġu sostitwiti b’identifikatur artifiċjali wieħed jew aktar) u l-kriptaġġ (meta d-data tiġi kodifikata b’tali mod li l-partijiet awtorizzati biss ikunu jistgħu jaqrawha), pereżempju, huma mħeġġa, sabiex tiġi limitata l-intrusività tal-ipproċessar.
  • Tneħħija ta’ notifiki. Il-GDPR neħħa l-biċċa l-kbira tal-obbligi ta’ notifika u l-ispejjeż assoċjati magħhom. Wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li jneħħi l-ostakli li jaffettwaw il-fluss liberu tad-data personali fl-UE. Dan se jagħmilha aktar faċli għan-negozji biex jespandu fis-suq uniku diġitali.
  • Valutazzjonijiet tal-impatt tal-protezzjoni tad-data. L-orgnizzazzjonijiet ser ikollhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-impatt meta l-ipproċessar tad-data jista’ jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi.
  • Iż-żamma ta’ reġistru. L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju mhumiex meħtieġa jżommu reġistri tal-attivitajiet tal-ipproċessar – sakemm l-ipproċessar ikun regolari jew x’aktarx li jirriżulta f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna li d-data tagħha tkun qed tiġi pproċessata, jew tinkludi kategoriji sensittivi ta’ data.
  • Sett ta’ għodod modern għat-trasferimenti internazzjonali tad-data. Il-GDPR joffri diversi strumenti għat-trasferiment tad-data barra mill-UE, inklużi deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati mill-Kummissjoni Ewropea fejn il-pajjiż mhux tal-UE joffri livell adegwat ta’ protezzjoni, klawżoli kuntrattwali (standard) approvati minn qabel, regoli korporattivi vinkolanti, kodiċi ta’ kondotta u ċertifikazzjoni.

L-infurzar tal-GDPR f’każijiet transfruntiera

Ir-Regolament (UE) 2025/2518 (adottat fis- u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fit-) jistabbilixxi regoli proċedurali għall-infurzar tal-GDPR f’każijiet transfruntiera (fejn tkun involuta aktar minn awtorità waħda tal-UE / taż-Żona Ekonomika Ewropea). L-għan huwa li l-investigazzjonijiet u t-trattament tal-ilmenti jsiru aktar rapidi u aktar konsistenti fl-Istati Membri kollha.

Ir-regolament isaħħaħ u jistandardizza proċessi bħall-mod kif jitressqu u jiġu vvalutati l-ilmenti, il-kooperazzjoni bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u awtoritajiet ikkonċernati oħra, u drittijiet proċedurali aktar ċari għall-partijiet ewlenin (l-ilmentaturi u l-partijiet taħt investigazzjoni). Dan huwa maħsub biex itejjeb l-effiċjenza u ċ-ċertezza legali fl-infurzar transfruntier tal-GDPR, filwaqt li jappoġġa koordinazzjoni aktar bla xkiel bejn ir-regolaturi.

Rieżami

Il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami tar-regolament f’Ġunju 2020. It-tieni rapport ġie ppubblikat f’Lulju 2024, u r-rapport li jmiss huwa mistenni fl-2028.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Il-GDPR ilu japplika mill-.

Ir-regoli proċedurali għall-infurzar transfruntier stabbiliti fir-Regolament (UE) 2025/2518 japplikaw mit-.

SFOND

Għal iktar informazzjoni, ara:

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, , pp. 1–88).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2016/679 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament

Top