Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0094

    Vetturi li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass — stazzjonijiet għall-iċċarġjar/għar-riforniment tal-gass

    Vetturi li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass — stazzjonijiet għall-iċċarġjar/għar-riforniment tal-gass

    SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

    Id-Direttiva 2014/94/UE — l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi tal-UE

    SOMMARJU

    X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

    Hija tistabbilixxi regoli standard dwar it-tnedija tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi* tal-UE (jiġifieri stazzjonijiet tal-iċċarġjar ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku jew punti għar-riforniment ta’ gass naturali) fil-pajjiżi differenti tal-UE.

    Hija tistipula rekwiżiti minimi għall-bini ta’ din l-infrastruttura, li jridu jiġu implimentati bħala parti mill-qafas ta’ politika nazzjonali ta’ kull pajjiż tal-UE.

    PUNTI EWLENIN

    Il-pajjiżi tal-UE għandhom jadottaw politiki nazzjonali li jkollhom l-għan li jiżviluppaw is-suq għal karburanti tat-trasport alternattivi u l-infrastruttura li tappoġġjahom. Fit-tfassil ta’ dawn il-politiki, il-pajjiżi tal-UE għandhom:

    jagħmlu valutazzjoni tal-istat attwali tas-suq u tal-prospetti għall-iżvilupp fil-ġejjieni,

    jiffissaw miri nazzjonali għall-installazzjoni tal-infrastruttura u l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn il-miri,

    jinnominaw netwerks għal din l-infrastruttura.

    Dati ewlenin

    Il-pajjiżi għandhom jipprovdu dawn li ġejjin sad-dati li ġejjin:

    2020 — biżżejjed stazzjonijiet tal-iċċarġjar li jippermettu lill-karozzi li jaħdmu bl-elettriku jivvjaġġaw madwar żoni b’popolazzjoni densa fi ħdan in-netwerk iddeterminat.

    2025 (tmiem) — biżżejjed stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-idroġenu (għal kwalunkwe pajjiż li jiddeċiedi li jinkludi l-idroġenu fil-qafas tal-politika nazzjonali tiegħu).

    2025 (tmiem) — ammont suffiċjenti ta’ stazzjonijiet għall-alimentazzjoni ta’ gass naturali likwifikat (LNG) fil-portijiet, bil-għan li jakkomodaw lill-vapuri li jaħdmu bl-LNG.

    Rapportar

    Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba li jissottomettu rapport tal-progress lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-oqfsa nazzjonali tagħhom sal-2019 u kull 3 snin minn wara dik id-data.

    SFOND

    Ara wkoll:

    Id-Direttiva 2009/28/KE (mira ta’ sehem mis-suq ta’ 10 % għas-sorsi rinnovabbli fil-karburanti tat-trasport)

    TERMINI EWLENIN

    * Karburanti alternattivi tfisser karburanti jew sorsi ta’ enerġija li jservu, mill-inqas parzjalment, bħala sostitut għas-sorsi taż-żejt fossilu. Eżempji ta’ dawn jinkludu l-elettriku, l-idroġenu, il-bijokarburanti, il-gass naturali kompressat (CNG), LNG jew il-gass likwifikat miż-żejt (LPG).

    ATT

    Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi

    REFERENZI

    Att

    Dħul fis-seħħ

    Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    Id-Direttiva 2014/94/UE

    17.11.2014

    18.11.2016

    ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1–20

    l-aħħar aġġornament 09.11.2015

    Fuq